<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-25/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0025</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:57">EU:C:2018:57</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Mengozzi – Kawża C‑25/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Jehovan todistajat</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mengozzi</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑25/17</HT></P><P>Tietosuojavaltuutettu</P><P>vs</P><P>Jehovan todistajat – uskonnollinen yhdyskunta</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-okeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 95/46/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ attività esklussivament personali jew domestika</KEYWORD><KEYWORD>Data miġbura u pproċessata mill-membri ta’ komunità reliġjuża bħala parti mill-attività tagħhom ta’ ppridkar bieb bieb</KEYWORD><KEYWORD>Libertà reliġjuża</KEYWORD><KEYWORD>L-Artikolu 10 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ sistema ta’ ħażna</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ kontrollur ta’ data personali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-komunità tax-Xhieda ta’ Ġeħova għandha tkun suġġetta għall-osservanza tar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali minħabba li l-membri tagħha, waqt li jkunu qegħdin iwettqu l-attività tagħhom ta’ ppridkar bieb bieb, jistgħu jkollhom jieħdu noti dwar il-kontenut tal-konverżazzjoni tagħhom u, b’mod partikolari, dwar it-twemmin reliġjuż tal-persuni li jkunu żaru? Essenzjalment, din hija l-kwistjoni ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-premessa 12 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355.</P></NOTE> li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>l-prinċipji ta’ protezzjoni għandhom japplikaw għall-ipproċessar kollu ta’ data personali minn kull persuna li l-attivitajiet tagħha huma regolati bil-liġi tal-Komunità; billi m’għandux ikun magħdud l-ipproċessar ta’ data magħmul minn persuna naturali fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet li huma esklussivament personali jew domestiċi, bħal ma hija korrispondenza u ż-żamma ta’ reġistri ta’ indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Skont it-termini tal-premessa 27 tad-Direttiva 95/46, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>[i]l-protezzjoni ta’ individwi għandha tkun applikata kemm għal ipproċessar awtomatiku ta’ data u kemm għal ipproċessar manwali; […] l-iskop ta’ din il-protezzjoni m’għandux fil-fatt jiddependi mill-mezzi tekniċi użati, peress li dan jista’ joħloq riskju serju li dawn jistgħu jiġu skartati; […] madankollu, dwar ipproċessar manwali, din id-Direttiva<?PAGE NO="2"?> għandha x’taqsam biss ma’ sistemi ta’ skedar, mhux files mingħajr struttura; […] b’mod partikolari, il-kontenut tas-sistema ta’ skedar għandu jkun strutturat skond kriterji speċifiċi dwar individwi b’mod li l-aċċess għal data personali jkun ħafif; […] skond id-definizzjoni fl-Artikolu 2(ċ), il-kriterji differenti biex ikunu stabbiliti l-elementi ta’ sett strutturat ta’ data personali, u l-kriterji differenti li jirregolaw l-aċċess għal sett bħal dan, jistgħu ikunu stabbiliti minn kull Stat Membru; […] sett jew settijiet ta’ files, kif ukoll il-qoxra tal-faċċata tagħhom, li ma jkunux strutturati skond kriterji speċifiċi, m’għandhomx jaqgħu, għal l-ebda raġuni, taħt din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>data personali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser kull data li jkollha x’taqsam ma’ persuna naturali identifikata jew identifikabbli (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>suġġett tad-data<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>); persuna identifikabbli huwa min jista’ jkun identifikat, direttament jew indirettament, partikolarment b’referenza għal numru ta’ identità jew għal fattur wieħed speċifiku jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>) tfisser kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq data personali, b’mezzi awtomatiċi jew mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, reġistrazzjoni, organizzazzjoni, ħażna, adattament jew bdil, rkupru, konsultazzjoni, użu, żvelar bi trasmissjoni, tixrid jew li xort’oħra jagħmlu l-ipproċessar disponibbli jew li jġibu allineament, taħlita, imblokk, tħassir jew distruzzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>sistema ta’ ħażna ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>sistema ta’ ħażna<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>) tfisser sett strutturat ta’ data personali li jkun aċċessibbli skond kriterji speċifiċi, kemm jekk ċentraliżżat, di-ċentraliżżat jew imferrex fuq bażi funzjonali jew ġeografika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser persuna naturali jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-finijiet u l-mezzi ta’ l-ipproċessar ta’ data personali; meta l-finijiet u l-mezzi ta’ l-ipproċessar ikunu determinati minn liġijiet jew regolamenti nazzjonali jew tal-Komunità, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għan-nomina tiegħu jistgħu jkunu stabbiliti b’liġijiet nazzjonali jew tal-Komunità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>proċessur<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser persuna naturali jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f’isem il-kontrollur;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 95/46 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tkun applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali fl-intier tiegħu jew parti minnu b’mezzi awtomatiċi, u għall-ipproċessar b’mezzi oħra mhux awtomatiċi ta’ data personali li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar jew li tkun maħsuba li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fil-kors ta’ attività li ma tkunx skond il-finijiet ta’ liġi tal-Komunità, bħalma huma dawk provduti fit-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u fi kwalunkwe każ għal operazzjonijiet ta’ ipproċessar dwar sigurtà pubblika, difiża, sigurtà ta’ l-Istat (magħdud il-ġid ekonomiku ta’ l-Istat meta l-operazzjoni ta’ l-ipproċessar tkun dwar materji ta’ sigurtà ta’ l-Istat) u l-attivitajiet ta’ l-Istat fl-oqsma tal-liġi kriminali,</P></ITEM><ITEM><P>minn persuna naturali meta fil-kors ta’ attività purament personali jew domestika.