|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1876 |
17.9.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1876
tas-16 ta’ Settembru 2025
li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Septihol IPA products” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Diċembru 2024, STERIS Ireland Limited ippreżentat applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 (2) għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-istess prodott bijoċidali uniku, kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, imsejjaħ “Septihol IPA products”, tat-tipi ta’ prodott 2 u 4, kif deskritti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-TY101997-90 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali. L-applikazzjoni rreferiet għall-prodott bijoċidali uniku “Isopropanol 70 Biocide” (numru tal-awtorizzazzjoni EU-0027707-0022), li huwa parti mill-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Brenntag GmbH Propan-2-ol Product Family”, awtorizzata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2252 (3), (numru tal-awtorizzazzjoni EU-0027707-0000). |
|
(2) |
Il-prodott bijoċidali uniku “Septihol IPA products” fih il-propan-2-ol bħala s-sustanza attiva, li huwa inkluż fil-lista tal-Unjoni tas-sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tipi ta’ prodotti 2 u 4. |
|
(3) |
Fl-24 ta’ Jannar 2025, l-Aġenzija ppreżentat l-opinjoni (4) tagħha lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, u l-abbozz tas-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott (“SPC”) ta’ “Septihol IPA products” fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Aġenzija tikkonkludi li d-differenzi proposti bejn l-istess prodott bijoċidali “Septihol IPA products” u l-prodott bijoċidali uniku ta’ referenza relatat “Isopropanol 70 Biocide”, li huwa parti mill-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Brenntag GmbH Propan-2-ol Product Family”, huma limitati għall-informazzjoni li tista’ tkun soġġetta għal bidla amministrattiva f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (5), u li abbażi tal-valutazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Brenntag GmbH Propan-2-ol Product Family” u soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, l-istess prodott bijoċidali uniku “Septihol IPA products” jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk tqis li jixraq li tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-istess prodott bijoċidali uniku “Septihol IPA products”. |
|
(6) |
Id-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni jenħtieġ li tkun allinjata mad-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Brenntag GmbH Propan-2-ol Product Family”. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’dan qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0034093-0000 lil STERIS Ireland Limited għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-istess prodott bijoċidali uniku “Septihol IPA products”, f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali stabbilit fl-Anness.
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mis-7 ta’ Ottubru 2025 sat-30 ta’ Novembru 2032.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 tas-6 ta’ Mejju 2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti bijoċidali li huma l-istess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/414/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2252 tal-11 ta’ Novembru 2022 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “Brenntag GmbH Propan-2-ol Product Family” (ĠU L 297, 17.11.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2252/oj).
(4) Opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tal-24 ta’ Jannar 2025 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-istess prodott bijoċidali uniku “Septihol IPA products”, https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/354/oj).
ANNESS
Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal prodott bijoċidali
Septihol IPA products
Tip(i) ta’ prodott
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali
PT04: Żoni tal-ikel u tal-għalf
Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0034093-0000
Numru tal-assi R4BP: EU-0034093-0000
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Isem/ismijiet kummerċjali tal-prodott
|
Isem/Ismijiet kummerċjali |
Septihol Sterile Septihol Ready-To-Use Alcohol Solution Septihol WFI |
1.2. Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
STERIS Ireland Limited |
|
Indirizz |
IDA Business and Technology Park Tullamore R35 X865 County Offaly IE |
|
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0034093-0000 |
|
Numru tal-assi R4BP |
|
EU-0034093-0000 |
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
Is-7 ta’ Ottubru 2025. |
|
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
30 November 2032 |
|
1.3. Manifattur(i) tal-prodott
|
Isem tal-manifattur |
STERIS Corporation |
|
Indirizz tal-manifattur |
7501 Page Avenue MO 63133 St. Louis L-Istati Uniti |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
