5.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/176


P9_TA(2021)0422

Abbozz ta' Baġit Emendatorju 4/2021: Aġġornament tad-dħul, previżjonijiet riveduti tar-riżorsi proprji u dħul ieħor

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 – Aġġornament tad-dħul wara d-dħul fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2021 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, il-previżjonijiet riveduti tar-riżorsi proprji u dħul ieħor (11796/2021 – C9-0363/2021 – 2021/0193(BUD)

(2022/C 184/15)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(a) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

—

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2020 (2),

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (3) (ir-“Regolament dwar il-QFP”),

—

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (4) (il-“Ftehim Interistituzzjonali”),

—

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (5),

—

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 4/2021 adottat mill-Kummissjoni fil-2 ta' Lulju 2021 (COM(2021)0444),

—

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2021, adottata mill-Kunsill fil-21 ta' Settembru 2021 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew l-għada (11796/2021 – C9-0363/2021),

—

wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0268/2021),

A.

billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2021 huwa li jaġġorna n-naħa tad-dħul tal-baġit biex iqis id-dħul fis-seħħ, fl-1 ta' Ġunju 2021, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053, applikabbli mill-1 ta' Jannar 2021, tal-previżjonijiet aġġornati tar-riżorsi proprji għall-baġit tal-2021 approvati mill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji fis-26 ta' Mejju 2021, u li jaġġorna dħul ieħor bħall-kontribuzzjonijiet, il-multi u oħrajn tar-Renju Unit,

B.

billi l-bidliet ewlenin introdotti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 huma: żieda fil-limiti massimi tar-riżorsi proprji, żieda fir-rata tal-kostijiet tal-ġbir għad-dazji doganali għall-Istati Membri (25 % minflok 20 % skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom (6)), rata uniformi ta' ġbir tal-VAT mingħajr eċċezzjoni u definizzjoni simplifikata tal-bażi tal-VAT, riżorsa proprja ġdida bbażata fuq l-iskart mhux irriċklat mill-imballaġġ tal-plastik; u tnaqqis gross modifikat għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING għad-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Iżvezja,

C.

billi l-projezzjonijiet tad-dħul tal-Kummissjoni huma bbażati fuq il-previżjonijiet ekonomiċi tal-Kummissjoni tar-Rebbiegħa 2021 (7), li jbassru li l-ekonomija tal-Unjoni se terġa' lura għal-livell tagħha ta' qabel il-kriżi sa tmiem l-2022,

1.

Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2021, kif imressaq mill-Kummissjoni;

2.

Jissottolinja l-impenn partikolari tal-Parlament għar-riżorsi proprji l-ġodda u l-introduzzjoni tagħhom matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, wara l-pjan direzzjonali stabbilit fil-Ftehim Interistituzzjonali;

3.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2021;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 4/2021 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 17.3.2021.

(3)  ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.

(4)  ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

(5)  ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105).

(7)  Kummissjoni Ewropea, 2021, European Economic Forecast Spring 2021, European Economy, Institutional Paper 149.