52011DC0781

/* KUMM/2011/0781 finali */ RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-użu li sar mill-istituzzjonijiet fl-2010, tar-Regolamenti tal-Kunsill Nru 300/76, kif l-aħħar emendat bir-Regolament Nru 1873/2006 (dwar ix-xogħol bix-xift), Nru 495/77, kif l-aħħar emendat bir-Regolament Nru 1945/2006 (dwar ix-xogħol standby), u Nru 858/2004 (dwar kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli)


RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

dwar l-użu li sar mill-istituzzjonijiet fl-2010, tar-Regolamenti tal-Kunsill Nru 300/76, kif l-aħħar emendat bir-Regolament Nru 1873/2006 (dwar ix-xogħol bix-xift), Nru 495/77, kif l-aħħar emendat bir-Regolament Nru 1945/2006 (dwar ix-xogħol standby), u Nru 858/2004 (dwar kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli)

Introduzzjoni

Ir-Regolamenti tal-Kunsill dwar ix-xogħol standby (Nru 495/77) u dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli (Nru 858/2004) jobbligaw lill-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Kunsill b’mod regolari, dwar l-għadd ta’ uffiċjali u aġenti oħrajn f’kull kategorija li qed jirċievu l-benefiċċji msemmija fir-Regolamenti kkonċernati kif ukoll dwar in-nefqa totali relatata magħhom.

Dan ir-rapport huwa bbażat fuq iċ-ċifri annwali kompluti l-aktar reċenti, li kienu disponibbli fi żmien it-tħejjija tiegħu u għalhekk jirreferi għas-sena 2010. Huwa jkopri l-istituzzjonijiet kollha u jinkludi wkoll, għall-finijiet ta’ kompletezza, informazzjoni simili dwar l-użu tax-xogħol bix-xift (ir-Regolament tal-Kunsill Nru 300/76).

Benefiċċju għax-xogħol bix-xift

Il-bażijiet legali għal dan il-benefiċċju huma l-Artikolu 56a tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1873/2006 tal-11 ta’ Diċembru 2006.

Il-ħlas tal-benefiċċju hu limitat għall-uffiċjali u għall-aġenti l-oħra,

li jitħallsu mill- approprjazzjonijiet għar-riċerka u mħaddma:

- fi stabbiliment taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC), jew

- f’azzjonijiet indiretti, jew

li jitħallsu mill- approprjazzjonijiet amministrattivi u mħaddma:

- f’dipartiment tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT),

- f'dipartiment tas-sigurtà,

- f’servizz ta’ swiċċbord tat-telefon/ta' informazzjoni jew f'Reception,

- f’dipartiment li jipprovdi sostenn għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK)/Politika Ewropea ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) jew għall-arranġamenti ta' koordinazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza jew fi kriżijiet, jew

- fit-tmexxija jew fis-superviżjoni ta' installazzjonijiet tekniċi.

Hemm erba' rati differenti previsti għall-benefiċċju ta' kull xahar (ċifri li jikkonċernaw is-sena 2010):

- rata 1: xogħol b’żewġ xiftijiet, minbarra fi tmiem il-ġimgħa: EUR 382,17

- rata 2: xogħol b’żewġ xiftijiet, inklużi l-iljieli u fi tmiem il-ġimgħa: EUR 576,84

- rata 3: 24 siegħa kuljum, minbarra fi tmiem il-ġimgħa: EUR 630,69

- rata 4: 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa: EUR 859,84

Iċ-ċifri li ġejjin jindikaw l-għadd ta' benefiċċji mogħtija minn kull istituzzjoni għas-sena 2010.

L-għadd ta’ benefiċjarji skont ir-rata:

Istituzzjoni | Rata 1 | Rata 2 | Rata 3 | Rata 4 | Total |

382,17 | 576,84 | 630,69 | 859,84 |

Il-Kummissjoni | 20 | 29 | 8 | 57 | 114 |

- li minnhom tal-JRC: | 0 | 29 | 8 | 22 | 59 |

Il-Kunsill | 60 | 0 | 0 | 46 | 106 |

Il-Parlament | 23 | 0 | 0 | 0 | 23 |

Il-Qorti tal-Ġustizzja |

Il-Qorti tal-Awdituri |

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (KESE) |

Il-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) |

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (KEPD) |

L-Ombudsman |

Total | 103 | 29 | 8 | 103 | 243 |

L-għadd ta' benefiċjarji (uffiċjali/aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali) :