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 95/46 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Stati Membri għandhom jipprojbixxu l-ipproċessar ta’ data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija <HT TYPE="ITALIC">trade</HT>-unjonistika, u l-ipproċessar ta’ data dwar saħħa jew ħajja sesswali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Il-paragrafu 2(d) ta’ dan l-istess artikolu jkompli jgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>[i]l-paragrafu 1 m’għandux japplika fejn […] l-ipproċessar isir fil-kors ta’ l-attivitajiet legittimi tiegħu b’garanziji xierqa minn fondazzjoni, għaqda jew xi korp ieħor li ma jagħmilx profitt b’għanijiet politiċi, filosofiċi, reliġjużi jew <HT TYPE="ITALIC">trade</HT>-unjonistiċi u bil-kondizzjoni li l-ipproċessar ikun biss dwar il-membri tal-korp jew il-persuni li jkollhom kuntatt regulari miegħu b’rabta ma l-għanijiet tiegħu, u li d-data ma tkunx żvelata lil parti terza mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data […].<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 95/46 ġiet trasposta fid-dritt Finlandiż permezz tal-henkilötietolaki 523/1999 (il-Liġi 523/1999 dwar id-data personali).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(3) tal-Liġi dwar id-data personali jiddefinixxi s-sistema ta’ ħażna ta’ data personali bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ġabra ta’ data personali li tikkostitwixxi informazzjoni miġbura skont l-għan intiż tagħhom, totalment jew parzjalment ipproċessata permezz ta’ proċess awtomatizzat, jew li hija organizzata permezz ta’ skedi, listi, jew kwalunkwe metodu ieħor simili li jippermetti li d-data dwar l-individwi tinstab faċilment u mingħajr spejjeż eċċessivi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-Liġi dwar id-data personali jipprojbixxi l-ipproċessar ta’ data sensittiva, li tinkludi t-twemmin reliġjuż. L-Artikolu 12 tal-Liġi dwar id-data personali jipprovdi, madankollu, li l-ipproċessar ta’ din id-data huwa possibbli meta, f’każ li d-data tirrigwarda t-twemmin reliġjuż, din tinġabar bħala parti mill-attività ta’ assoċjazzjonijiet jew ta’ entitajiet oħrajn li jħaddnu dan it-twemmin u jekk id-data tirrigwarda lill-membri ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet jew entitajiet jew persuni li għandhom kuntatti regolari magħhom minħabba l-għanijiet tagħhom u sakemm din id-data ma tiġix trażmessa lil terzi mingħajr il-kunsens tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 44 tal-Liġi dwar id-data personali jgħid li l-kummissjoni għall-protezzjoni tad-data tista’ tipprojbixxi l-ipproċessar ta’ data personali li jmur kontra din il-liġi jew kontra r-regoli u r-rekwiżiti stabbiliti fuqha fuq talba tal-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Data, u tagħti skadenza lill-persuni kkonċernati biex jirrimedjaw l-illegalità jew in-negliġenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali, id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130917">17 ta’ Settembru 2013</DATE>, il-kummissjoni Finlandiża għall-protezzjoni tad-data (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>il-kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), fuq talba tat-Tietosuojavaltuutettu (il-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Data, il-Finlandja, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali), adottat deċiżjoni li tipprojbixxi lill-komunità reliġjuża tax-Xhieda ta’ Ġeħova (il-konvenuta fil-kawża prinċipali, iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>il-komunità<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) milli tiġbor jew milli tipproċessa data personali bħala parti mill-attività tagħha ta’ ppridkar bieb bieb mingħajr ma tikkonforma mal-kundizzjonijiet legali għall-ipproċessar ta’ data personali pprovduti mil-Liġi dwar id-data personali. B’hekk il-kummissjoni kkunsidrat li l-komunità u l-membri tagħha kienu responsabbli mill-ipproċessar ta’ data personali sensittiva, skont il-Liġi dwar id-data personali. Id-deċiżjoni stabbilixxiet li l-komunità kellha sitt xhur żmien biex tikkonforma ruħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-komunità appellat minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tal-ewwel istanza billi argumentat li dan kien ipproċessar ta’ data għal finijiet strettament individwali skont it-tifsira tal-Liġi dwar id-data personali. Permezz tas-sentenza mogħtija fit-<DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, l-istess qorti annullat id-deċiżjoni tal-kummissjoni billi kkunsidrat li l-komunità ma kinitx responsabbli għal ipproċessar illegali ta’ data personali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Data ressaq appell quddiem il-qorti tar-rinviju fejn talab l-annullament tas-sentenza tat-<DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tiddeskrivi l-attività tal-komunità b’dan il-mod. Bħala parti mill-attività tagħhom ta’ ppridkar, dawn il-membri jmorru bieb bieb, jieħdu noti dwar il-laqgħat tagħhom ma’ nies li, fil-prinċipju, qatt ma ltaqgħu magħhom. Id-data tinġabar biex jiftakru l-informazzjoni utli f’każ ta’ żjara sussegwenti. Il-persuni li tkun saritilhom iż-żjara u li d-data tagħhom tinġabar fin-noti tal-membri ma jiġux informati dwar dan il-ġbir u lanqas dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom. L-informazzjoni tinġabar jew fuq ktieb tan-noti jew fuq skedi. Id-data inkwistjoni hija l-isem, l-indirizz u s-suġġett tal-konverżazzjoni fil-qosor, li tirrigwarda, b’mod partikolari, it-twemmin reliġjuż u s-sitwazzjoni tal-familja. Skont il-qorti tar-rinviju, l-attività ta’ ppridkar hija organizzata mill-komunità sabiex din timmappja ż-żoni u tqassam is-setturi fost il-membri għall-finijiet tal-evanġelizzazzjoni. Il-parroċċi jżommu reġistri dwar il-predikaturi fejn jissemma n-numru ta’ pubblikazzjonijiet li jkunu qassmu u jingħadd il-ħin iddedikat minn kull membru għall-ippridkar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-komunità diġà użat pubblikazzjoni maħruġa minnha sabiex tgħaddi struzzjonijiet dwar kif jittieħdu n-noti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Il-qorti tar-rinviju hawnhekk issemmi żewġ artikli ppubblikati fir-rivista Is-servizz tas-Saltna f’Novembru 2011 u f’Ġunju 2012.