|
11.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 390/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10922 – INTERPARKING SERVIZI / GKSD / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 390/06)
1.
Fit-3 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Interparking Servizi S.r.l. (“Interparking”, l-Italja), ikkontrollata minn Ageas Group, |
|
— |
GKSD S.r.l., (“GKSD”, l-Italja), ikkontrollata minn GK Group. |
Interparking u GKSD se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab (joint venture, JV) maħluqa ġdida (il-“JV”).
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Interparking hija attiva fil-ġestjoni ta’ parkeġġi bi ħlas fl-Italja. |
|
— |
GKSD tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni u konsulenza tal-proġetti f’firxa ta’ setturi inklużi l-kura tas-saħħa, il-kostruzzjoni, il-monitoraġġ, il-konsulenza, il-valutazzjoni tal-assikurazzjoni u konsulenza legali dwar it-taxxa. GKSD bħalissa hija attiva biss fl-Italja. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-JV li għadha kif twaqqfet se jkunu dawn li ġejjin: il-JV se tiġġestixxi u tisfrutta parkeġġ mibni reċentement li jinsab fiż-żona ta’ Milan u li bħalissa huwa proprjetà ta’ Policlinico San Donato S.p.A. (“PSD”).
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10922 – INTERPARKING SERVIZI / GKSD / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).