|
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
770 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta' Diċembru 2006
dwar l-irtirar tar-referenza ta' l-istandard EN 10080:2005 “Azzar għat-tisħiħ tal-konkrit – Azzar li jsaħħaħ li jista' jiġi wweldjat – Ġenerali” skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5869)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/893/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Bini,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti stabbilit skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u tar-regoli tas-Servizzi tas-Soċjetà ta' l-Informatika (2),
Billi:
|
(1) |
L-istandard EN 10080:2005 “Azzar għat-tisħiħ tal-konkrit – Azzar li jsaħħaħ li jista' jiġi wweldjat – Ġenerali” ġie stabbilit mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) fil-21 ta' April 2005. Ir-referenza ta' dan l-istandard ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea skond l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 89/106/KEE, l-ewwel fl-14 ta' Diċembru 2005 (3) imbagħad fit-8 ta' Ġunju 2006 (4) |
|
(2) |
L-Italja u l-Kummissjoni qajmu oġġezzjonijiet formali rigward l-istandard EN 10080:2005. |
|
(3) |
L-oġġezzjonijiet formali Taljani saru fuq il-bażi li l-EN 10080:2005 ma tissodisfax ir-rekwiżit essenzjali tar-reżistenza mekkanika u l-istabbiltà fl-Anness I tad-Direttiva 89/106/KEE peress li ma tagħmilx differenza ċara bejn l-użu maħsub ta' l-azzar li jsaħħaħ, jiġifieri l-azzar li jsaħħaħ bi prestazzjoni speċifika meħtieġa għall-użu f'żoni siżmiċi li hi kwistjoni ta' sigurtà importanti tax-xogħlijiet immexxija fl-Italja. |
|
(4) |
L-oġġezzjoni formali tal-Kummissjoni tressqet fuq ir-raġuni li l-Anness ZA ta' l-EN 10080:2005 jipprevedi l-indikazzjoni tal-karatteristiċi tal-prestazzjoni skond il-klassijiet tekniċi, filwaqt li l-istandard innifsu la jiddefinixxi l-klassijiet tekniċi u l-anqas il-karatteristiċi ta' prestazzjoni teknika korrispondenti. |
|
(5) |
Fid-dawl tar-riżultati ta' l-eżami ta' l-oġġezzjonijiet imqajma kontra r-referenza ta' l-istandard EN 10080:2005 “Azzar għat-tisħiħ tal-konkrit – Azzar li jsaħħaħ li jista' jiġi wweldjat – Ġenerali”, ir-referenza ta' l-istandard EN 10080:2005 għandha tiġi rtirata mil-lista ta' l-istandards armonizzati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea bir-riżultat li l-konformità ma' l-istandards nazzjonali relevanti li jittrasponu l-istandard armonizzat EN 10080:2005 ma tibqax' tagħti l-preżunzjoni li hi tajba għall-użu u li hi konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 89/106/KEE, |
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
Ir-referenza ta' l-istandard EN 10080:2005 “Azzar għat-tisħiħ tal-konkrit – Azzar li jsaħħaħ li jista' jiġi wweldjat – Ġenerali”, ġiet irtirata mil-lista ta' standards armonizzati ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, 5 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/190/KE (ĠU L . 66, 8.3.2006,p. 47).
(2) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.