8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 160/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/482/KE tad-9 ta' Lulju 2007 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE konnessa ma' kontrolli fuq assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili rigward l-użu ta' vetturi bil-mutur (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 8c (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2005/849/KE) ta' l-Anness IX għall-Ftehim:

“8d.

32007 D 0482: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/482/KE tad-9 ta' Lulju 2007 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE konnessa ma' kontrolli fuq assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili rigward l-użu ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 180, 10.7.2007, p. 42).”

Artikolu 2

It-testi ta' d-Deċiżjoni 2007/482/KE fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, se jkunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 180, 10.7.2007, p. 42.

(*1)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.