European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1415

22.7.2026

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża, fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, li jemenda u jissupplimenta l-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fis-sħubija fir-riċerka u l-innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)

A.   Ittra mill-Unjoni

Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar PRIMA”). Il-Ftehim dwar PRIMA ppreveda t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Libanu fi PRIMA. It-termini u l-kundizzjonijiet huma dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni dwar PRIMA”), u dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm tibqa’ fis-seħħ id-Deċiżjoni dwar PRIMA. Id-Deċiżjoni dwar PRIMA teħtieġ li l-attivitajiet finali li għandhom jiġu ffinanzjati fl-ambitu ta’ Orizzont 2020, inklużi s-sejħiet finali għal proposti skont il-pjanijiet ta’ ħidma annwali rilevanti jitnedew sal-31 ta’ Diċembru 2024 u, f’każijiet debitament ġustifikati, sal-31 ta’ Diċembru 2025. Sabiex ittawwal l-attivitajiet tagħha, id-Deċiżjoni dwar PRIMA kellha tiġi emendata u inkorporata f’Orizzont Ewropa.

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2024/1167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi PRIMA fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa (minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni emendata dwar PRIMA”), huwa neċessarju li l-Ftehim dwar PRIMA jiġi emendat u ssupplimentat sabiex dak il-ftehim jiġi allinjat mad-Deċiżjoni emendata dwar PRIMA sabiex il-Libanu jkun jista’ jkompli jitqies bħala Stat Parteċipanti fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni emendata dwar PRIMA. Barra minn hekk, fid-dawl tar-regoli finanzjarji l-ġodda, huwa neċessarju li fil-Ftehim dwar PRIMA jiġu integrati bis-sħiħ l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-assistenza reċiproka, konklużi skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim dwar PRIMA, kif stabbilit f’dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri. Għalhekk, sabiex jiġu integrati bis-sħiħ fil-Ftehim dwar PRIMA l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-assistenza reċiproka, qed jiġu proposti għal dak il-Ftehim l-emendi li ġejjin:

1.

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“It-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Libanu fi PRIMA għandhom ikunu dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Il-Partijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti bid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 u jieħdu l-miżuri xierqa, b’mod partikolari billi jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa sabiex jiżguraw l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(3), (3a) u (4) ta’ dik id-Deċiżjoni. L-arranġamenti dettaljati għal tali assistenza huma stabbiliti fl-Anness.”.

2.

Jiżdied l-Artikolu 8 li ġej:

“Artikolu 8

L-arranġamenti dettaljati għall-assistenza essenzjali għall-kooperazzjoni huma integrati bħala Anness ta’ dan il-Ftehim u jiffurmaw parti integrali minnu.”.

3.

L-Anness li ġej jiżdied mal-Ftehim dwar PRIMA:

“ANNESS

Dwar l-assistenza reċiproka skont l-Artikolu 2

Il-modalitajiet għall-assistenza reċiproka deskritti f’dan l-Anness jiffukaw fuq l-iskambju ta’ informazzjoni u konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet u fuq modalitajiet oħra għall-assistenza bħall-iffaċilitar tal-aċċess għall-awditi, għar-rieżamijiet u għall-verifiki fuq in-nefqa u tal-aċċess għall-investigazzjonijiet, li jikkonċernaw b’mod partikolari l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(3), (3a) u (4) tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 dwar azzjonijiet indiretti ffinanzjati skont l-Artikolu 6(1), il-punt (a), ta’ dik id-Deċiżjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-‘azzjonijiet indiretti’). Dawn il-modalitajiet bl-ebda mod ma jinvolvu r-responsabbiltà ekstrakuntrattwali tal-awtoritajiet kompetenti Libaniżi nominati f’każ ta’ irregolaritajiet identifikati matul il-verifiki, l-awditi, ir-rieżamijiet u l-ispezzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikoli ta’ hawn fuq, inkluż fid-dikjarazzjonijiet tal-benefiċjarji rigward l-istatus legali jew l-eliġibbiltà tagħhom. L-obbligi tal-benefiċjarji Libaniżi fir-rigward tal-awditi, tar-rieżamijiet u tal-verifiki kif ukoll tal-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), inklużi d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-infurzar, huma rregolati b’mod eżawrjenti fil-Ftehimiet ta’ Għotja ffirmati bejn dawk il-benefiċjarji u fl-Istruttura ta’ Implimentazzjoni tal-PRIMA (il-Fondazzjoni PRIMA).

