<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑404/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0404</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:428">EU:C:2015:428</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C‑404/14</P><P>MATOUŠKOVÁ</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20150625">25 ta’ Ġunju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑404/14</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Marie Matoušková, Kummissarju tal-qorti fil-proċedura ta’ suċċessjoni</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2201/2003</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni tal-qrati u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim dwar it-tqassim tal-massa ereditarja bejn il-konjuġi tal-persuna mejta u t-tfal tagħha rrappreżentati minn tutur ad litem</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni ġudizzjarja ta’ approvazzjoni</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, il-Qorti tal-Ġustizzja ser tispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-hekk imsejjaħ Regolament Brussell IIa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).</P></NOTE> għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Essenzjalment, dawn il-proċeduri huma koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Brussell IIa. Madankollu, skont l-Artikolu 1(3)(f) tiegħu, dan ir-regolament ma japplikax għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>fondi fiduċjarji jew ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk id-deroga prevista fl-Artikolu 1(3)(f) hijiex rilevanti jekk jinħatar tutur <HT TYPE="ITALIC">ad litem</HT> għall-werrieta minuri fil-proċedura ta’ suċċessjoni, li jikkonkludi ftehim f’isem il-minuri dwar it-tqassim tal-massa ereditarja, liema ftehim għandu mbagħad ikun approvat permezz ta’ azzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Filwaqt li tagħti risposta għal din id-domanda preliminari, il-Qorti tal-Ġustizzja toffri wkoll l-opportunità li tissepara minn xulxin il-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tar-Regolament Brussell IIa u tal-hekk imsejjaħ Regolament dwar is-suċċessjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="107" DATE.PUB="2012">ĠU L 201, p. 107</REF.DOC.OJ>); fir-rigward tad-dħul fis-seħħ u tal-validità tagħhom ara l-Artikolu 84 tar-Regolament dwar is-suċċessjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont il-premessi 5 u 9 ir-Regolament Brussell IIa jkopri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>d-deċiżjonijiet kollha dwar ir-responsabbiltà ta’ l-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> u għalhekk, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>in-nomina u l-funzjonijiet ta’ persuna jew korp li għandu l-karigu ta’ l-proprjetà ta’ l-minuri, li jirrapreżenta jew li jgħin lill-minuri, u […] l-amministrazzjoni, il-konservazzjoni, jew il-ħelsien ta’ l-proprjetà ta’ l-minuri. […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Brussell IIa jirregola l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> u jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika, tkun xi tkun in-natura ta’ l-qorti jew tribunal, fi kwistjonijiet ċivili dwar:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-attribuzzjoni, l-ezerċizzju, id-delegazzjoni, ir-restrizzjoni jew it-terminazzjoni tar-responsabbilità ta’ l-ġenituri.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu1(b) jistgħu, partikolarment, jittrattaw fi:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>kuratura, tutela w istituzzjonijiet simili;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>in-nomina u l-funzjonijiet ta’ xi persuni jew korp li għandhom l-inkarigu ta’ l-minuri jew ta’ l-proprjetà, ir-rappreżentanza jew l-għajnuna ta’ l-minuri;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>il-miżuri għall-protezzjoni ta’ l-minuri dwar l-amministrazzjoni, il-konservazzjoni u l-ħelsien ta’ l-proprjetà tagħhom.