|
2.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1449
tat-18 ta’ Lulju 2022
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (2) (“il-Ftehim”) ġie konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/418 (3). |
|
(2) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2277 (4), il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fis-17 ta’ Diċembru 2021, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard. |
|
(3) |
Il-Protokoll għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni u lill-Gvern tal-Gżejjer Cook ikomplu jaħdmu flimkien biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook, f’konformità mal-objettiv tal-konservazzjoni tar-riżorsi bioloġiċi tal-baħar rikonoxxut fid-dritt tal-Unjoni, u li jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni jistadu f’dawn l-ilmijiet. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi approvat. |
|
(5) |
L-Artikolu 6 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll ta’ implimentazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista’ japprova ċerti emendi tal-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta’ tali emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa, soġġetta għal dispożizzjonijiet u kondizzjonijiet sostantivi u proċedurali speċifiċi, li tapprovahom f’isem l-Unjoni bi proċedura ssimplifikata. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emendi proposti tal-Protokoll. Jenħtieġ li l-emendi proposti jiġu approvati sakemm minoranza ta’ Stati Membri li timblokka f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma toġġezzjonax għal dawk l-emendi. |
|
(7) |
Minħabba l-importanza ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook u minħabba l-ħtieġa li jiġi evitat li dawk l-attivitajiet jiġu interrotti mill-iskadenza tal-Protokoll attwali fit-13 ta’ Novembru 2021, jenħtieġ li l-Protokoll jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli. |
|
(8) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u ta opinjoni fit-3 ta’ Novembru 2021, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (“il-Protokoll”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (6).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 12 tal-Protokoll (7).
Artikolu 3
F’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi tal-Protokoll li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. NEKULA
(1) Approvazzjoni tal-5 ta’ Lulju 2022 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 131, 20.5.2016, p. 3.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/418 tat-28 ta’ Frar 2017 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (ĠU L 64, 10.3.2017, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2277 tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (ĠU L 463, 28.12.2021, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(6) It-test tal-Protokoll huwa ppubblikat fil-ĠU L 463, 28.12.2021, p. 3.
(7) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ANNESS
PROĊEDURA BIEX JIĠU APPROVATI L-EMENDI TAL-PROTOKOLL LI L-KUMITAT KONĠUNT GĦANDU JADOTTA
Meta l-Kumitat Konġunt irid jadotta emendi għall-Protokoll skont l-Artikolu 6(3) tal-Ftehim u l-Artikolu 5 tal-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tapprova l-modifiki proposti, f’isem l-Unjoni, bil-kundizzjonijiet li ġejjin.
|
1. |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni li ssir f’isem l-Unjoni:
|
|
2. |
Qabel ma l-Kummissjoni tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tressaqhom quddiem il-Kunsill biżżejjed żmien qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt. |
|
3. |
Il-Kunsill għandu jevalwa jekk l-emendi proposti jkunux konformi mal-kriterji ddefiniti fil-punt 1. |
|
4. |
Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni sakemm numru ta’ Stati Membri, li jkun daqs minoranza li timblokka tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ma joġġezzjonawx għalihom. F’każ li jkun hemm tali minoranza li timblokka, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-emendi proposti f’isem l-Unjoni. |
|
5. |
Jekk, matul laqgħat sussegwenti tal-Kumitat Konġunt, inkluż laqgħat fuq il-post, ikun impossibbli li jintlaħaq ftehim, il-kwistjoni għandha terġa’ titressaq quddiem il-Kunsill, sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tista’ tqis elementi ġodda f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-punti 2, 3 u 4. |
|
6. |
Il-Kummissjoni hija mistiedna biex, fi żmien debitu, tieħu kull pass meħtieġ bħala segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni. |
Fir-rigward ta’ kwistjonijiet oħrajn li ma jirrigwardawx emendi tal-Protokoll, kif previst fl-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-pożizzjoni li l-Unjoni għandha tadotta fil-Kumitat Konġunt għandha tiġi stabbilita f’konformità mat-Trattati u skont il-prattiki ta’ ħidma stabbiliti.