</P></NOTE>. Għall-bidu d-data kienet tinġabar fuq formoli, iżda l-komunità waqfet tħeġġeġ l-użu tagħhom wara rakkomandazzjoni mill-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Data. Barra minn hekk, il-parroċċi tal-komunità jżommu lista, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>lista tal-projbizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, tal-persuni li esprimew ix-xewqa li ma jibqgħux jirċievu żjarat mingħand il-membri ta’ din il-komunità. Skont il-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Data, din il-lista tidher li hija konformi mal-liġi dwar id-data personali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Data jsostni quddiem il-qorti tar-rinviju li d-data miġbura mill-membri tal-komunità waqt l-attività ta’ ppridkar tagħhom hija sistema ta’ ħażna peress li din se tmur għall-istess għan u se tiġi rreġistrata sabiex isservi bħala tfakkira waqt żjara sussegwenti. L-ipproċessar tad-data li jsir min-noti individwali huwa mmexxi u organizzat strettament mill-komunità nfisha, li teżerċita kontroll effettiv fuq il-ġbir u l-ipproċessar tad-data. Kemm il-komunità kif ukoll il-membri tagħha meta jieħdu n-noti individwali waqt l-attività ta’ ppridkar tagħhom għandhom jitqiesu flimkien bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kontrolluri<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> tad-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha l-komunità ssostni li l-attività ta’ ppridkar, li matulha jista’ jkun il-każ li l-membru jieħu xi noti, taqa’ taħt il-prattika individwali tar-reliġjon. B’hekk in-noti huma purament personali. It-teħid tan-noti u kwalunkwe pproċessar tad-data miġbura jsiru indipendentement mill-eżistenza tal-komunità, li ma għandha ebda kontroll minkejja li xorta waħda tirrikonoxxi li tagħmel rakkomandazzjonijiet u tagħti indikazzjonijiet spiritwali dwar id-dmir ta’ kull membru li jieħu sehem fl-attività ta’ evanġelizzazzjoni. Għalhekk in-noti tal-membri ma jintbagħtux lill-komunità, li ma għandhiex aċċess għalihom. Ma hemmx sistema fejn tinġabar id-data u li minnha jistgħu jsiru riċerki. Il-komunità ma tafx min minn fost il-membri tagħha jieħu noti wara ż-żjarat li jsiru. Il-ġbir tad-data jirrigwarda biss data aċċessibbli minn sorsi pubbliċi bħad-direttorju u din tinqered ladarba jirriżulta li ma tibqax utli. Id-data miġbura fuq inizjattiva individwali u personali tal-membri ma tikkostitwixxix sistema ta’ ħażna u l-komunità ma tistax titqies bħala kontrollur tad-data personali. Din hija wkoll l-evalwazzjoni tal-awtoritajiet Daniżi, tal-Pajjiżi l-Baxxi u Norveġiżi li jqisu li l-attività inkwistjoni fil-kawża prinċipali la taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi nazzjonali li tirregola l-ġbir u l-ipproċessar ta’ data personali u lanqas ma hija kuntrarja għal din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, jeħtieġ għalhekk li jiġi stabbilit, l-ewwel, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi dwar il-protezzjoni tad-data li jikkorrispondi għall-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tiċċita s-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Lindqvist</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030520">20 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Österreichischer Rundfunk <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑465/00, C‑138/01 u C‑139/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:294">EU:C:2003:294</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-attività ta’ ġbir u pproċessar ta’ data personali mwettqa fil-kuntest ta’ prattika reliġjuża bħall-attività ta’ ppridkar ma tidhirx li taqa’ taħt l-esklużjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 iżda għadu mhux ċert jekk l-attività ta’<?PAGE NO="5"?> ppridkar tistax titqies bħala attività purament personali jew domestika fit-tifsira tat-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46. Għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-effett tal-informazzjoni li tinsab fil-premessa 12 tad-Direttiva 95/46 meta d-data miġbura tidher li tmur lil hinn minn dik normalment miġbura fi ktejjeb tal-indirizzi, speċjalment peress li tista’ tkun sensittiva u tirrigwarda persuni mhux magħrufa mal-membri, fid-dawl imbagħad tal-kjarifika pprovduta fil-premessa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20160427">27 ta’ April 2016</DATE> dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ <HT TYPE="ITALIC">data</HT> personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali <HT TYPE="ITALIC">data</HT>, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="119" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 119, p. 1</REF.DOC.OJ>. Skont din il-premessa, ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta’ data personali minn persuna fiżika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>matul attività purament personali jew fid-dar u għalhekk mingħajr ebda rabta ma’ attività professjonali jew kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Qabelxejn nippreċiża li r-Regolament 2016/679 se jibda japplika biss mill-<DATE ISO="20180525">25 ta’ Mejju 2018</DATE>, kif jipprovdi l-Artikolu 99 tiegħu, u għalhekk din l-analiżi ser tiffoka fuq id-Direttiva 95/46, imsemmija b’mod espliċitu fid-domandi preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE> u, fl-aħħar, tar-rwol li għandha l-komunità. Il-qorti tar-rinviju tassumi li d-determinazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 teħtieġ bilanċ bejn id-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata, minn naħa, u l-libertà mhux inqas fundamentali tar-reliġjon, min-naħa l-oħra, li forma ta’ espressjoni tagħha hija l-attività tal-ippridkar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>sistema ta’ ħażna<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> skont l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 95/46, billi huwa mifhum li jekk l-attività inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt l-esklużjoni prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva, din ma għandhiex tapplika, fin-nuqqas ta’ pproċessar awtomatizzat tad-data kkonċernata, ħlief jekk din id-data tkun tagħmel parti minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>sistema ta’ ħażna<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. F’dan il-kuntest din il-qorti tenfasizza l-iskop komuni tan-noti tal-membri, jiġifieri li jservu bħala tfakkira u jiffaċilitaw it-tfittxija tad-data dwar il-persuni f’każ ta’ żjara sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fit-tielet u fl-aħħar lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-komunità, waħedha jew flimkien mal-membri tagħha, tistax titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46 meta din tidher li teżerċita kontroll effettiv fuq l-attività ta’ ġbir, għalkemm attwalment ma jeżistux ordnijiet jew struzzjonijiet bil-miktub mingħandha. Dan il-kunċett ta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jidher li huwa ddefinit b’mod wiesa’ mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Hawnhekk il-qorti tar-rinviju ssemmi s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Google Spain u Google</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑131/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u l-qorti <HT TYPE="ITALIC">a quo</HT> tenfasizza b’mod partikolari, minkejja l-fatt li l-komunità jista’ ma jkollhiex aċċess għad-data miġbura, ir-rwol tagħha ta’ inkoraġġiment tal-attività ta’ ppridkar bieb bieb kif ukoll il-fatt li