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>il-fondi fiduċjarji jew ta’ suċċessjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament Brussell IIa, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>responsabbiltà ta’ l-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> għandhom ifissru d-drittijiet u r-responsabbilitajiet kollha dwar il-persuna jew il-proprjetà ta’ l-minuri li huma mogħtija lil persuna jew persuna legali b’sentenza, bl-operazzjoni ta’ l-liġi jew b’xi fteħim li għandu effetti legali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>kwalunkwe persuna li għandha r-responsabilità ta’ l-ġenituri fuq il-minuri<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> għandha titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>min għandu r-responsabilità ta’ l-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>F’Mejju tal-2009 mietet ċittadina Ċeka fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi. Hija ħalliet warajha lill-konjuġi tagħha u żewġ ulied minuri li kellhom flimkien (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>werrieta<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). Meta mietet, il-werrieta kienu residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>F’April tal-2010 il-Městsky soud v Brně (il-Qorti tal-Belt ta’ Brno) nediet proċedura ta’ suċċessjoni u ħatret lin-nutar Matoušková bħala Kummissarju tal-qorti sabiex timplementa l-istadji sussegwenti tal-proċedura. Fir-rigward tal-kunflitti ta’ interess possibbli tal-werrieta, din il-qorti, barra minn hekk, ħatret <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>tutur għall-kunflitti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> biex jirrappreżenta lill-ulied minuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>F’Lulju tal-2011, il-werrieta ffirmaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ftehim ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> għall-kondiviżjoni tal-patrimonju, filwaqt li l-ulied minuri kienu rrappreżentati permezz tat-tutur għall-kunflitti tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>F’Awwissu tal-2012, il-konjuġi superstiti, fil-proċedura ta’ suċċessjoni, ippreżenta bħala fatt ġdid li l-persuna deċeduta fil-mument tal-mewt tagħha fil-verità kellha r-residenza tagħha fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u mhux, kif kien preżunt sa dak il-mument, fir-Repubblika Ċeka. Barra minn hekk, huwa ppreżenta ċertifikat Olandiż tal-<DATE ISO="20110314">14 ta’ Marzu 2011</DATE> dwar il-liġi tas-suċċessjoni (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ċertifikat tas-suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) li kien inħareġ fil-kuntest ta’ proċedura ta’ suċċessjoni Olandiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ftehim ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> li ġie konkluż f’Lulju tal-2011 ġie emendat sabiex jikkonforma mal-proċedura ta’ suċċessjoni Olandiża li diġà twettqet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>F’Awwissu tal-2012 il-Kummissarju tal-qorti talbet lill-Qorti tal-Belt ta’ Brno għall-approvazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ftehim ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> għall-ulied minuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Belt ta’ Brno la approvat it-talba tal-Kummissarju tal-qorti f’din il-kwistjoni, għaliex l-ulied minuri inkwistjoni għexu għal perijodu twil barra mir-Repubblika Ċeka, u lanqas ma kienet lesta tiddikjara li ma kellhiex ġurisdizzjoni jew li tirreferi l-każ lin-Nejvyšší soud (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka) għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Kummissarju tal-qorti fl-<DATE ISO="20130710">10 ta’ Lulju 2013</DATE>, immedjatament talbet l-għajnuna tan-Nejvyšší soud sabiex tiġi ddeterminata l-qorti li għandha ġurisdizzjoni territorjali għall-approvazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ftehim ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>In-Nejvyšší soud issospendiet il-proċedura li kienet pendenti quddiemha u ppreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda li ġejja għal deċiżjoni preliminari:</TXT><P>Meta t-tutur ta’ minuri jikkonkludi, f’isem il-minuri, ftehim ta’ suċċessjoni li jeħtieġ approvazzjoni ta’ qorti sabiex ikun validu, ikun hemm inkwistjoni, mill-perspettiva tal-qorti, miżura fis-sens tal-Artikolu 1(1)(b), jew miżura fis-sens tal-Artikolu 1(3)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000?