23.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/67


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10738 – LEAR / IG BAUERHIN)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 107/07)

1.   

Fil-15 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (1) tal-Kunsill.

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Lear Corporation (“Lear”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

IG Bauerhin GmbH (“IGB”, il-Ġermanja).

Lear takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll eslużiv ta’ IGB.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Lear hija fornitur ta’ seats tal-karozzi (inkluż assemblaġġ eżatt fil-ħin ta’ sistemi ta’ seats kompluti, u twapet tas-sħana termali tas-seat u komponenti ta’ ventilazzjoni), faxex ta’ wires u elettronika għal kumpaniji ewlenin tal-karozzi,

—

IGB hija fornitur ta’ komponenti tal-karozzi, bħal twapet tas-sħana termali tas-seat, sistemi ta’ ventilazzjoni tas-seats, heaters tal-wiċċ ta’ ġewwa, heaters u sensuri tal-isteering, sensuri tas-seats, u moduli ta’ kontroll elettroniku.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10738 – LEAR / IG BAUERHIN

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).