Official Journal L 179 , 11/07/1985 P. 0002 - 0003
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0031
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 4 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0031
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 4 P. 0003
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1899/85 tat-8 ta' Lulju 1985 li jistabbilixxi daqs minimu ta' toqob għal xbieki użati waqt sajd għall-capelin f'dik il-parti taż-żona tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal li jestendi 'l hinn mill-ibħra li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tas-sajd tal-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 170/83 tal-25 ta' Jannar 1983 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar tar-riżorsi tas-sajd [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi, taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 170/83, il-miżuri ta' konservazzjoni meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet esiġiti fl-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament iridu jinħadmu mill-Kunsill fid-dawl tal-parir xjentifiku disponibbli; Billi l-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal kienet approvata bid-Deċiżjoni 81/608/KEE [2]; billi daħlet fis-seħħ fis-17 ta' Marzu 1982; Billi l-Kummissjoni mwaqqfa taħt il-Konvenzjoni adottat, fit-28 ta' Novembru 1984, rakkomandazzjoni dwar id-daqs minimu ta' toqob ta' xbieki għas-sajd tal-capelin f'dik il-parti taż-żona tal-Konvenzjoni li testendi 'l hinn miż-żoni li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tal-Partijiet Kontratwanti u din ir-rakkomandazzjoni saret torbot fuq il-Komunità fis-26 ta' Jannar 1985; Billi l-Komunità għandha issa tieħu azzjoni biex timplimenta r-rakkomandazzjoni dwar il-bastimenti tal-Komunità, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT L-Artikolu 1 Dgħajjes li jkunu jtajjru l-bandiera ta', jew irreġistrati fi, Stat Membru għandhom ikunu projbiti milli jużaw xbieki b'daqs ta' toqob li jkun inqas minn 16 mm meta jistadu għall-capelin f'dik il-parti taż-żona tal-Konvenzjoni li testendi 'l hinn mill-ibħra li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tas-sajd tal-Partijiet Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni. Id-definizjoni taż-żona tal-Konvenzjoni tinsab fl-Anness. Dgħajsa għandha tkun meqjusa li qiegħda tistad għall-capelin jekk ikollha capelin abbord li jkun jeċċedi l-50 % skond il-piż ta' l-ammont totali ta' capelin u speċi oħra abbord. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Lulju 1985. Għall-Kunsill Il-President J. Santer [1] ĠU L 24, tas-27.1.1983, p. 1. [2] ĠU L 227, tat-12.8.1981, p. 21. -------------------------------------------------- L-ANNESS Tifsira taż-żona koperta bil-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (L-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni) Iż-żona li għaliha tapplika il-Konvenzjoni għandhom ikunu l-ibħra: (a) f'dawk il-partijiet ta' l-Oċean Atlantiku u dak Arktiku u l-ibħra dipendenti tagħhom li jinsabu fit-tramuntana latitudni 36° T u bejn lonġitudni 42° P u lonġitudni 51° L, iżda eskluż: (i) il-Baħar Baltiku u l-Belts li jinsabu fin-nofsinhar u l-lvant tal-linji miġbuda mill-Hasenore Head sa Gniben Point, minn-Korshage sa Spodsbjerg u mnn Gilbierg Head sa Kullen, u (ii) il-Baħar Mediterran u l-ibħra dipendenti tiegħu l-bogħod sal-ponta ta' intersezzjoni tal-paralell ta' latitudni 36° T u l-meridjan tal-lonġitudni 5°36’ P; (b) f'dik il-parti ta' l-Oċean Atlantiku fit-tramuntana ta' latitudni 59° T u bejn lonġitudni 44° P u lonġitudni 42° P. --------------------------------------------------