STERIS Corporation 7501 Page Avenue MO 63133 St. Louis L-Istati Uniti |
1.4. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)
|
Sustanza attiva |
Propan-2-ol |
|
Isem tal-manifattur |
ExxonMobil |
|
Indirizz tal-manifattur |
4999 Scenic Highway LA 70897 Baton Rouge, Louisiana L-Istati Uniti |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
ExxonMobil site 1 4999 Scenic Highway LA 70897 Baton Rouge, Louisiana L-Istati Uniti |
|
Sustanza attiva |
Propan-2-ol |
|
Isem tal-manifattur |
Shell Nederland Raffinaderij B.V. |
|
Indirizz tal-manifattur |
Vondelingenweg 601, Vodelingenenplaat 3196 KK Rotterdam In-Netherlands |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Shell Nederland Raffinaderij B.V. site 1 Vondelingenweg 601, Vodelingenenplaat 3196 KK Rotterdam In-Netherlands |
|
Sustanza attiva |
Propan-2-ol |
|
Isem tal-manifattur |
INEOS Solvents Germany GmbH |
|
Indirizz tal-manifattur |
Römerstrasse 733 47443 Moers Il-Ġermanja |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
INEOS Solvents Germany GmbH site 1 Römerstrasse 733 47443 Moers Il-Ġermanja INEOS Solvents Germany GmbH site 2 Shamrockstraße 88 44623 Herne Il-Ġermanja |
2. KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-prodott
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
Propan-2-ol |
|
Sustanza attiva |
67-63-0 |
200-661-7 |
70 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni
Meta SPC 2: XX - Oħrajn: Sprej bil-grillu Lest għall-Użu
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI
|
Dikjarazzjonijiet ta’ periklu |
H225: Likwidu u fwar li jaqbdu malajr. H319: Jagħmel irritazzjoni serja għall-għajnejn. H336: Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament. EUH066: Esponiment ripetut tista’ tikkaġuna nxif jew qsim tal-ġilda. |
|
Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni |
P101: Jekk ikun meħtieġ parir mediku, ara li jkollok il-kontenitur jew it-tikketta tal-prodott fil-qrib. P210: Żomm ’il bogħod mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħrajn li jaqbdu. Tpejjipx. P233: Żomm il-kontenitur magħluq sew. P261: Evita li tibla’ bin-nifs fwar. P261: Evita li tibla’ bin-nifs sprej. P271: Uża biss barra jew f’post ventilat sew. P280: Ilbes protezzjoni għall-għajnejn. P305+P351+P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ. P312: Ikkuntattja ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT / tabib jekk tħossok ma tiflaħx. P337+P313: Jekk l-irritazzjoni ta' l-għajnejn tippersisti: Ikkonsulta tabib. P403+P235: Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba. Żomm frisk. P405: Aħżen f’post imsakkar. P501: Armi l-l-kontenut fi skont ir-regolamenti lokali. P501: Armi l-il-kontenitur fi skont ir-regolamenti lokali. |
4. UŻU/I AWTORIZZATI
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 1
Uża 1 – Sprej Likwidu – Diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar – Utent professjonali
|
Tip ta’ prodott |
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali |
||||||||
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
Mhux rilevanti |
||||||||
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: Batterji (li jinkludu Mikobatterji) Isem komuni: - Istadju iżvilupp: - Isem xjentifiku: Ħmira Isem komuni: - Istadju iżvilupp: - |
||||||||
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar mhux porużi, materjali, tagħmir u għamara f’żoni privati, pubbliċi, tal-kura tas-saħħa u industrijali u f’żoni għal attivitajiet professjonali. |
||||||||
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: sprejjar Deskrizzjoni dettaljata: - |
||||||||
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: Għal diżinfezzjoni tal-uċuħ applika soluzzjoni tal-isprej lesta għall-użu (20 ml/m2) fuq l-uċuħ f’temperatura ambjentali. - Numru u ħin tal-applikazzjoni: Applika skont il-ħtiġijiet, applikazzjoni waħda għal kull użu, 4 darbiet fil-ġurnata. Diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar (minbarra fil-kura tas-saħħa): Sabiex toqtol batterji u ħmejjer: ħin ta’ kuntatt tal-inqas ta’ minuta waħda F’żoni tal-kura tas-saħħa: Sabiex toqtol batterji u ħmejjer: ħin ta’ kuntatt tal-inqas ta’ 5 minuti |
||||||||
|
Kategorija/i ta’ utenti |
professjonali |
||||||||
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
|
4.1.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
|
1) |
Applika l-prodott lest għall-użu fuq il-wiċċ billi tisprejja. Ara li xxarrab l-uċuħ kompletament u stenna għal minuta (diżinfezzjoni ġenerali tal-uċuħ) jew 5 minuti (uċuħ f’żoni tal-kura tas-saħħa) |
|
2) |
Għall-użu f’temperatura ambjentali (2). |
|
3) |
Applika skont il-ħtiġijiet, applikazzjoni waħda għal kull użu, 4 darbiet fil-ġurnata. |
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Il-miżura ta’ mitigazzjoni għar-riskju persunali li ġejja tista’ tiġi kkonsidrata bħala proċedura għall-mili mill-ġdid għajr meta tista’ tiġi sostitwita b’miżuri tekniċi u/jew organizzattivi:
L-użu ta’ protezzjoni tal-għajnejn waqt il-mili mill-ġdid tal-prodott huwa rakkomandat.
