31980R2211



Official Journal L 226 , 29/08/1980 P. 0011 - 0011
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0048
Greek special edition: Chapter 11 Volume 21 P. 0121
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0048
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 1 P. 0110
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 1 P. 0110


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2211/80

tas-27 ta' Ġunju 1980

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Responsabbli (tal-Pajjiż) tal-Gżejjer Faroe

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi bir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Novembru 1976 dwar ċerti aspetti esterni tal-ħolqien ta' żona tas-sajd ta' 200 mil fil-Komunità b'effett mill-1 ta' Jannar 1977, il-Kunsill qabel li d-drittijiet tas-sajd tas-sajjieda tal-Komunità fl-ibħra ta' pajjiżi terzi jridu jiġu miksuba u priservati bi Ftehimijiet xierqa tal-Komunità;

Billi l-Ftehim dwar is-Sajd bejn il-Komunità u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Responsabbli (tal-Pajjiż) tal-Gżejjer Faroe iffirmat fil-15 ta' Marzu 1977 għandu jiġi konkluż,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Responsabbli (tal-Pajjiż) tal-Gżejjer Faroe huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu joħroġ in-notifika provvduta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim [2].

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Ġunju 1980.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Sarti

[1] ĠU C 182, tal-31.7.1978, p. 55.

[2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim trid tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------