fil-passat diġà tat struzzjonijiet dwar il-ġbir ta’ data lill-membri tagħha u setgħet tathom formoli għal dan il-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha, u permezz ta’ deċiżjoni ta’ rinviju li waslet fir-Reġistru fid-<DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE>, għamlet id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1)</NO.P><TXT>L-eċċezzjonijiet għall-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva [95/46] previsti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ġbir u l-ipproċessar ta’ data personali li jwettqu l-membri ta’ komunità reliġjuża fil-kuntest tal-attività ta’ ppridkar bieb bieb ma jaqgħux taħt dan il-kamp ta’ applikazzjoni? Għall-finijiet tal-eżami tal-applikabbiltà tad-Direttiva [95/46], x’importanza għandha tingħata, minn naħa, lill-fatt li huma l-komunità reliġjuża u l-parroċċi tagħha li jorganizzaw l-attività ta’ ppridkar li fil-kuntest tagħha d-data hija miġbura u, min-naħa l-oħra, lill-fatt li din fl-istess ħin hija huwa wkoll prattika reliġjuża individwali tal-membri tal-komunità reliġjuża?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>sistema ta’ ħażna<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> msemmija fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva [95/46], ikkunsidrata fid-dawl tal-premessi 26 u 27 ta’ din id-direttiva, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-data personali kollha (li tinkludi l-ismijiet u l-indirizzi kif ukoll data u kwalunkwe karatteristika oħra dwar persuna) miġbura b’mod mhux awtomatiku fil-kuntest tal-attività ta’ ppridkar bieb bieb deskritt preċedentement</TXT><?PAGE NO="6"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ma tikkostitwixxix sistema ta’ ħażna, peress li ma tirrigwardax sistemi ta’ ħażna jew listi speċifiċi jew sistema oħra ta’ riċerka komparabbli fis-sens tad-definizzjoni mogħtija mil-liġi Finlandiża dwar id-data personali; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tikkostitwixxi sistema ta’ ħażna, peress li d-data neċessarja għal użu ulterjuri, fid-dawl tal-għan tagħhom, tista’ tkun is-suġġett ta’ tfittxija faċli fil-prattika u mingħajr spejjeż eċċessivi fis-sens tal-liġi Finlandiża dwar id-data personali?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-finijiet u l-mezzi ta’ l-ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> li tinsab fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva [95/46] għandha tiġi interpretata fis-sens li komunità reliġjuża li torganizza attività li fil-kuntest tagħha hija miġbura data personali (b’mod partikolari billi jitqassam ir-raġġ ta’ azzjoni fost il-predikaturi differenti, billi jkun hemm segwitu tal-attività ta’ dawn il-predikaturi u biż-żamma ta’ reġistru ta’ persuni li ma jixtiqux li dawn jiġu f’darhom) tista’ tiġi kkunsidrata responsabbli mill-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-membri tagħha, anki jekk, skont din il-komunità reliġjuza, huma biss il-predikaturi li għandhom aċċess għad-data rilevanti [għad-data li huma jiġbru]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Dan l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva [95/46] għandu jiġi interpretat fis-sens li sabiex il-komunità reliġjuża tiġi kkunsidrata responsabbli mill-ipproċessar, għandu jkun hemm atti speċifiċi oħra adottati minnha, bħal ordnijiet jew istruzzjonijiet bil-miktub, li permezz tagħhom tmexxi l-ġbir tad-data, jew huwa biżżejjed li jista’ jiġi kkunsidrat li hija effettivament f’pożizzjoni li tmexxi l-attività tal-membri tagħha?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>F’din il-kawża ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mill-konvenuta fil-kawża prinċipali, mill-Gvern Finlandiż, mill-Gvern Ċek u mill-Gvern Taljan kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fis-seduta tat-<DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE> quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Data, il-konvenuta fil-kawża prinċipali u l-Gvern Finlandiż kif ukoll il-Kummissjoni għamlu l-osservazzjonijiet orali tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari huwa kkaratterizzat minn kontestazzjoni qawwija tal-fatti, min-naħa tal-konvenuta fil-kawża prinċipali, kif stabbiliti mill-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Data u ppreżentati mill-qorti tar-rinviju. Il-komunità ssostni li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex taċċetta li twieġeb għad-domandi magħmula mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema) billi tapplika s-sentenza Meilicke<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920716">16 ta’ Lulju 1992</DATE> (<NO.CASE>C‑83/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:332">EU:C:1992:332</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li f’dik is-sentenza l-Qorti tal-Ġustizzja fakkret <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>ir-regoli tal-logħba<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tad-djalogu preliminari. Għalhekk, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-prinċipju, hija obbligata li tirrispondi għad-domandi magħmula mill-qorti nazzjonali li waħedha biss taf direttament il-fatti tal-każ u hija għalhekk fl-aħjar pożizzjoni biex tevalwa l-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari biex tagħti s-sentenza tagħha, xorta waħda din tista’ tivverifika l-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tiżgura li d-deċiżjoni preliminari tagħha ser tikkontribwixxi b’mod effettiv mhux għall-formulazzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi dwar kwistjonijiet ġenerali jew ipotetiċi, iżda għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri. Għaldaqstant hija l-qorti nazzjonali li għandha tistabbilixxi l-fatti tal-każ b’mod li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ jkollha għarfien tal-punti kollha ta’ fatt u ta’ dritt li jistgħu jkunu importanti<?PAGE NO="7"?