ARTIKOLU 1

Awditi, rieżamijiet u verifiki

1.   Skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim, l-awtoritajiet Libaniżi huma meħtieġa jipprovdu l-assistenza neċessarja għall-awditi tan-nefqa billi jiffaċilitaw it-twettiq ta’ dawn l-operazzjonijiet. Meta tkun meħtieġa tali assistenza, l-Istruttura ta’ Implimentazzjoni tal-PRIMA (il-Fondazzjoni PRIMA) għandha tipprovdi minn qabel, lill-awtorità nominata Libaniża, bl-informazzjoni bażika dwar il-missjonijiet relatati ma’ dawn l-awditi, ir-rieżamijiet u l-verifiki, biex b’hekk l-awtorità nominata tkun tista’ tiffaċilita dawk il-missjonijiet sa fejn ikun neċessarju.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, l-awtorità nominata Libaniża hija l-Kunsill Nazzjonali għar-Riċerka Xjentifika – il-Libanu (CNRS-L).

2.   L-awditi, ir-rieżamijiet u l-verifiki jistgħu jitwettqu wara li d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324, kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2024/1167, jew il-Ftehim jiskadu jew wara t-terminazzjoni tal-Ftehim, dment li jibqgħu neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ PRIMA.

ARTIKOLU 2

Investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)

1.   Skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim, l-awtoritajiet Libaniżi huma meħtieġa jipprovdu l-assistenza neċessarja għall-investigazzjonijiet imwettqa mill-OLAF, bir-rispett dovut għal-liġijiet nazzjonali Libaniżi.

2.   L-OLAF għandu jħejji u jwettaq attivitajiet investigattivi fit-territorju Libaniż f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità kompetenti Libaniża nominata mir-Repubblika Libaniża. L-OLAF għandu jinnotifika lill-awtorità nominata fi żmien xieraq dwar l-għan, il-fini u l-bażi legali tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fit-territorju Libaniż, sabiex tkun tista’ tipprovdi kwalunkwe assistenza rilevanti neċessarja. Għal dan il-għan, il-persunal tal-awtoritajiet kompetenti Libaniżi jista’ jipparteċipa f’tali verifiki u spezzjonijiet fuq il-post.

Jekk l-awtorità nominata Libaniża tkun tixtieq hekk, hija tista’ twettaq il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post b’mod konġunt mal-OLAF.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, l-awtorità Libaniża nominata hija l-Kunsill Nazzjonali għar-Riċerka Xjentifika – il-Libanu (CNRS-L).

3.   Jekk il-parteċipanti kkonċernati f’azzjonijiet indiretti jew entitajiet legali stabbiliti fir-Repubblika Libaniża jirreżistu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Libaniżi, filwaqt li jaġixxu f’konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu lill-persunal tal-OLAF l-assistenza neċessarja sabiex dan ikun jista’ jwettaq il-verifiki u l-ispezzjonijiet tiegħu fuq il-post b’mod effettiv u mingħajr dewmien żejjed.

4.   Meta jkun possibbli, l-OLAF ser jinforma lill-awtoritajiet Libaniżi dwar ir-riżultati ta’ tali verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fi żmien xieraq.

5.   L-awtoritajiet Libaniżi għandhom jikkooperaw mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (5) sabiex dan ikun jista’ jwettaq id-dmirijiet tiegħu li jinvestiga, jipproċedi u jressaq quddiem il-qorti l-awturi tar-reati kriminali u l-kompliċi ta’ dawn ir-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

ARTIKOLU 3

Informazzjoni u konsultazzjoni

Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni għall-assistenza reċiproka skont il-Ftehim fuq bażi regolari, sakemm ma jkunux ipprojbiti milli jagħmlu dan bir-regoli jew bil-liġijiet applikabbli u, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, iwettqu konsultazzjonijiet.