</P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi legali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali kkomunikata mill-qorti tar-rinviju u l-iżviluppi proċedurali nazzjonali jħallu ħafna mistoqsijiet mhux imwieġba, b’tali mod li l-ewwel għandha tiġi eżaminata l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-informazzjoni kkomunikata mill-qorti tar-rinviju, ma huwiex possibbli għall-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti stampa sħiħa u kompluta dwar il-kawża tas-suċċessjoni inkwistjoni. Dan jgħodd, b’mod partikolari, għall-proċedura ta’ suċċessjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi li l-iżviluppi proċedurali tagħha, essenzjalment, għadhom ma humiex magħrufa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja la ġiet mgħarrfa għaliex kienet introdotta proċedura ta’ suċċessjoni mhux biss fir-Repubblika Ċeka, iżda wkoll fil-Pajjiżi l-Baxxi, u lanqas ma huwa ċar mit-talba għal deċiżjoni preliminari jekk l-ulied minuri ġewx irrappreżentati fil-proċedura Olandiża. Barra minn hekk, ma huwiex ċar jekk iċ-ċertifikat tas-suċċessjoni Olandiż jirregolax biss id-drittijiet tal-missier jew ukoll dawk tal-ulied, bl-istess mod bħad-domanda għalfejn wara l-implementazzjoni tal-proċedura ta’ suċċessjoni Olandiża, kien għad hemm il-bżonn li tittieħed azzjoni ulterjuri mill-Kummissarju tal-qorti Ċeka jew mill-Qorti tal-Belt ta’ Brno.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Irrispettivament minn dawn l-ambigwitajiet, il-Qorti tal-Ġustizzja xorta għandha disponibbli informazzjoni suffiċjenti sabiex tiddeċiedi dwar id-domanda ppreżentata lilha mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, id-domanda preliminari tirreferi biss għall-kwistjoni jekk l-approvazzjoni tal-qorti mitluba li qiegħda tirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ftehim ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> konkluż fil-proċedura ta’ suċċessjoni Ċeka, taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Brussell IIa, u għaldaqstant ma tirrigwardax il-proċedura ta’ suċċessjoni Olandiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju spjegat b’mod komprensiv il-proċedura ta’ suċċessjoni Ċeka li hija l-unika waħda inkwistjoni, b’tali mod li l-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-talba għal deċiżjoni preliminari jkun suffiċjentement ċar għall-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Huwa minnu li domandi dwar il-validità tal-ftehimiet inkwistjoni ma ġewx diskussi f’dan ir-rigward, iżda dawn jistgħu wkoll jibqgħu mhux imwieġba. Dan għaliex fl-istadju proċedurali li jikkonċernawha, il-qorti tar-rinviju għandha biss tieħu deċiżjoni dwar il-ġurisdizzjoni. Barra minn hekk, hija trid tkun taf jekk tistax tagħmel użu mir-Regolament Brussell IIa jew jekk dan ma huwiex applikabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Il-kwistjoni jekk l-approvazzjoni tal-qorti hijiex assolutament legalment neċessarja u liema dritt huwa deċiżiv f’dan ir-rigward lanqas ma huwa s-suġġett tat-talba għal deċiżjoni preliminari; din il-kwistjoni tista’ ma tiġix iddeterminata f’dan l-istadju proċedurali u għalhekk ma għandhiex tkun diskussa mill-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jeżisti l-ebda dubju dwar ir-rilevanza tad-domanda preliminari, li għandha tiġi evalwata mill-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>L-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari lanqas ma tipprekludi l-fatt li s-suġġett tal-kawża prinċipali għandu jiġi allokat lill-hekk imsejħa proċedura mhux kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Huwa minnu li proċeduri mhux kontenzjużi mingħajr natura ġudizzjarja — bħal pereżempju l-azzjoni ta’ qorti nazzjonali bħala awtorità amministrattiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Job Centre</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑111/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:340">EU:C:1995:340</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) għall-awtorizzazzjoni ta’ statut ta’ kumpannija bl-iskop ta’ reġistrazzjoni fil-kuntest tal-<HT TYPE="ITALIC">giurisdizione volontaria</HT> Taljana.</P></NOTE> — bħala prinċipju ma jipprovdu l-ebda raġuni għal talba għal deċiżjoni preliminari. Madankollu, talba għal deċiżjoni preliminari fil-qasam tal-proċedura mhux kontenzjuża xorta tista’ tkun ammissibbli, jekk fil-kuntest ta’ tali proċedura, essenzjalment stabbilita bħala waħda mhux ikkontestata, ma tintlaqax it-talba u tirriżulta kawża dwar dan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara s-sentenza Job Centre ċċitata iktar ’il fuq, li fil-punt 11 tagħha tosserva: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>huwa biss jekk persuna li għandha s-setgħa taħt id-dritt nazzjonali li tapplika għal din il-konferma, titlob reviżjoni ġudizzjarja ta’ deċiżjoni li tiċħad dik l-applikazzjoni — u għalhekk tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — li l-qorti inkwistjoni tista’ titqies li qed teżerċita funzjoni ġudizzjarja […] fir-rigward ta’ rikors għal annullament ta’ miżura li taffettwa b’mod ħażin lir-rikorrenti [ara s-sentenza tat-<DATE ISO="19741112">12 ta’ Novembru 1974</DATE>, Haaga (32/74, Ġabra p. 1201)].