26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/133


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-23 ta’ April 2009

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2007

(2009/651/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2007 (1),

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

—

wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0170/2009),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2007;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta’ hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

Il-President

Hans-Gert PÖTTERING

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)   ĠU C 278, 31.10.2008, p. 48.

(2)   ĠU C 311, 5.12.2008, p. 122.

(3)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)   ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(5)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-23 ta’ April 2009

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2007

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2007 (1),

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

—

wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0170/2009),

A.

billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA) ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.

billi fit-22 ta’ April 2008 il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006, u, inter alia, innota l-osservazzjoni tal-QEA, fir-rapport annwali tagħha tal-2006 (6), li kważi 45 % tal-impenji li saru matul is-sena kienu ttrasferiti, u li matul it-tieni nofs tal-2006, saru bosta trasferimenti, dovuti primarjament għal stimi impreċiżi ta’ ħtieġa ta’ persunal, mingħajr ma ġie infurmat il-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru fil-ħin,

1.

Jinnota li l-baġit taċ-Ċentru żdied minn EUR 17 100 000 fl-2006 għal EUR 28 900 000 fl-2007;

2.

Jikkunsidra li ċ-Ċentru huwa istituzzjoni importanti għat-tisħiħ u l-iżvilupp tas-sorveljanza Ewropea tal-mard u għall-evalwazzjoni u l-komunikazzjoni dwar theddid attwali u emerġenti għas-saħħa tal-bniedem mill-mard li jittieħed;

3.

Jinnota b’sodisfazzjon li fl-2007 iċ-Ċentru kien kapaċi jiżviluppa numru konsiderevoli ta’ prodotti u servizzi fl-epidemjoloġija, is-sorveljanza u l-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed, kif ukoll jippubblika varjetà ta’ rapporti xjentifiċi;

4.

Jinnota li, fl-2006, ir-rata ta’ trasferimenti kienet ta’ kważi 45 %, u li ma sar l-ebda titjib sinifikanti fl-2007, meta din ir-rata kienet qrib it-43 %, u dan il-fatt juri li ċ-Ċentru kellu diffikultajiet biex jimplimenta l-baġit tiegħu;

5.

Jinnota, barra minn hekk, li l-osservazzjoni tal-QEA li l-livell ta’ emendi tal-baġit juri nuqqasijiet fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-baġit;

6.

Jinsab imħasseb dwar is-sejba tal-QEA li din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipji tal-annwalità u tal-ispeċifikazzjoni;

7.

Jinnota l-osservazzjoni tal-QEA li, minkejja li l-programm ta’ ħidma taċ-Ċentru għall-2007 kien ibbażat fuq l-attivitajiet, l-emendi għall-baġit ma kienux akkumpanjati minn evalwazzjoni tal-impatt tagħhom fuq il-programm ta’ ħidma u l-kisba tal-objettivi;

8.

Jinsab sodisfatt bir-risposta taċ-Ċentru li sa mill-2008, dan kien qed jaġġorna l-programm ta’ ħidma tiegħu fil-każ ta’ emendi għall-baġit;

9.

Jinnota l-kritika tal-QEA dwar l-affidabilità limitata tal-inventarju bbażat fuq spreadsheet;

10.

Jinsab sodisfatt li sadanittant iċ-Ċentru implimenta sistema ġdida ta’ inventarju tal-assi, li se tintuża għall-għeluq tal-kontijiet tal-2008;

11.

Jinsab imħasseb dwar l-osservazzjoni tal-QEA li ċ-Ċentru nefaq EUR 500 000 fuq xogħol ta’ rinovazzjoni tal-bini mikri, u li, bħal fl-2006, id-deċiżjoni li jsiru dawn ix-xogħlijiet saret bi ftehim dirett bejn iċ-Ċentru u l-proprjetarju mingħajr ma ġiet speċifikata n-natura tax-xogħol, l-iskadenzi u l-kundizzjonijiet tal-ħlas; jinnota li, skont il-QEA, din il-prattika mhix konformi mar-regolament finanzjarju u tmur kontra l-prinċipju tal-ekonomija;

12.

Jitlob liċ-Ċentru sabiex b’mod urġenti jaġġusta l-prattiki tiegħu mar-regolament finanzjarju u mal-prinċipju tal-ekonomija, u sabiex jagħti rapport tas-segwitu tal-osservazzjonijiet tal-QEA fir-rapport tiegħu tal-2008 dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

13.

Jinnota l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ reklutaġġ taċ-Ċentru, iżda jenfasizza li jridu jsiru aktar sforzi biex tintlaħaq il-kwota sħiħa ta’ impjegati;

Segwitu għall-eżerċizzji ta’ kwittanza preċedenti

14.

Jinnota li, bħal fl-2006, il-QEA sabet punti ta’ dgħjufija fl-implimentazzjoni tal-baġit, b’mod partikulari livell għol ta’ trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet;

15.

Jitlob liċ-Ċentru biex isegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-QEA, b’mod partikolari rigward l-implimentazzjoni tal-baġit, u biex jirrapporta dwar l-azzjoni meħuda u r-riżultati miksuba fir-rapport annwali tiegħu tal-2008;

16.

Jirreferi għal osservazzjonijiet oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta’ kwittanza li huma ta’ natura orizzontali għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji tal-UE (7).

(1)   ĠU C 278, 31.10.2008, p. 48.

(2)   ĠU C 311, 5.12.2008, p. 122.

(3)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)   ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(5)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)   ĠU L 88, 31.3.2009, p. 126.

(7)  Ara paġna 206 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.