31995R2694



Official Journal L 280 , 23/11/1995 P. 0013 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2694/95

tal-21 ta' Novembru 1995

dwar il-klassifika ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana [1], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2588/95 [2], u b'mod partikolari Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija fl-intier tagħha jew f'parti minnha msejsa fuqha jew li żżid kull sub-diviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati l-miżuri tat-tariffi jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati skond il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet murija fil-kolonna 3;

Billi huwa aċċettat li l-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifika tal-merkanzija fin-nomenklatura magħquda u li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jissuktaw ikunu invokati, taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [3], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [4], għall-perjodu ta' tliet xhur mid-detentur;

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u ta' l-Istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa klassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

L — informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jissuktaw ikunu invokati, taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f'Brussel, il-21 November 1995.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 256, 7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU Nru L 264, 7.11.1995, p. 4.

[3] ĠU Nru L302, 19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU Nru L 253, 11.10.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klasifikazzjoni (kodiċi NM) | Raġunijiet |

Xiropp bil-karatteristiċi analitiċi li ġejjin (perċentwal bil-piż): laktulożju: 51,3,lattożju: 5,3,galaktożju: 7,2,tagatożju; 1,6,fruttożju: 0,1.Ix-xiropp għandu biss prodotti sekondarji mis-sinteżi tal-laktulożju u kwantijiet baxxi ta' preservattiv | 17029099 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, nota 5 (B) tal-Kapitolu 84 u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 170290 u 17029099. Ara wkoll in-Noti Spejgattivi SA għall-intestatura 17.02 (Parti B). |

--------------------------------------------------