28.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 29/12


Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 29/10)

Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2016) 8596

It-3 ta’ Jannar 2017

Trikloroetilene

Numru tal-KE: 201-167-4;

Numru tas-CAS: 79-01-6

Parker Hannifin Manufacturing Netherlands (Filtration & Separation) BV, Oude Kerkstraat 4, 4870 AG Etten-Leur, In-Netherlands

REACH/16/7/0

Użu industrijali bħala solvent tal-proċess għall-manifattura ta’ moduli li fihom membrani ta’ fibri semipermeabbli għas-separazzjoni tal-gass

Il-21 ta’ April 2028

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li ġej mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata f’termini tal-fattibbiltà ekonomika u teknika tagħha.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt.