Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/361/KE, tal-4 ta’ Mejju 2007, dwar id-determinazzjoni ta’ stokkijiet żejda ta’ prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji tal-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 138, p. 14).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/361/KE, tal-4 ta’ Mejju 2007, dwar id-determinazzjoni ta’ stokkijiet żejda ta’ prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji tal-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, hija annullata.

2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Ċeka.

4) Ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.