|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/878 |
8.5.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/878
tat-3 ta’ Frar 2025
li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2022/2059, fir-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 u fir-Regolament Delegat (UE) 2023/1577 fir-rigward tad-dettalji tekniċi tal-ittestjar retrospettiv u tar-rekwiżiti tal-attribuzzjoni tal-profitt u t-telf, il-kriterji għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju, u t-trattament tar-riskju tal-kambju u r-riskju tal-komoditajiet fil-portafoll mhux tan-negozjar
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 325(9), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 325be(3), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 325bf(9), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 325bg(4), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1623 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emenda xi dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, biex jintroduċi għadd żgħir ta’ rekwiżiti tal-BCBS li jifdal li ma kinux ġew implimentati fil-pakkett bankarju preċedenti u xi kjarifiki għar-rekwiżiti diġà eżistenti. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-emendi jiġu riflessi fir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2022/2059 (3), (UE) 2022/2060 (4) u (UE) 2023/1577 (5), li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(2) |
Sabiex jiġi żgurat allinjament aktar ċar mal-istandards internazzjonali tal-BCBS u għal emendi addizzjonali introdotti fid-dritt tal-Unjoni bir-Regolament (UE) 2024/1623, huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 biex jiġi speċifikat li postijiet tan-negozjar taż-żona ħadra, kif ikklassifikati f’konformità ma’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jitqiesu li għandhom bidliet teoretiċi u ipotetiċi mill-qrib fil-valur tal-portafoll, u li l-postijiet tan-negozjar sofor jkollhom bidliet teoretiċi u ipotetiċi mill-qrib biżżejjed, iżda mhux mill-qrib, fil-valur tal-portafoll. Minflok, jenħtieġ li l-postijiet tan-negozjar taż-żoni ħomor u oranġjo jitqiesu li għandhom bidliet teoretiċi u ipotetiċi fil-valur tal-portafoll li la jkunu qrib u lanqas qrib biżżejjed. |
|
(3) |
Jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 biex titneħħa l-formula ta’ aggregazzjoni, attwalment stabbilita fl-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament Delegat, li issa hija stabbilita fl-Artikolu 325ba(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(4) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiġu appoġġati fil-valutazzjoni tagħhom dwar jekk l-istituzzjonijiet għandhomx jitħallew jużaw id-data tas-suq ipprovduta minn bejjiegħa terzi fil-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 325be(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa meħtieġ li jiġu aġġustati r-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2022/2060. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata ċarezza addizzjonali dwar il-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq fir-rigward ta’ pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom politiki ċari li jiddeskrivu liema huma l-postijiet tan-negozjar inkarigati mill-ġestjoni ta’ dawk il-pożizzjonijiet, u jenħtieġ li jkunu jistgħu jidentifikaw jekk il-pożizzjonijiet tal-kambju humiex relatati biss mar-riskju ta’ traduzzjoni. Għalhekk, jeħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2023/1577 jiġi emendat biex jiġi żgurat li jintlaħqu dawk l-objettivi. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea. |
|
(7) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(8) |
Is-setgħat li jinsabu fl-Artikolu 325(9), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 325be(3), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 325bf(9), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 325bg(4), it-tielet subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom l-għan li jispeċifikaw aktar l-elementi tekniċi li għandhom jintużaw mill-banek fil-kalkolu tagħhom tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq skont l-approċċ tal-mudell intern alternattiv. Peress li dawk is-setgħat huma marbuta mill-qrib mas-suġġett tagħhom, l-emendi proposti f’dan ir-Regolament jipprovdu stampa sħiħa tal-bidliet kollha meħtieġa għal mudelli interni alternattivi wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1623 u, għalhekk, jenħtieġ li jiġu raggruppati f’dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Għall-finijiet tal-Artikolu 325bg tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw, għal portafoll partikolari ta’ post tan-negozjar partikolari, il-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni ta’ Spearman stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, u l-metrika tat-test ta’ Kolmogorov-Smirnov stabbilita fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament u, abbażi tar-riżultati ta’ dawk il-kalkoli, japplikaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.” |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 10 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 10 Kalkolu tar-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali msemmi fl-Artikolu 325bg(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 1. Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali msemmi fl-Artikolu 325bg(2) għandu jkun ugwali għal:
Fejn:
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-koeffiċjent k għandu jiġi kkalkolat f’konformità mal-formula li ġejja:
Fejn:
|
|
(4) |
L-Artikolu 16 jitħassar. |
Artikolu 2
Ir-Regolament Delegat (UE) 2022/2060 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, jitħassar il-paragrafu 4; |
|
(2) |