L-awtoritajiet kompetenti Libaniżi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jew lill-OLAF, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, b’informazzjoni li jsiru jafu biha relatata ma’ irregolaritajiet suspettati jew stabbiliti fil-konklużjoni jew fit-twettiq tal-ftehimiet ta’ għotja jew tal-kuntratti konklużi għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet indiretti.

ARTIKOLU 4

Kunfidenzjalità

Il-Partijiet għandhom jipproteġu l-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont il-Ftehim bl-istess mod kif informazzjoni simili tkun protetta bir-regoli applikabbli tagħhom. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni oħra għajr dawk fi ħdan il-Fondazzjoni PRIMA, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Parteċipanti jew fir-Repubblika Libaniża li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafuha, u tali informazzjoni ma għandhiex tintuża għal finijiet oħra ħlief biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet.”.

Inkun grat jekk tista’ tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma’ dan ta’ hawn fuq. Għandi l-unur li nipproponi li, jekk dan ta’ fuq huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża, fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, li jemenda u jissupplimenta l-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA). Dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri għandu jidħol fis-seħħ meta l-Unjoni u r-Repubblika Libaniża jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri ta’ approvazzjoni interni rispettivi tagħhom biex jikkonkludu dan il-Ftehim.

Nassigurak, Sinjur/Sinjura, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Image 1

Image 2

B.   Ittra mir-Repubblika Libaniża

Sinjur/Sinjura,

Għandi l-pjaċir ngħarrfek li rċevejna l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid kif ġej:

“Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (6) (minn hawn ’il quddiem ‘il-Ftehim dwar PRIMA’). Il-Ftehim dwar PRIMA ppreveda t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Libanu fi PRIMA. It-termini u l-kundizzjonijiet huma dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘id-Deċiżjoni dwar PRIMA’), u dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm tibqa’ fis-seħħ id-Deċiżjoni dwar PRIMA. Id-Deċiżjoni dwar PRIMA kienet teħtieġ li l-attivitajiet finali li għandhom jiġu ffinanzjati fl-ambitu ta’ Orizzont 2020, inklużi s-sejħiet finali għal proposti skont il-pjanijiet ta’ ħidma annwali rilevanti jitnedew sal-31 ta’ Diċembru 2024 u, f’każijiet debitament ġustifikati, sal-31 ta’ Diċembru 2025. Sabiex ittawwal l-attivitajiet tagħha, id-Deċiżjoni dwar PRIMA kellha tiġi emendata u inkorporata f’Orizzont Ewropa.

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2024/1167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi PRIMA fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa (minn hawn ’il quddiem imsejaħa ‘id-Deċiżjoni emendata dwar PRIMA’), huwa neċessarju li l-Ftehim dwar PRIMA jiġi emendat u ssupplimentat sabiex dak il-ftehim jiġi allinjat mad-Deċiżjoni emendata dwar PRIMA sabiex il-Libanu jkun jista’ jkompli jitqies bħala Stat Parteċipanti fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni emendata dwar PRIMA. Barra minn hekk, fid-dawl tar-regoli finanzjarji l-ġodda, huwa neċessarju li fil-Ftehim dwar PRIMA jiġu integrati bis-sħiħ l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-assistenza reċiproka, konklużi skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim dwar PRIMA, kif stabbilit f’dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri. Għalhekk, sabiex jiġu integrati bis-sħiħ fil-Ftehim dwar PRIMA l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-assistenza reċiproka, qed jiġu proposti għal dak il-Ftehim l-emendi li ġejjin:

1.

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘It-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Libanu fi PRIMA għandhom ikunu dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Il-Partijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti bid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 u jieħdu l-miżuri xierqa, b’mod partikolari billi jipprovdu l-assistenza kollha neċessarja sabiex jiżguraw l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(3), (3a) u (4) ta’ dik id-Deċiżjoni. L-arranġamenti dettaljati għal tali assistenza huma stabbiliti fl-Anness.’.

2.

Jiżdied l-Artikolu 8 li ġej:

‘Artikolu 8

L-arranġamenti dettaljati għall-assistenza essenzjali għall-kooperazzjoni huma integrati bħala Anness ta’ dan il-Ftehim u jiffurmaw parti integrali minnu.’.

3.