<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-attitudni negattiva tal-Qorti tal-Belt ta’ Brno, wieħed għandu jassumi dan, u għaldaqstant it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni tal-mertu tad-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Bid-domanda preliminari tagħha, essenzjalment il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk ir-Regolament Brussell IIa japplikax fir-rigward tal-approvazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ftehim ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> Ċek jew jekk tapplikax id-deroga tal-Artikolu 1(3)(f) tar-Regolament, li jistipula li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>fondi […] ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament iċċitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Mal-ewwel daqqa t’għajn, din id-dispożizzjoni tidher li hija kontra l-possibbiltà li r-Regolament Brussell IIa jitqies applikabbli għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Dan japplika wisq iktar fid-dawl tal-fatt li s-suċċessjonijiet li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Brussell IIa, ser ikunu s-suġġett tar-Regolament dwar is-suċċessjonijiet li — apparti minn ftit eċċezzjonijiet partikolari — ser jirregola l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>aspetti <HT TYPE="ITALIC">kollha</HT> [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>] tal-liġi ċivili tas-suċċessjoni għall-patrimonju ta’ persuna deċeduta<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Iż-żewġ regolamenti huma mfasslin b’mod komplementari kunċettwalment: ir-Regolament Brussell IIa, billi l-fondi ta’ suċċessjoni huma eżenti mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, ma għandux ikun f’kunflitt mar-Regolament dwar is-suċċessjonijiet. Min-naħa l-oħra, dak li diġà huwa rregolat b’mod eżawrjenti fir-Regolament Brussell IIa, ma jeħtieġx li jiġi rregolat mir-Regolament dwar is-suċċessjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Huwa minnu li r-Regolament dwar is-suċċessjonijiet għadu ma huwiex applikabbli għall-kawża prinċipali Ċeka mil-lat temporali, madankollu l-kamp ta’ applikazzjoni fattwali tiegħu jippermetti li dak li jkun jasal għal konklużjonijiet dwar liema portata l-leġiżlatur ser jattribwixxi lill-kriterju ta’ esklużjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>fondi […] ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fir-Regolament Brussell IIa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>ftehim ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> Ċek inkwistjoni, f’dan il-kuntest l-ewwel nett għandu jsir riferiment għall-fatt li fir-rigward tiegħu ma huwiex ikkonċernat ftehim ta’ suċċessjoni kif stipulat fir-Regolament dwar is-suċċessjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Dan għaliex, skont l-Artikolu 3(1)(b) tiegħu, patt ta’ suċċessjoni tfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ftehim […] li […] joħloq, jimmodifika jew itemm drittijiet għall-patrimonju jew patrimonji futuri ta’ persuna waħda jew aktar li tkun parti għall-ftehim<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Madankollu, fil-proċedura ta’ suċċessjoni Ċeka ma huwiex ikkonċernat patrimonju <HT TYPE="ITALIC">futur</HT>, iżda l-eżekuzzjoni ta’ suċċessjoni <HT TYPE="ITALIC">li diġà saret</HT> fil-kuntest ta’ arranġament kuntrattwali bejn il-werrieta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Madankollu, skont l-Artikolu 23 tiegħu, ir-Regolament dwar is-suċċessjonijiet ma jkoprix biss il-ftehimiet ta’ suċċessjoni, iżda b’mod ġenerali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>s-suċċessjoni fl-intier tagħha<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> inkluż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>il-kondiviżjoni tal-patrimonju<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Hija tali kondiviżjoni tal-wirt li — sa fejn huwa ċar — hija kkonċernata fil-każ tal-ftehim Ċek inkwistjoni. Dan mal-ewwel jitkellem favur l-idea li anki l-kundizzjoni ta’ approvazzjoni li tikkonċernah tista’ tkun ikklassifikata bħala relatata mas-suċċessjoni u tista’ titneħħa mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Brussell IIa skont l-Artikolu 1(3)(f) tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Madankollu, mill-kuntest b’rabta mal-liġi tas-suċċessjoni tal-kundizzjoni ta’ approvazzjoni Ċeka, ma jistax jiġi konkluż b’mod prematur u ġenerali li r-Regolament Brussell IIa