fl-Artikolu 7(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Meta s-sorsi ta’ informazzjoni verifikabbli dwar il-prezzijiet ta’ istituzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jinkludu bejjiegħa terzi, l-istituzzjoni għandha tiddokumenta wkoll għal kull bejjiegħ terz in-numru ta’ fatturi ta’ riskju li ġew ikklassifikati bħala mudellabbli abbażi tal-prezzijiet verifikabbli pprovduti minn dak il-bejjiegħ terz, u valutazzjoni tal-materjalità ta’ dawk il-fatturi ta’ riskju.”. |
Artikolu 3
Ir-Regolament Delegat (UE) 2023/1577 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu 6 li ġej: “6. Meta jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq fuq bażi konsolidata, f’konformità mal-Artikolu 325b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw, fis-sistemi interni tagħhom ta’ ġestjoni tar-riskju, il-pożizzjonijiet li jkunu ġew inklużi fl-iskopertura għar-riskju tal-kambju tal-istituzzjoni minħabba r-riskju ta’ traduzzjoni li jirriżulta meta l-pożizzjonijiet ta’ kull istituzzjoni jew impriża tal-grupp jiġu tradotti fl-istess munita tar-rapportar f’konformità ma’ dak l-Artikolu.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-paragrafi 7 u 8 li ġejjin: “7. L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw, bħala parti mill-politiki interni msemmija fl-Artikolu 325bi tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar soġġetti għar-riskju tal-kambju humiex assenjati lil post tan-negozjar li jimmaniġġja esklużivament pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar f’konformità mal-Artikolu 104b(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew lil post tan-negozjar li jimmaniġġja kemm pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar kif ukoll mhux tan-negozjar. Meta xi pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar soġġetti għal riskju tal-kambju jiġu assenjati lil post tan-negozjar li jimmaniġġja esklużivament pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar f’konformità mal-Artikolu 104b(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u xi oħrajn jiġu assenjati lil post tan-negozjar li jimmaniġġja kemm pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar kif ukoll mhux tan-negozjar, il-politiki interni għandhom jispeċifikaw il-kriterji u r-raġunament għall-assenjazzjoni lil post tan-negozjar li jimmaniġġja esklużivament pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar jew lil post li jimmaniġġja pożizzjonijiet kemm tal-portafoll tan-negozjar kif ukoll dak mhux tan-negozjar. 8. Meta jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq fuq bażi konsolidata, f’konformità mal-Artikolu 325b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw, fis-sistemi interni tagħhom tal-kejl tar-riskju, il-pożizzjonijiet li jkunu ġew inklużi fl-iskopertura għar-riskju tal-kambju tal-istituzzjoni minħabba r-riskju ta’ traduzzjoni li jirriżulta meta l-pożizzjonijiet ta’ kull istituzzjoni jew impriża tal-grupp jiġu tradotti fl-istess munita ta’ rapportar f’konformità ma’ dak l-Artikolu.” |
|
(3) |
fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw, bħala parti mill-politiki interni msemmija fl-Artikolu 325bi tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar soġġetti għal riskju tal-komoditajiet jew kemm għar-riskju tal-komoditajiet kif ukoll tal-kambju humiex assenjati lil post tan-negozjar li jimmaniġġja esklużivament pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar f’konformità mal-Artikolu 104b(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew lil post tan-negozjar li jimmaniġġja kemm pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar kif ukoll mhux tan-negozjar. Meta xi pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar soġġetti għal riskju tal-kambju jiġu assenjati lil post tan-negozjar li jimmaniġġja esklużivament pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar f’konformità mal-Artikolu 104b(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u xi oħrajn jiġu assenjati lil post tan-negozjar li jimmaniġġja kemm pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar kif ukoll mhux tan-negozjar, il-politiki interni għandhom jispeċifikaw il-kriterji u r-raġunament għall-assenjazzjoni lil post tan-negozjar li jimmaniġġja esklużivament pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar jew lil post li jimmaniġġja pożizzjonijiet kemm tal-portafoll tan-negozjar kif ukoll dak mhux tan-negozjar.” |
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/1623 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta’ kreditu, għar-riskju ta’ aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operazzjonali, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output (ĠU L, 2024/1623, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1623/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2059 tal-14 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tekniċi tal-ittestjar retrospettiv u r-rekwiżiti tal-attribuzzjoni tal-profitt u t-telf skont l-Artikoli 325bf u 325bg tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (ĠU L 276, 26.10.2022, p. 47, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/2059/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2060 tal-14 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta’ riskju skont l-approċċ ta’ mudell intern (IMA) u li jispeċifikaw il-frekwenza ta’ dik il-valutazzjoni skont l-Artikolu 325be(3) ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 276, 26.10.2022, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/2060/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1577 tal-20 ta’ April 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet u t-trattament ta’ dawk il-pożizzjonijiet għall-finijiet tar-rekwiżiti regolatorji tal-ittestjar retrospettiv u r-rekwiżit tal-attribuzzjoni tal-profitt u t-telf skont l-approċċ alternattiv tal-mudell intern (ĠU L 193, 1.8.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/1577/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/878/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)