L-Anness li ġej jiżdied mal-Ftehim dwar PRIMA:

‘ANNESS

Dwar l-assistenza reċiproka skont l-Artikolu 2

Il-modalitajiet għall-assistenza reċiproka deskritti f’dan l-Anness jiffukaw fuq l-iskambju ta’ informazzjoni u konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet u fuq modalitajiet oħra għall-assistenza bħall-iffaċilitar tal-aċċess għall-awditi, għar-rieżamijiet u għall-verifiki fuq in-nefqa u tal-aċċess għall-investigazzjonijiet, li jikkonċernaw b’mod partikolari l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(3), (3a) u (4) tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 dwar azzjonijiet indiretti ffinanzjati skont l-Artikolu 6(1), il-punt (a), ta’ dik id-Deċiżjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħin l-“azzjonijiet indiretti”). Dawn il-modalitajiet bl-ebda mod ma jinvolvu r-responsabbiltà ekstrakuntrattwali tal-awtoritajiet kompetenti Libaniżi nominati f’każ ta’ irregolaritajiet identifikati matul il-verifiki, l-awditi, ir-rieżamijiet u l-ispezzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikoli ta’ hawn fuq, inkluż fid-dikjarazzjonijiet tal-benefiċjarji rigward l-istatus legali jew l-eliġibbiltà tagħhom. L-obbligi tal-benefiċjarji Libaniżi fir-rigward tal-awditi, tar-rieżamijiet u tal-verifiki, kif ukoll tal-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), inklużi d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-infurzar, huma rregolati b’mod eżawrjenti fil-Ftehimiet ta’ Għotja ffirmati bejn dawk il-benefiċjarji u fl-Istruttura ta’ Implimentazzjoni tal-PRIMA (il-Fondazzjoni PRIMA).

ARTIKOLU 1

Awditi, rieżamijiet u verifiki

1.   Skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim, l-awtoritajiet Libaniżi huma meħtieġa jipprovdu l-assistenza neċessarja għall-awditi tan-nefqa billi jiffaċilitaw it-twettiq ta’ dawn l-operazzjonijiet. Meta tkun meħtieġa tali assistenza, l-Istruttura ta’ Implimentazzjoni tal-PRIMA (il-Fondazzjoni PRIMA) għandha tipprovdi minn qabel, lill-awtorità nominata Libaniża, bl-informazzjoni bażika dwar il-missjonijiet relatati ma’ dawn l-awditi, ir-rieżamijiet u l-verifiki, biex b’hekk l-awtorità nominata tkun tista’ tiffaċilita dawk il-missjonijiet sa fejn ikun neċessarju.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, l-awtorità Libaniża nominata hija l-Kunsill Nazzjonali għar-Riċerka Xjentifika – il-Libanu (CNRS-L).

2.   L-awditi, ir-rieżamijiet u l-verifiki jistgħu jitwettqu wara li d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324, kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2024/1167, jew il-Ftehim jiskadu jew wara t-terminazzjoni tal-Ftehim, dment li jibqgħu neċessarju għall-implimentazzjoni ta’ PRIMA.

ARTIKOLU 2

Investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)

1.   Skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim, l-awtoritajiet Libaniżi huma meħtieġa jipprovdu l-assistenza neċessarja għall-investigazzjonijiet imwettqa mill-OLAF, bir-rispett dovut għal-liġijiet nazzjonali Libaniżi.

2.   L-OLAF għandu jħejji u jwettaq attivitajiet investigattivi fit-territorju Libaniż f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità kompetenti Libaniża nominata mir-Repubblika Libaniża. L-OLAF għandu jinnotifika lill-awtorità nominata fi żmien xieraq dwar l-għan, il-fini u l-bażi legali tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fit-territorju Libaniż, sabiex tkun tista’ tipprovdi kwalunkwe assistenza rilevanti neċessarja. Għal dan il-għan, il-persunal tal-awtoritajiet kompetenti Libaniżi jista’ jipparteċipa f’tali verifiki u spezzjonijiet fuq il-post.

Jekk l-awtorità Libaniża nominata tkun tixtieq hekk, hija tista’ twettaq il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post b’mod konġunt mal-OLAF.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, l-awtorità Libaniża nominata hija l-Kunsill Nazzjonali għar-Riċerka Xjentifika – il-Libanu (CNRS-L).