ma jkunx applikabbli fir-rigward tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fil-fatt, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>il-kapaċità ġuridika tal-persuni fiżiċi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> hija eżentata mill-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tar-Regolament dwar is-suċċessjonijiet skont l-Artikolu 1(2)(b) tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Din l-esklużjoni tapplika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>mingħajr preġudizzju għall-punt (c) tal-Artikolu 23(2) u għall-Artikolu 26<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Madankollu, iż-żewġ dispożizzjonijiet tad-dritt ma humiex rilevanti fil-każ preżenti: l-Artikolu 23 jirreferi għall-kapaċità ta’ persuna li tiret u l-Artikolu 26 jirregola, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>l-ammissibbiltà ta’ prokura bil-għan li jsir trasferiment causa mortis<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</P></NOTE>, jiġifieri b’mod partikolari dawk l-oqsma legali li huma kkonċernati fil-kawża prinċipali li tirrigwarda kurazija proċedurali tal-ulied minuri u l-approvazzjoni tal-qorti tal-kuntratt konkluż mit-tutur tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma għandux ikun hemm raġuni ta’ biża’ dwar kunflitt sostantiv tar-Regolament Brussell IIa mal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar is-suċċessjonijiet, iżda għall-kuntrarju: sa fejn hija kkonċernata l-kapaċità tal-persuni fiżiċi, teżisti n-neċessità li tingħalaq lakuna regolatorja miftuħa li tippreżenta ruħha fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar is-suċċessjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Sabiex din tiġi eliminata, jidher xieraq li wieħed jirrikorri għar-Regolament Brussell IIa. Bl-għajnuna tiegħu, it-tilwim fil-kawża prinċipali — fil-każ ta’ interpretazzjoni restrittiva tad-deroga tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>fondi […] ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fl-Artikolu 1(3)(f) — jista’ jforni għal sett ta’ regoli awtonomu li huwa komplementari u kkaratterizzat mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-kapaċità u l-kwistjonijiet ta’ rappreżentanza b’rabta ma’ din, bħala prinċipju għandhom jiġu deċiżi skont l-istandards tagħhom stess u ma għandhomx jitqiesu li huma domandi preliminari dipendenti tat-tranżazzjonijiet legali inkwistjoni kull darba, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà sostnietu fil-kawża Schneider<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Schneider</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑386/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:633">EU:C:2013:633</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’din il-kawża wkoll kienu kkonċernati problemi tal-proċedura mhux kontenzjuża li madankollu kienu marbutin mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Regolament Brussell I<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>ċittadin parzjalment legalment inkompetenti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> ta’ Stat Membru kien nieda proċedura mhux kontenzjuża quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor u fittex li jingħata l-awtorizzazzjoni sabiex ikun jista’ jbigħ is-sehem li kien fil-pussess tiegħu ta’ art li tinsab f’dan l-Istat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-qorti li quddiemha tressqet il-kawża fil-pajjiż fejn tinsab il-proprjetà kellha dubji dwar il-ġurisdizzjoni tagħha għall-proċedura mhux kontenzjuża, minkejja li skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Brussell I, il-qrati ta’ dak l-Istat Membru, li fih tkun tinstab il-proprjetà immobbli, huma responsabbli għal proċedimenti li jkollhom bħala s-suġġett tagħhom drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fi proprjetajiet immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward iddeċidiet li r-Regolament Brussell I <HT TYPE="ITALIC">ma għandux</HT> japplika għal tali proċedura mhux kontenzjuża. Dan jirrigwarda, b’mod partikolari, il-kapaċità ġuridika kif ukoll ir-rappreżentanza legali ta’ persuni fiżiċi kif stipulat fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 li hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tar-Regolament Brussell I<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Schneider</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑386/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:633">EU:C:2013:633</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>L-istess għandu japplika fil-każ preżenti għar-Regolament dwar is-suċċessjonijiet. Billi dan ir-regolament lanqas ma huwa applikabbli għall-kapaċità ġuridika ta’ persuni fiżiċi, huwa ma jipprekludix l-applikabbiltà tar-Regolament Brussell IIa u fehim restrittiv tad-deroga tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>fondi […] ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens tal-Artikolu 1(3)(f).