Official Journal L 123 , 19/05/1980 P. 0001 - 0001
Greek special edition: Chapter 11 Volume 20 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 12 P. 0215
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 12 P. 0215
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1192/80 tas-26 ta' Marzu 1980 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f'forma ta' skambju ta' ittri li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda bl-iskop li jaġġusta ċerti speċifikazzjonijiet tat-tariffi IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 113 tieghu Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, Billi bħala konsegwenza ta' l-emendi li jirriżultaw mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Ko-operazzjoni Doganali tat-18 ta' Ġunju 1976 u ta' ċerti bidliet awtonomi fit-Tariffa Doganali Komuni u t-Tariffa Doganali ta' l-Islanda, ċerti speċifikazzjonijiet tat-tariffi fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda [1] għandhom ikunu aġġustati; Billi, barra minn hekk, huwa meħtieġ li jkun emendat il-Ftehim imsemmi hawn fuq sabiex tkun stabbilita proċedura sempliċi biex ikunu aġġustati l-ispeċifikazzjonijiet tat-tariffi fil-każ ta' aktar emendi fit-tariffi tal-Partijiet Kontraenti, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim f'forma ta' skambju ta' ittri li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim biex b'hekk torbot ’il Komunità. Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jgħodd b'effett mill-1 ta' Jannar 1980. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Marzu 1980. Għall-Kunsill Il-President G. Marcora [1] ĠU L 301, 31.12.72, p. 2. --------------------------------------------------