|
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/340 |
P9_TA(2021)0371
Estensjoni tal-perjodu tal-validità taċ-ċertifikati u l-liċenzji tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji li joperaw fiċ-Channel Fixed Link ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2222 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-infrastruttura transfruntiera li tgħaqqad l-Unjoni mar-Renju Unit fiċ-Channel Fixed Link (COM(2021)0402 – C9-0314/2021 – 2021/0228(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2022/C 117/25)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0402), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0314/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, |
|
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-1 ta' Settembru 2021 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2021)0228
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Settembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2222 biex jestendi l-perjodu tal-validità taċ-ċertifikati u l-liċenzji tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji li joperaw fiċ-Channel Fixed Link
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2021/1701.)