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.2. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 2
Uża 2 – Sprej Likwidu – Diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar li jagħmlu kuntatt mal-ikel – Utent professjonali
|
Tip ta’ prodott |
PT04: Żoni tal-ikel u tal-għalf |
||||||||
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
Mhux rilevanti |
||||||||
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: Batterji Isem komuni: - Istadju iżvilupp: - Isem xjentifiku: Ħmira Isem komuni: - Istadju iżvilupp: - |
||||||||
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar mhux porużi fis-settur tal-ikel jew industriji tal-ipproċessar tal-ikel (inklużi birreriji, l-industrija tal-ħalib u l-industrija tal-laħam). |
||||||||
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: sprejjar Deskrizzjoni dettaljata: - |
||||||||
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: Għal diżinfezzjoni tal-uċuħ applika soluzzjoni tal-isprej lesta għall-użu (20 ml/m2) fuq l-uċuħ f’temperatura ambjentali. - Numru u ħin tal-applikazzjoni: Applika skont il-ħtiġijiet, applikazzjoni waħda għal kull użu, 4 darbiet fil-ġurnata. Diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar: Sabiex toqtol batterji u ħmejjer: ħin ta’ kuntatt tal-inqas ta’ minuta waħda Fil-Birreriji/ l-industrija tal-laħam: Sabiex toqtol batterji u ħmejjer: ħin ta’ kuntatt tal-inqas ta’ 5 minuti Fl-industrija tal-ħalib: Sabiex toqtol batterji u ħmejjer: ħin ta’ kuntatt tal-inqas ta’ minuta waħda |
||||||||
|
Kategorija/i ta’ utenti |
professjonali |
||||||||
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
|
4.2.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
|
1) |
Applika l-prodott lest għall-użu fuq il-wiċċ billi tisprejja. Ara li xxarrab l-uċuħ kompletament u stenna tal-inqas għal minuta (diżinfezzjoni ġenerali tal-uċuħ), 5 minuti (diżinfezzjoni ta’ uċuħ fil-birreriji jew l-industrija tal-laħam) jew tal-inqas 15-il minuta (diżinfezzjoni ta’ uċuħ fl-industrija tal-ħalib). |
|
2) |
Għall-użu f’temperatura ambjentali. |
|
3) |
Applika skont il-ħtiġijiet, applikazzjoni waħda għal kull użu, 4 darbiet fil-ġurnata. |
4.2.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Il-miżura ta’ mitigazzjoni għar-riskju persunali li ġejja tista’ tiġi kkonsidrata għal diżinfezzjoni ta’ inġenji tal-proċessar tal-ikel u proċedura tal-mili mill-ġdid għajr meta tista’ tiġi sostitwita b’miżuri tekniċi u/jew organizzattivi: L-użu ta’ protezzjoni tal-għajnejn waqt l-immaniġġar tal-prodott huwa obbligatorju.
4.2.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.2.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.2.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)
5.1. Struzzjonijiet għall-użu
|
1) |
Ħawwad il-prodott qabel l-użu. |
|
2) |
M’għandekx tapplika aktar minn 20 ml/m2. |
|
3) |
Il-mesħiet użati għandhom jintremew f’reċipjent magħluq. |
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
|
1) |
Evita l-kuntatt ma’ l-għajnejn. |
|
2) |
Għal milli mill-ġdid għandu jintuża lembut. |
|
3) |
Il-prodott għandu jiġi applikat biss għal diżinfezzjoni ta’ superfiċji żgħar. |
|
4) |
Żomm fejn ma jistax jintlaħaq mit-tfal u l-annimali domestiċi. |
|
5) |
Uża biss fi spazji ventilati tajjeb. |
|
6) |
Żomm it-tfal u l-annimali domestiċi lil hinn minn kmamar fejn qed issir d-diżinfezzjoni. |
|
7) |
Ipprovdi ventilazzjoni xierqa qabel mat-tfal u l-annimal domestiċi jidħlu fi kmamar trattati. |
5.3. Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
|
1) |
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal 5 minuti. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib. |
|
2) |
JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Esponi lill-vittma għall-arja friska u żommha mistrieħa f’pożizzjoni komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib. |
5.4. Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
|
1) |
Prodott: Ir-rimi flimkien mal-iskart normali mhux permess. Huwa meħtieġ rimi speċjali skont ir-regolamenti lokali. |
|
2) |
Tħallix il-prodott jidħol fid-drejns. |
|
3) |
Ikkuntattja s-servizzi tal-iskart. |
|
4) |
Imballaġġ ikkontaminat: Żvojta kompletament l-imballaġġ ikkontaminat. Dan jista’ jiġi riċiklat wara tindif bir-reqqa u xieraq. L-imballaġġ li ma jistax jitnaddaf irid jintrema fl-istess manjiera bħall-prodott. |
|
5) |
Taħraqx, u tużax torċa tal-qtugħ, fuq it-tanbur vojt. Riskju ta’ splużjoni. |
5.5. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
|
1) |
Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba. |
|
2) |
Żomm frisk. |
|
3) |
Żomm il-kontenitur magħluq sew. |
|
4) |
Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. Tpejjipx. |
|
5) |
Ħajja kemm idum tajjeb il-prodott fuq l-ixkaffa: 24 xahar |
6. INFORMAZZJONI OĦRA
Il-prodott fih il-propan-2-ol (Nru CAS: 67-63-0), li għalih valur ta’ riferiment Ewropew ta’ 129,28 mg/m3 għall-utent professjonali ġie maqbul u użat għall-istima tar-riskju ta’ dan il-prodott.
(1) L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1876/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)