Istituzzjoni | AD | AST | AC | Total |

GF I | GF II | GF III | GF IV |

Il-Kummissjoni | 10 | 86 | 14 | 0 | 4 | 0 | 114 |

- li minnhom tal-JRC: | 9 | 43 | 5 | 0 | 2 | 0 | 59 |

Il-Kunsill | 0 | 106 | 0 | 0 | 0 | 0 | 106 |

Il-Parlament | 0 | 22 | 0 | 1 | 0 | 0 | 23 |

Il-Qorti tal-Ġustizzja |

Il-Qorti tal-Awdituri |

KESE |

KtR |

KEPD |

L-Ombudsman |

Total | 10 | 214 | 14 | 1 | 4 | 0 | 243 |

L-għadd ta’ benefiċjarji skont it-tip ta' impjieg :

Istituzzjoni | JRC | Azzjonijiet indiretti | ICT | Sigurtà | Swiċċbord/Reception | PESK/ PSDK: | Installazzjonijiet tekniċi | Total |

Il-Kummissjoni | 59 | 0 | 9 | 26 | 7 | 0 | 13 | 114 |

- li minnhom tal-JRC: | 59 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 59 |

Il-Kunsill | 0 | 0 | 0 | 82 | 0 | 24 | 0 | 106 |

Il-Parlament | 0 | 0 | 0 | 0 | 23 | 0 | 0 | 23 |

Il-Qorti tal-Ġustizzja |

Il-Qorti tal-Awdituri |

KESE |

KtR |

KEPD |

L-Ombudsman |

Total | 59 | 0 | 9 | 108 | 30 | 24 | 13 | 243 |

Benefiċċju għax-xogħol standby

Il-bażijiet legali għal dan il-benefiċċju huma l-Artikoli 55 u 56b tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 495/77 tat-8 ta’ Marzu 1977, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1945/2006 tal-11 ta’ Diċembru 2006.

Il-ħlas tal-benefiċċju hu limitat għall-uffiċjali u għall-aġenti l-oħra,

li jitħallsu mill- approprjazzjonijiet għar-riċerka u mħaddma :

- fi stabbiliment taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC), jew

- f’azzjonijiet indiretti, jew

li jitħallsu mill- approprjazzjonijiet amministrattivi u mħaddma :

- fit-tmexxija jew fis-superviżjoni ta' installazzjonijiet tekniċi,

- f'dipartiment tas-sigurtà,

- f’dipartiment tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT),

- f’dipartiment li jipprovdi sostenn għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK)/Politika Ewropea ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) jew għall-arranġamenti ta' koordinazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza jew fi kriżijiet, jew

- fil-qafas ta' arranġament maħluq biex jipprovdi l-għajnuna lill-Istati Membri 24 siegħa kuljum u 7 ijiem fil-ġimgħa ("SM 24/7").

Il-benefiċċju għax-xogħol standby huwa espress permezz ta' punti. L-għadd ta’ punti mogħtija għal kull siegħa ta’ xogħol standby effettivament maħduma huwa stabbilit kif ġej:

- xogħol standby mid-dar, f'jum tax-xogħol: 2,15-il punt.

- xogħol standby mid-dar, fi tmiem il-ġimgħa: 4,3 punti.

- xogħol standby fuq il-post tax-xogħol, f'jum tax-xogħol: 11-il punt.

- xogħol standby fuq il-post tax-xogħol, fi tmiem il-ġimgħa: 22 punt.

Kull punt jiswa daqs għal 0,032 % tal-paga bażika ta’ uffiċjal fil-grad 1, fl-ewwel skala (jiġifieri Eur 0,85 fl-2010).

L-għadd ta’ benefiċjarji skont it-tip ta’ xogħol standby :

Istituzzjoni | Xogħol mid-dar | Xogħol mid-dar u fuq il-post tax-xogħol | Fuq il-post tax-xogħol | Total |

Il-Kummissjoni | 214 | 125 | 34 | 373 |

- li minnhom tal-JRC: | 175 | 15 | 34 | 224 |

Il-Kunsill | 76 | 0 | 0 | 76 |

Il-Parlament |

Il-Qorti tal-Ġustizzja |

Il-Qorti tal-Awdituri | 2 | 0 | 2 | 4 |

KESE |

KtR |

KEPD |

L-Ombudsman |

Total | 292 | 125 | 36 | 453 |

L-għadd ta' benefiċjarji (uffiċjali/aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali) :

Istituzzjoni | AD | AST | AC | Total |

GF I | GF II | GF III | GF IV |

L-għadd ta’ benefiċjarji skont it-tip ta' impjieg :

Istituzzjoni | JRC | Azzjonijiet indiretti | Installazzjonijiet tekniċi | Sigurtà | ICT | PESK/PSDK | SM 24/7 | Total |

Il-Parlament |

Il-Qorti tal-Ġustizzja |

Il-Qorti tal-Awdituri | 4 | 4 |

KESE |

KtR |

KEPD |

L-Ombudsman |

Total | 224 | 0 | 43 | 55 | 60 | 33 | 38 | 453 |

Benefiċċju li jingħata minħabba kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

Il-bażijiet legali għal dan il-benefiċċju huma l-Artikolu 56c tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 858/2004 tad-29 ta’ April 2004, li ħa post ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1799/72.

