27.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/75


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-8 ta’ Jannar 2018 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ M.8306 — Qualcomm/NXP Semiconductors

Relatur: is-Slovakkja

(2018/C 113/08)

Il-konċentrazzjoni

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tikkostitwixxi f’konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (1).

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-UE skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Definizzjoni tas-swieq

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni għas-swieq ġeografiċi u tal-prodotti rilevanti fl-abbozz tad-Deċiżjoni.

4.

B’mod partikolari, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li s-swieq li ġejjin jinħtieġ li jkunu distinti:

(a)

Is-suq għal LTE baseband chipsets, jiġifieri multimodali baseband chipsets li huma konformi mal-LTE, l-UMTS u l-istandards ċellulari tal-GSM, minbarra l-istandards, tal-konnettività bla fili, BCs b’modalità waħda (jiġifieri, konformi biss ma’ standard ċellulari wieħed) u l-produzzjoni kaptiva tal-baseband chipsets.

(b)

Is-suq għal ċipep NFC.

(c)

Is-suq għal ċipep SE.

(d)

Is-suq għal soluzzjonijiet flimkien NFC/SE.

(e)

Is-suq għal teknoloġiji ta’ servizz ta’ tranżitu.

(f)

Is-suq għal Privattivi Essenzjali Standard (Standard Essential Patents, “SEPs”).

(g)

Is-suq għal Privattivi Essenzjali mhux Standard (non-Standard Essential patents, “non-SEPs”).

Il-valutazzjoni kompetittiva

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-istrateġija tal-entità amalgamata li żżid ir-royalties għall-MIFARE jew ittemm il-liċenzji tal-MIFARE kompletament lill-kompetituri, minbarra l-mixed bundling conduct applikata għal-LTE baseband chipsets, ċipep NFC u ċipep li jħaddmu l-MIFARE, ikollu l-effett li jeskludi kompetituri tal-baseband chipsets u taċ-ċipep NFC u SE, u għalhekk it-Tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq għal-LTE baseband chipsets u ċ-ċipep NFC u SE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-istrateġija tal-entità fuża ta’ degradazzjoni tal-interoperabbiltà taggrava l-effetti ta’ esklużjoni ġġenerati miż-żieda tar-royalties tal-MIFARE jew it-tmiem tal-liċenzjar tal-MIFARE kompletament lill-kompetituri, minbarra mixed bundling conduct applikata għal-LTE baseband chipsets, ċipep NFC u ċipep li jħaddmu l-MIFARE.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-entità fuża probabbilment se tingrana il-portafoll NFC IP ikkombinat biex timponi rati ta’ royalties ogħla b’mod sproporzjonat għall-privattivi NFC tal-entità fuża meta mqabbla mat-total ta’ royalties li l-Partijiet setgħu jestrattu għall-privattivi relevanti fin-nuqqas tat-Tranżazzjoni u għalhekk it-Tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq tat-teknoloġija relevanti.

Rimedju

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-Parti Notifikanti fit-12 ta’ Diċembru 2017 ineħħu kull xkiel sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva f’rabta mas-swieq għal-LTE baseband chipsets u ċ-ċipep NFC u SE.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-Parti Notifikanti fit-12 ta’ Diċembru 2017 ineħħu kull xkiel sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva f’rabta mas-swieq għal privattivi NFC.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata trid għaldaqstant tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”)