3.   Jekk il-parteċipanti kkonċernati f’azzjonijiet indiretti jew entitajiet legali stabbiliti fir-Repubblika Libaniża jirreżistu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Libaniżi, filwaqt li jaġixxu f’konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu lill-persunal tal-OLAF l-assistenza meħtieġa sabiex dan ikun jista’ jwettaq il-verifiki u l-ispezzjonijiet tiegħu fuq il-post b’mod effettiv u mingħajr dewmien żejjed.

4.   Meta jkun possibbli, l-OLAF ser jinforma lill-awtoritajiet Libaniżi dwar ir-riżultati ta’ verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fi żmien xieraq.

5.   L-awtoritajiet Libaniżi għandhom jikkooperaw mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (10) sabiex dan ikun jista’ jwettaq id-dmirijiet tiegħu li jinvestiga, jipproċedi u jressaq quddiem il-qorti l-awturi tar-reati kriminali u l-kompliċi ta’ dawn ir-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

ARTIKOLU 3

Informazzjoni u konsultazzjoni

Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni għall-assistenza reċiproka skont il-Ftehim fuq bażi regolari, sakemm ma jkunux ipprojbiti milli jagħmlu dan bir-regoli jew bil-liġijiet applikabbli u, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, iwettqu konsultazzjonijiet.

L-awtoritajiet kompetenti Libaniżi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jew lill-OLAF, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, b’informazzjoni li jsiru jafu biha relatata ma’ irregolaritajiet suspettati jew stabbiliti fil-konklużjoni jew fit-twettiq tal-ftehimiet ta’ għotja jew tal-kuntratti konklużi għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet indiretti.

ARTIKOLU 4

Kunfidenzjalità

Il-Partijiet għandhom jipproteġu l-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont il-Ftehim bl-istess mod kif informazzjoni simili tkun protetta bir-regoli applikabbli tagħhom. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni oħra għajr dawk fi ħdan il-Fondazzjoni PRIMA, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Parteċipanti jew fir-Repubblika Libaniża li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafuha, u tali informazzjoni ma għandhiex tintuża għal finijiet oħra ħlief biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet.’.

Inkun grat jekk tista’ tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma’ dan ta’ hawn fuq. Għandi l-unur li nipproponi li, jekk dan ta’ fuq huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża, fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, li jemenda u jissupplimenta l-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA). Dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri għandu jidħol fis-seħħ meta l-Unjoni u r-Repubblika Libaniża jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri ta’ approvazzjoni interni rispettivi tagħhom biex jikkonkludu dan il-Ftehim.”.

Nista’ nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut tal-ittra tiegħek u li l-ittra tiegħek u din l-ittra għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża, fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, li jemenda u jissupplimenta l-Ftehim dwar PRIMA f’konformità mal-proposta tiegħek.

Nassigurak, Sinjur/Sinjura, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Image 3

Image 4


(1)  Il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (ĠU UE L 79, 22.3.2018, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2018/467/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b’mod konġunt diversi Stati Membri (ĠU UE L 185, 18.7.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1324/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni (UE) 2024/1167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) taħt Orizzont Ewropa (ĠU UE L, 2024/1167, 19.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1167/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b’mod konġunt diversi Stati Membri (ĠU UE L 185, 18.7.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1324/oj), kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2024/1167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) taħt Orizzont Ewropa (ĠU UE L, 2024/1167, 19.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1167/oj).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (‘l-UPPE’) (ĠU UE L 283 31.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj).

(6)  Il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (ĠU UE L 79, 22.3.2018, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2018/467/oj).

(7)  Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b’mod konġunt diversi Stati Membri (ĠU UE L 185, 18.7.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1324/oj).

(8)  Id-Deċiżjoni (UE) 2024/1167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) taħt Orizzont Ewropa (ĠU UE L, 2024/1167, 19.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1167/oj).

(9)  Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b’mod konġunt diversi Stati Membri (ĠU UE L 185, 18.7.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1324/oj), kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2024/1167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) taħt Orizzont Ewropa (ĠU UE L, 2024/1167, 19.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1167/oj).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU UE L 283 31.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2026/1415/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)