Il-benefiċċju li jingħata minħabba kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli hu espress permezz ta’ punti mogħtija għal kull siegħa ta’ xogħol effettivament maħduma u jiddependi minn diversi kondizzjonijiet partikolari tax-xogħol li għandhom x'jaqsmu mal-"protezzjoni tal-individwu", il-"post tax-xogħol" u n-"natura tax-xogħol". L-għadd ta’ punti jvarja bejn 2 punti, pereżempju għal-livell medju ta’ ħoss li ma jeċċediex il-85 deċibali, u l-limitu massimu ta’ 50 punt fil-każ ta’ uffiċjal li jrid jilbes ilbies protettiv għal kontra n-nar b'apparat awtorespiratorju. Kull punt jiswa daqs 0,032 % tal-paga bażika ta’ uffiċjal fil-grad 1, fl-ewwel skala (jiġifieri Eur 0,85 fl-2010).

Istituzzjoni | AD | AST | Aġenti Kuntrattwali | Total |

GF I | GF II | GF III | GF IV |

Il-Kummissjoni | 31 | 174 | 8 | 1 | 18 | 0 | 232 |

- li minnhom tal-JRC: | 31 | 166 | 1 | 1 | 18 | 0 | 217 |

Il-Kunsill |

Il-Parlament |

Il-Qorti tal-Ġustizzja |

Il-Qorti tal-Awdituri |

KESE |

KtR |

KEPD |

L-Ombudsman |

Total | 31 | 174 | 8 | 1 | 18 | 0 | 232 |

Is-servizzi kkonċernati u r-raġunijiet

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ilhom jagħmlu użu minn dan it-tip ta' kondizzjonijiet tax-xogħol partikolari u jħallsu l-benefiċċji li jikkorrespondu magħhom għal diversi snin. Skont l-informazzjoni rċevuta din is-sena, il-Qorti tal-Awdituri introduċiet is-sistema ta' xogħol standby fl-2010. Sa issa, il-Kummissjoni biss qed tuża l-benefiċċju li jingħata minħabba kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli, fil-JRC u fl-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (OIB).

Ir-raġunijiet għall-użu tax-xogħol bix-xift

Il-Kummissjoni : Fi ħdan il-Kummissjoni, għal raġunijiet prinċipalment tekniċi, il-JRC huwa dak illi l-aktar jeħtieġ din it-tip ta’ organizzazzjoni tax-xogħol (59 persuna elenkati minn total ta’ 114 fl-2010).

Fl-2010, fid-Direttorati Ġenerali l-oħrajn (il-baġit operattiv), kien hemm 55 persuna li kienu jaħdmu bix-xift, fit-tipi ta' servizzi li ġejjin:

- Sigurtà u prevenzjoni: 26

- Installazzjonijiet tekniċi: 13

- Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT): 9

- Servizzi telefoniċi/Reception: 7

Fil-Kummissjoni, jiġu applikati l-erba’ rati (tipi ta’ benefiċċji), b’mod partikolari r-rati 2 u 4, fejn din tal-aħħar (tax-xogħol bix-xift) tintuża prinċipalment f'dipartiment tas-sigurtà.

Il-Kunsill : Għas-sena 2010, l-għadd ta' benefiċċji mogħtija għas-servizz bix-xift fil-Kunsill huwa ta' 106. Dan il-benefiċċju jintuża biss fl-oqsma tas-sigurtà u l-prevenzjoni u tal-PESK/PSDK. It-tipi ta’ xogħol bix-xift użati huma bbażati jew fuq sistema ta’ żewġ xiftijiet (rata 1) jew fuq servizz kontinwu ta’ 24 siegħa kuljum (rata 4).

Il-Parlament Ewropew : Il-Parlament Ewropew ilu juża x-xogħol bix-xift mill-2008. L-għadd ta' benefiċċji mogħtija għax-xogħol bix-xift fil-Parlament Ewropew jammonta għal 23 għas-sena 2010. Dan il-benefiċċju huwa użat biss fil-qasam tas-servizzi telefoniċi/Reception. It-tip ta' xogħol bix-xift użat huwa bbażat fuq sistema ta' żewġ xiftijiet (rata 1).

Ir-raġunijiet għall-użu tax-xogħol standby

Il-Kummissjoni : Fl-2010, il-Kummissjoni ħallset il-benefiċċji għax-xogħol standby lil 373 membru tal-persunal tagħha, li madwar 60 % (224) minnhom kienu impjegati f’wieħed miċ-ċentri għar-riċerka.