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Interpretazzjoni fl-istess sens tingħata fir-rapport spjegattiv ta’ Paul Lagarde<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>rapport ta’ Lagarde<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, aċċessibbli fil-verżjoni Ġermaniża taħt http://www.hcch.net/upload/expl34d.pdf.</P></NOTE> dwar il-Konvenzjoni fuq il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, l-infurzar u l-kooperazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri u miżuri għall-protezzjoni tat-tfal, tad-<DATE ISO="19961019">19 ta’ Ottubru 1996</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tat-tfal<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Hija aċċessibbli wkoll traduzzjoni bil-Ġermaniż fuq is-sit elettroniku tal-Konferenza ta’ Den Haag: http://hcch.e-vision.nl/upload/text34d.pdf.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Ir-rapport ta’ Lagarde għandu effett indikattiv għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-regolament fil-kuntest tal-interpretazzjoni b’rabta mal-evoluzzjoni storika u sistematika tar-Regolament Brussell IIa. Dan għaliex id-dispożizzjonijiet dwar id-dritt ta’ kustodja tar-regolament huma bbażati fuq ix-xogħlijiet preparatorji għall-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tat-tfal u huma konformi magħhom f’għadd ta’ partijiet. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tar-regolament u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Konvenzjoni għandhom, sa fejn ikun possibbli, jiġu interpretati bl-istess mod sabiex jiġi evitat li l-eżitu jkun differenti skont jekk il-każ ikunx jikkonċerna Stat Membru ieħor jew Stat terz<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-opinjoni tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Health Service Executive</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑92/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:177">EU:C:2012:177</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Dwar id-deroga tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>fondi ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fl-Artikolu 4(f) tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tat-tfal li tikkorrispondi mar-Regolament Brussell IIa, ir-rapport ta’ Lagarde l-ewwel nett jiċċara li s-suċċessjonijiet, bħala prinċipju, għandhom ikunu eżenti mill-Konvenzjoni. Fl-istess waqt, ir-rapport <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>sa fejn ir-regoli tas-suċċessjoni jipprevedu l-intervent tar-rappreżentant legali tat-tfal [ma jeskludix] li dan ikun stabbilit skont l-istipulazzjoni tal-Konvenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, u għaldaqstant huwa favur li d-deroga prevista għas-suċċessjonijiet tkun interpretata b’mod restrittiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Billi, kif ġie stabbilit fil-punti 37 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>, l-ebda kunsiderazzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma jipprekludu dan, l-istess għandu jgħodd ukoll għall-interpretazzjoni tar-Regolament Brussell IIa u d-deroga tiegħu li tirreferi għas-suċċessjonijiet ma għandhiex tapplika għall-approvazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>ftehim ta’ suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-approvazzjoni mitluba fil-kawża prinċipali u d-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni f’dan ir-rigward, wara kollox, għandha titqies li hija kwistjoni ċivili li bħala s-suġġett tagħha għandha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>l-attribuzzjoni, l-eżerċizzju [jew] id-delegazzjoni […] tar-responsabbiltà ta’ l-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> kif stipulat fl-Artikolu 1(1)(b) u l-Artikolu 2(7) tar-Regolament Brussell IIa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda preliminari bil-mod kif ġej:</TXT><P>L-approvazzjoni minn qorti ta’ ftehim dwar it-tqassim tal-massa ereditarja, konkluż minn tutur għal ulied minuri taqa’ taħt l-Artikolu 1(1)(b) u mhux taħt l-Artikolu 1(3)(f) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>