> għall-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li hija tintalab tagħti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920716">16 ta’ Lulju 1992</DATE>, <NAME.CASE>Meilicke</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-83/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:332">EU:C:1992:332</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fis-sentenza Meilicke<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920716">16 ta’ Lulju 1992</DATE> (<NO.CASE>C-83/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:332">EU:C:1992:332</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikament qieset li kienet mitluba tiddeċiedi fuq problema ta’ natura ipotetika mingħajr ma kellha l-punti ta’ fatt jew ta’ dritt meħtieġa biex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li sarulha u kkonkludiet li ma kienx hemm lok li tingħata deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Meta tinvoka din il-ġurisprudenza, il-konvenuta fil-kawża prinċipali hija konxja li l-prinċipju jibqa’ dak ta’ preżunzjoni qawwija ta’ rilevanza tad-domandi preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju u li huwa biss f’każijiet eċċezzjonali li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrifjuta li tirrispondi għalihom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980618">18 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Corsica Ferries France</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑266/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:306">EU:C:1998:306</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060928">28 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Gasparini <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑467/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:610">EU:C:2006:610</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111020">20 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Interedil</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑396/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:671">EU:C:2011:671</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, il-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża, u b’mod partikolari, id-deċiżjoni tar-rinviju, ma fihomx lakuni tali li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun qed taqbeż il-limiti tal-funzjoni tagħha jekk tiddeċiedi li tagħti risposti għad-domandi preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, għall-kuntrarju, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920716">16 ta’ Lulju 1992</DATE>, <NAME.CASE>Meilicke</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑83/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:332">EU:C:1992:332</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fi kwalunkwe każ hija r-responsabbiltà ta’ din tal-aħħar li tistabbilixxi l-fatti b’mod definittiv, jekk dan jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Il-qorti tar-rinviju fil-fatt hija qorti suprema li l-istħarriġ tagħha tal-fatti kif stabbiliti mill-qorti tal-ewwel istanza jista’ jkun limitat.</P></NOTE>. Il-fatti fit-talba għal deċiżjoni preliminari, fi kwalunkwe każ, huma għal kollox suffiċjenti biex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tieħu deċiżjoni informata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>F’dan ir-rigward, ma huwiex possibbli li jsir paragun, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni l-konvenuta fil-kawża prinċipali, bejn dan il-każ u l-każ li ta lok għas-sentenza Benedetti (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19770203">3 ta’ Frar 1977</DATE> (<NO.CASE>52/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1977:16">EU:C:1977:16</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)) li kien ikkaratterizzat minn nuqqas kroniku ta’ preċiżjoni u ta’ konstatazzjoni ddettaljata tal-fatti (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19770203">3 ta’ Frar 1977</DATE>, <NAME.CASE>Benedetti</NAME.CASE> (<NO.CASE>52/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1977:16">EU:C:1977:16</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)) li ma kienx jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-kompitu tagħha b’mod xieraq u utli. Barra minn hekk, ma hemmx dubju li l-konvenuta fil-kawża prinċipali tabilħaqq għandha l-istatus ta’ parti fil-kawża prinċipali u li hija setgħet tiġġustifika lilha nfisha peress li hija stess adixxiet lill-qorti tal-ewwel istanza, li – infakkar – laqgħet l-appell tagħha (għall-kuntrarju, ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19770203">3 ta’ Frar 1977</DATE>, <NAME.CASE>Benedetti</NAME.CASE> (<NO.CASE>52/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1977:16">EU:C:1977:16</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domandi preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk l-attività tal-membri tal-komunità tax-Xhieda ta’ Ġeħova tistax tiġi eżentata mill-applikazzjoni tar-regoli tad-Direttiva 95/46 fuq il-bażi tat-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva, li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva l-ipproċessar ta’ data personali li jsir <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>minn persuna naturali meta fil-kors ta’ attività <HT TYPE="ITALIC">purament personali jew domestika</HT><QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>. Madankollu, il-konvenuta fil-kawża prinċipali sostniet ukoll li l-attività inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonċerna l-libertà tar-reliġjon u tal-espressjoni reliġjuża privata u paċifika, taqa’ taħt l-esklużjoni msemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46. F’dawn iċ-ċirkustanzi, jien se nibda l-analiżi tiegħi bl-eżami ta’ din l-aħħar dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-attività ta’ ppridkar mhijiex eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46 skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tagħha</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 jipprovdi li din id-direttiva m’għandhiex tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>fil-kors ta’ attività li ma tkunx skond il-finijiet ta’ liġi tal-Komunità, bħalma huma dawk provduti fit-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u fi kwalunkwe każ għal operazzjonijiet ta’ ipproċessar dwar sigurtà pubblika, difiża, sigurtà ta’ l-Istat (magħdud il-ġid ekonomiku ta’ l-Istat meta l-operazzjoni ta’ l-ipproċessar tkun dwar materji ta’ sigurtà ta’ l-Istat) u l-attivitajiet ta’ l-Istat fl-oqsma tal-liġi kriminali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. L-argument tal-konvenuta fil-kawża prinċipali huwa, sostanzjalment, li l-attività ta’ ppridkar, li fiha jsir il-ġbir u l-ipproċessar tad-data tal-persuni li jkunu rċevew żjara mill-membri tal-komunità, hija attività li ma taqax fil-kamp ta’<?PAGE NO="8"?> applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Il-konvenuta fil-kawża prinċipali tibbaża fuq id-diċitura tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament 2016/679 biex tappoġġja l-prova li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 jeskludi mhux biss l-attivitajiet imsemmija fit-Titoli V u VI TUE iżda, b’mod aktar ġenerali, kwalunkwe attività li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Madankollu, jidhirli li l-kjarifika li tinsab fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament 2016/679 hija pjuttost superfluwa, ladarba fi kwalunkwe każ ebda regola tad-dritt tal-Unjoni ma tista’ tapplika barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</P></NOTE>. Min-naħa tiegħu l-Gvern Taljan jibbaża l-argument tiegħu fuq l-Artikolu 17 TFUE, li jipprovdi għall-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri biex jirregolaw l-organizzazzjonijiet reliġjużi, biex jasal għall-istess konklużjoni tal-konvenuta fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ta’ min ifakkar li jirriżulta minn ġurisprudenza kostanti tal-Qorti tal-Ġustizzja li d-Direttiva 95/46 tiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>b’mod wiesa’ ħafna<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, billi b’mod partikolari, ma tissuġġettax l-applikazzjoni tar-regoli ta’ protezzjoni għall-kwistjoni ta’ jekk l-ipproċessar jinvolvix rabta effettiva mal-moviment liberu bejn l-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030520">20 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Österreichischer Rundfunk <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑465/00, C‑138/01 u C‑139/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:294">EU:C:2003:294</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret ukoll li d-direttiva ma tipprovdi ebda limitazzjoni ulterjuri tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha meta mqabbla ma’ dawk previsti fl-Artikolu 3 tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Satakunnan Markkinapörssi u Satamedia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑73/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:727">EU:C:2008:727</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 95/46 li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, b’mod partikolari tal-ħajja privata tagħhom, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Google Spain u Google</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑131/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ryneš</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑212/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2428">EU:C:2014:2428</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Manni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑398/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:197">EU:C:2017:197</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, din il-protezzjoni teħtieġ li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>id-derogi mill-protezzjoni tad-data personali u l-limitazzjonijiet tagħha għandhom isiru fil-limiti ta’ dak li huwa strettament neċessarju<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ryneš</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑212/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2428">EU:C:2014:2428</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Schrems</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑362/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:650">EU:C:2015:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv, bħal kwalunkwe klawżola ta’ deroga.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>[l]-attivitajiet imsemmija bħala eżempji fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 […] huma, fil-każijiet kollha, attivitajiet li jappartjenu lill-Istati jew lill-awtoritajiet Statali u li mhumiex marbuta ma’ l-oqsma ta’ attività ta’ individwi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Lindqvist</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Imbagħad speċifikat li l-attivitajiet imsemmija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>huma intiżi sabiex jiddefinixxu l-portata ta’ l-eċċezzjoni prevista f’dan l-inċiż, b’tali mod li din l-eċċezzjoni tapplika biss għall-attivitajiet li jissemmew espressament f’dan l-inċiż jew li jistgħu jiġu kklassifikati fl-istess kategorija (<HT TYPE="ITALIC">ejusdem generis</HT>)<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Lindqvist</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fuq kollox, f’kawża li kienet tikkonċerna l-attività ta’ katekista f’parroċċa fl-Isvezja u li kienet tikkonsisti fil-ħolqien ta’ paġna fuq l-Internet li tagħti informazzjoni lin-nies fil-parroċċa li kienu qed iħejju għall-griżma tagħhom, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>attivitajiet karitatevoli jew reliġjużi, bħal dawk eżerċitati minn [dak iż-żmien ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali], ma jistgħux jiġu ekwiparati ma’ l-attivitajiet imsemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 u għalhekk mhumiex koperti minn din l-eċċezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Lindqvist</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalkemm fil-konklużjonijiet tiegħu dwar dan il-każ l-Avukat Ġenerali Tizzano kien sostna l-kuntrarju, mhuwiex minħabba n-natura reliġjuża tal-kuntest li fih kienet qed issir l-attività tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, iżda minħabba n-nuqqas ta’ skop ta’ qligħ, ta’ element transkonfinali u ta’ kwalunkwe relazzjoni ta’ impjieg, jiġifieri n-nuqqas ta’ kwalunkwe rabta ta’ dik l-attività mal-eżerċitar tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tizzano fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Lindqvist</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:513">EU:C:2002:513</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. u 44).</P></NOTE>. Permezz tas-sentenza Lindqvist<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE> (<NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja mhux biss iddeċidiet li, fid-dawl tal-għan essenzjali segwit mid-Direttiva 95/46, ma kienx hemm bżonn li jiġi vverifikat jekk l-attività kkonċernata kinitx taffettwa direttament il-moviment liberu bejn l-Istati Membri, qabel tiġi applikata dik id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Lindqvist</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, iżda<?PAGE NO="9"?> ammettiet ukoll, tal-inqas b’mod impliċitu, li l-attività tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali li kienet parti mill-eżerċizzju sħiħ tal-libertà tar-reliġjon tagħha, kienet taqa’ iktar taħt il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>[qasam] ta’ attività ta’ individwi<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> milli taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>attivitajiet li jappartjenu lill-Istati jew lill-awtoritajiet Statali u li mhumiex marbuta ma’ l-oqsma ta’ attività ta’ individwi<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Skont l-espressjonijiet użati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 43 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Lindqvist</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li, huma biss jaqgħu taħt l-esklużjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-inklużjoni tal-Artikolu 17 TFUE mit-Trattat ta’ Lisbona hija element ġdid li jista’ jaffettwa l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Lindqvist tagħha?