|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7537 |
20.12.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-16 ta’ Diċembru 2024
li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew
(C/2024/7537)
IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 223(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-Artikolu 25 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 73(2) tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (2) (“il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni”), l-ammont massimu tal-ispejjeż għall-assistenza parlamentari li jistgħu jitħallsu fir-rigward tal-persunal personali msemmi fl-Artikolu 29(4) tagħhom għandu, fejn xieraq, jiġi indiċizzat kull sena mill-Bureau abbażi tal-Indiċi Konġunt stabbilit mill-Eurostat biex titkejjel il-bidla fl-għoli tal-ħajja għall-uffiċjali tal-UE skont l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, u f’konformità mal-Anness XI tagħhom, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (3) (“ir-Regolamenti tal-Persunal”). |
|
(2) |
Dak l-indiċjar normalment jiġi deċiż mill-Bureau f’Diċembru, u jieħu effett b’mod retroattiv minn Lulju tas-sena inkwistjoni. Madankollu, minħabba l-fatt li l-Indiċi Konġunt stabbilit mill-Eurostat għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sal-1 ta’ Jannar 2024 ġie stabbilit għal 103,0 (+3,0 %), u b’hekk ekwivalenti għal-limitu speċifiku ta’ 3 % stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal biex jiġi skattat aġġornament intermedju fir-remunerazzjoni, kien meħtieġ aġġornament intermedju tal-ispejjeż tal-assistenza parlamentari. |
|
(3) |
Għalhekk, fil-laqgħa tiegħu tal-24 ta’ Ġunju 2024, il-Bureau ddeċieda li, fid-dawl tar-rata ta’ aġġustament ta’ 3,0 % stabbilita mill-Kummissjoni għall-ewwel nofs tal-2024, iżid l-ammont massimu li jista’ jitħallas fix-xahar fir-rigward tal-ispejjeż tal-assistenza parlamentari għal EUR 29 557, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024. |
|
(4) |
Għat-tieni nofs tal-2024, il-Kummissjoni stabbiliet ir-rata ta’ aġġustament applikabbli għal 4,1 %. L-ammont massimu ta’ kull xahar li jista’ jitħallas fir-rigward tal-ispejjeż għall-assistenza parlamentari għandu għalhekk jiżdied għal EUR 30 769 b’effett mill-1 ta’ Lulju 2024 u l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 29 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni, il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:
“4. L-ammont massimu kull xahar li jista’ jitħallas fir-rigward tal-persunal personali kollu msemmi fl-Artikolu 30 għandu jkun EUR 30 769 b’effett mill-1 ta’ Lulju 2024.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2024.
(1) Id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/684/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-11 ta’ Settembru 2023 dwar il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Bureau tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU C, C/2024/2814, 26.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2814/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7537/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)