|
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
408 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI
tas-6 ta' April 2006
li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej
(2006/280/KE, Euratom)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 140 tiegħu,
Billi:
Skond l-Artikoli 5 u 7, flimkien ma' l-Artikolu 47 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u bħala konsegwenza tar-riżenja tas-Sur Paolo MENGOZZI, għandu jiġi maħtur imħallef fil-Qorti tal-Prim Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-perjodu li fadal tal-mandat tas-Sur Paolo MENGOZZI, jiġifieri sal-31 ta' Awwissu 2007,
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Enzo MOAVERO MILANESI huwa b'dan maħtur imħallef fil-Qorti tal-Prim Istanza tal-Komunitajiet Ewropej mid-data tal-ġurament tiegħu sal-31 ta' Awwissu 2007.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta' April 2006.
Il-President
G. WOSCHNAGG