Ir-raġunijiet għax-xogħol standby jibqgħu -bħal fis-snin preċedenti- relatati ġeneralment mal-qasam tas-sigurtà u l-protezzjoni li jkopri mis-servizz tat-tifi tan-nar sal-monitoraġġ tar-radjazzjoni inkluża l-protezzjoni mir-radjazzjoni, kif ukoll ma' xi servizzi tekniċi. Fil-JRC, il-biċċa l-kbira tal-każijiet ta' xogħol standby isir mid-dar, minbarra dak ta’ Ispra u ta' Karlsruhe, fejn is-servizzi jistgħu jitwettqu jew minn fuq il-post tax-xogħol, jew mid-dar u kif ukoll minn fuq il-post tax-xogħol.

Fid-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni l-oħrajn, ix-xogħol standby huwa b'mod partikolari relatat mas-sigurtà, mal-installazzjonijiet tekniċi u mas-servizzi tal-informatika kif ukoll mal-għajnuna lill-Istati Membri. Meta wieħed iqabbel mas-sena 2009, isib li kien hemm żieda sinifikanti fl-ammont ta' servizzi ta' xogħol standby fil-qasam tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) filwaqt li kien hemm tnaqqis fil-qasam tas-sigurtà kif ukoll fil-JRC. B'mod ġenerali, is-servizzi kollha ta' xogħol standby baqgħu stabbli.

Il-Kunsill : Fl-2010, il-Kunsill ħallas il-benefiċċji għax-xogħol standby lil 76 membru tal-persunal tiegħu. Dawn il-persuni ġew inkarigati mit-tmexxija u mis-superviżjoni tal-installazzjonijiet tekniċi, fis-servizzi ta’ sigurtà u f'dipartimenti li jipprovdu sostenn għall-PESK/PSDK. Dan ix-xogħol ta' standby kien jitwettaq biss mid-dar.

Il-Qorti tal-Awdituri : Fl-2010, il-Qorti tal-Awdituri ħolqot servizz ta' xogħol standby marbut mat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT).

Ir-raġunijiet għall-użu tal-benefiċċju li jingħata minħabba kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

Il-Kummissjoni : Il-Kummissjoni hija l-unika istituzzjoni li għamlet użu minn din il-possibbiltà fl-2010. Fl-2008, l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (OIB) kien introduċa din il-possibbiltà f'wieħed mis-servizzi tiegħu (id-dipartiment tar-riproduzzjoni), minbarra ċ-Ċentru Komuni għar-Riċerka li kien qed jużaha diġà.

Fir-rigward tal-kriterji li jiddefinixxu l-kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli, kull waħda mit-tliet kategoriji previsti mir-Regolament għall-għoti tal-benefiċċju kienet applikabbli, jiġifieri :

a) il-protezzjoni tal-individwu (pereżempju, l-użu ta' ħwejjeġ speċjali u skomdi meħtieġa għall-protezzjoni ta' dak li jkun),

b) il-post tax-xogħol (pereżempju, ħsejjes ta' livelli għolja, postijiet perikolużi), u

c) in-natura tax-xogħol (pereżempju, il-ġarr ta’ sustanzi korrużivi).

Fl-2010, l-għadd totali ta' sigħat maħduma f'dawn il-kondizzjonijiet ġew imqassma kif ġej:

63.129 siegħa relatati mal-kriterju tal-protezzjoni tal-individwu,

128.204 siegħa relatati mal-kriterju tal-post tax-xogħol, u

19.724 siegħa relatati mal-kriterju tan-natura tax-xogħol.

In-nefqa tal-baġit, skont l-istituzzjoni u skont il-benefiċċju (f’EUR)

Istituzzjoni | Xogħol bix-xift | Xogħol standby | Kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli | Total |

Il-Kummissjoni | 738.206,78 | 1.727.377,36 | 586.841,02 | 3.052.425,16 |

- li minnhom tal-JRC: | 295.513,01 | 676.593,16 | 555.738,93 | 1.527.845,10 |

Il-Kunsill | 694.513,03 | 174.440,03 | 868.953,06 |

Il-Parlament | 97.242,76 | 97.242,76 |

Il-Qorti tal-Ġustizzja |

Il-Qorti tal-Awdituri | 497,75 |

KESE |

KtR |

KEPD |

L-Ombudsman |

Total | 1.529.962,57 | 1.902.315,14 | 586.841,02 | 4.019.118,73 |

In-nefqa totali, jiġifieri l-ammont li ntnefaq fuq it-tliet benefiċċji mill-istituzzjonijiet Ewropej kollha f'daqqa, tammonta għal ftit iktar minn EUR 4 miljun għas-sena 2010.