<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE> (<NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Ma naħsibx li huwa hekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li meta l-Qorti tal-Ġustizzja tat din is-sentenza, diġà kienet neċessarjament konxja li l-kawża prinċipali kienet tinvolvi attività reliġjuża. Kienet konxja wkoll mid-Dikjarazzjoni Nru 11 dwar l-istatus tal-knejjes u ta’ organizzazzjonijiet nonkonfessjonali [traduzzjoni mhux uffiċjali]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="340" PAGE.FIRST="133" DATE.PUB="1997">ĠU 1997, C 340, p. 133</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> annessa mat-Trattat ta’ Amsterdam, li permezz tagħha l-Unjoni kienet diġà impenjata li tosserva u li ma tippreġudikax l-istatus ipprovdut taħt id-dritt nazzjonali lill-Knejjes u lill-assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi fl-Istati Membri. Huwa diffiċli li wieħed jargumenta li l-leġiżlatur ried jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46 l-attivitajiet personali żviluppati b’rabta mal-libertà tar-reliġjon, abbażi tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2), meta ftit dispożizzjonijiet wara, huwa ddedika skema speċifika għall-ipproċessar tad-data minn organizzazzjoni reliġjuża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara l-Artikolu 8(2)(d) tad-Direttiva 95/46.</P></NOTE>. Wieħed jista’ madankollu joġġezzjona li d-Direttiva 95/46 ġiet qabel id-Dikjarazzjoni Nru 11 li hija annessa mat-Trattat ta’ Amsterdam. Madankollu, minkejja l-inklużjoni tal-Artikolu 17 TFUE fit-Trattat, imfakkar fis-sustanza fil-premessa 165 tar-Regolament 2016/679, wieħed ma jistax ma jirrikonoxxix li l-leġiżlatur tal-Unjoni ppersista f’din id-direzzjoni u ma ra ebda kontradizzjoni bejn ir-rikonoxximent tal-istatus tal-komunitajiet reliġjużi kif stabbilit mill-Istati Membri, minn naħa, u l-konferma tas-sottomissjoni tal-ipproċessar tad-data minn dawn l-istess komunitajiet għal skema partikolari, min-naħa l-oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara l-Artikolu 9(2)(d) tar-Regolament 2016/679 kif ukoll l-Artikolu 91 tal-istess regolament li jipprovdi b’mod espliċitu għas-sottomissjoni tal-assoċjazzjonijiet reliġjużi għas-superviżjoni ta’ awtorità superviżorja indipendenti f’dak li jirrigwarda l-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data.</P></NOTE>. Fi kwalunkwe każ, ma narax kif l-esklużjoni ta’ attivitajiet reliġjużi, tal-inqas attivitajiet bħal dawk fil-kawża prinċipali, mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46, tista’ tkun ta’ xi theddida għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>istatus<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> tal-komunitajiet reliġjużi kif iddefinit mill-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Nixtieq nirrimarka hawnhekk li l-attività reliġjuża ma hijiex eżenti, fil-prinċipju u bħala tali, mill-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, sew jekk dan tal-aħħar jaġixxi, pereżempju, fir-rigward tal-protezzjoni tal-libertà tat-twemmin u tal-espressjoni reliġjuża tal-individwi fuq il-post tax-xogħol tagħhom (ara s-sentenzi reċenti tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170314">14 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Bougnaoui u ADDH</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑188/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:204">EU:C:2017:204</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170314">14 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>G4S Secure Solutions</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑157/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:203">EU:C:2017:203</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)) kif ukoll fir-rigward tas-sottomissjoni tal-attivitajiet tal-Knejjes għar-regoli tad-dritt tal-kompetizzjoni meta l-attivitajiet imsemmija ma jkollhomx għan strettament reliġjuż (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑74/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:496">EU:C:2017:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-attività inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt l-esklużjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-attività ta’ ppridkar mhijiex eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46 skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tagħha</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Minn perspettiva letterali, it-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 jipprovdi li din id-direttiva ma tapplikax għall-ipproċessar ta’ data personali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>minn persuna naturali meta fil-kors ta’ attività <HT TYPE="ITALIC">purament</HT> personali jew domestika<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Qabel xejn, l-interpretazzjoni proposta fis-seduta mill-konvenuta fil-kawża prinċipali li tgħid li l-karattru personali jew domestiku tal-attività msemmija minn din id-dispożizzjoni għandu jkun evalwat mill-perspettiva tas-suġġett tad-data, għandha tiġi rrifjutata. Billi l-predikaturi membri tal-komunità jmorru jżuru, fi djarhom, lill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>persuni li jkunu rċevew żjara<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, l-attività inkwistjoni bilfors hija waħda domestika. Il-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma segwiet dan l-approċċ meta eżaminat jekk attività kinitx tabilħaqq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>personali jew domestika<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46, peress li l-perspettiva adottata <HT TYPE="ITALIC">dejjem</HT> kienet dik tal-persuna li tiġbor id-data jew li, b’mod usa’, tipproċessa d-data personali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara l-punti 31 u 33 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ryneš</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑212/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2428">EU:C:2014:2428</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Imbagħad, ta’ min ifakkar li l-konstatazzjoni magħmula aktar ’il fuq li d-deroga mill-kamp ta’ applikazzjoni fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-punt 29 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> għandha tiġi interpretata b’mod ristrett tapplika wkoll għall-interpretazzjoni tat-tieni inċiż tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-portata tat-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 tista’ tkun iċċarata b’mod utli mill-premessa 12 tagħha, li ssemmi bħala eżempju ta’ pproċessar ta’ data magħmul minn persuna fiżika fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet esklużivament personali jew domestiċi, il-korrispondenza u ż-żamma ta’ reġistri ta’ indirizzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara s-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Lindqvist</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Satakunnan Markkinapörssi u Satamedia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑73/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:727">EU:C:2008:727</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>din l-eċċezzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri biss l-attivitajiet li jagħmlu parti mill-kuntest tal-ħajja privata jew familjari ta’ l-individwi<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Lindqvist</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, jiġifieri meta l-ipproċessar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>[i]sir fl-isfera esklużivament personali jew domestika ta’ dak li jagħmel l-ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ryneš</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑212/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2428">EU:C:2014:2428</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li evidentement dan mhuwiex il-każ tal-ipproċessar ta’ data personali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>li jikkonsisti fil-pubblikazzjoni tagħha fuq l-internet b’tali mod li din id-data tkun aċċessibbli għal numru indefinit ta’ persuni<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Lindqvist</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>li l-għan [tiegħu huwa li jrendi] d-data miġbura aċċessibbli għal numru indefinit ta’ persuni<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Satakunnan Markkinapörssi u Satamedia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑73/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:727">EU:C:2008:727</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk, kull ma huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>[dirett ’il] barra mill-isfera privata ta’ dak li jwettaq l-ipproċessar tad-data<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> ma jistax jitqies li jikkonsisti f’attività purament personali jew domestika skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ryneš</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑212/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2428">EU:C:2014:2428</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Hawnhekk nixtieq nirrimarka d-dispjaċir tiegħi rigward il-konfużjoni li toħloq il-premessa 18 tar-Regolament 2016/679 meta jingħad li attività personali jew domestika hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>għalhekk mingħajr ebda rabta ma’ attività professjonali jew kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, premessa li tista’ tagħti x’tifhem li, diment li attività la hija professjonali u lanqas kummerċjali, bilfors hija personali jew domestika u għalhekk ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament. Tali qari jipperikola b’mod ċar il-livell ta’ protezzjoni offrut mid-dritt tal-Unjoni billi jeskludi kwalunkwe attività, pereżempju volontarja, mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament 2016/679.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-fatti kif ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-qorti tar-rinviju li l-attività ta’ ppridkar li matulha huwa meqjus li tinġabar data personali dwar il-persuni li jkunu rċevew żjara teċċedi mill-inqas l-isfera domestika ta’ dak li jipproċessa d-data, billi min-natura tagħha l-predikazzjoni hija ddefinita bħala dħul f’relazzjoni ma’ persuni fil-prinċipju mhux magħrufa u li ma jikkondividux it-twemmin tal-predikatur. B’differenza miż-żamma ta’ ktieb tal-indirizzi, pereżempju, l-attività tal-predikazzjoni bilfors teħtieġ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>konfrontazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> mal-isfera esterna għad-dar u għall-familja tal-persuna. In-natura tad-data miġbura – li tinkludi data li tgawdi minn protezzjoni msaħħa skont id-Direttiva 95/46<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 95/46.</P></NOTE> – titlob ukoll distinzjoni ċara mill-eżempju msemmi fil-premessa 12 tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Jirriżulta wkoll minn dawn l-istess fatti li r-rwol ta’ organizzazzjoni tal-attività ta’ ppridkar mogħti mill-kliem tal-ewwel domanda preliminari lill-komunità reliġjuża u lill-parroċċi tagħha, bilfors iwassal għall-konklużjoni li mhux biss ġiet maqbuża l-isfera domestika iżda wkoll l-isfera privata tal-persuni li jwettqu l-attività ta’ ppridkar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Minħabba d-dimensjoni komunitarja tal-attività ta’ ppridkar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Nispeċifika li naqbel kompletament mal-pożizzjoni tal-konvenuta fil-kawża prinċipali espressa waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li l-membri tal-komunità reliġjuża jippridkaw minn jeddhom, jekk meħtieġ bi tweġiba għal ordni divina li l-komunità u l-parroċċi, bħala tali, mhumiex responsabbli għaliha, tant li l-predikazzjoni tista’ effettivament issir mingħajr ma tkun teżisti struttura komunitarja. Madankollu, mhuwiex dak id-dibattitu ladarba, attwalment u preċiżament, tali struttura teżisti u għandha l-għan li tippromwovi, tħeġġeġ u torganizza l-attività ta’ ppridkar skont l-evalwazzjoni tal-fatti li għamlet il-qorti tar-rinviju.</P><P>Barra minn hekk, biex nikklassifikaw l-attività inkwistjoni fil-kawża prinċipali, nistgħu nieħdu idea mill-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tizzano fil-każ <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Lindqvist</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:513">EU:C:2002:513</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fejn eskluda li l-attività ta’ katekista tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 b’mod partikolari minħabba li din l-attività kellha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>konnotazzjoni soċjali qawwija<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> fil-komunità parrokkjali (ara l-punt 34 ta’ dawn il-konklużjonijiet). Naqsam miegħu l-idea impliċita li l-komunità reliġjuża mhijiex estensjoni tal-isfera privata jew domestika tal-membri tagħha minkejja l-karattru ferm intimu ta’ kull għażla reliġjuża.</P></NOTE> u l-fatt li din timplika neċessarjament li l-persuna li tipproċessa d-data f’dan il-kuntest toħroġ mill-isfera privata u familjari tagħha biex tmur tiltaqa’ ma’ persuni li jagħmlux parti miċ-ċirku intimu tagħha fid-dar tagħhom, il-ġbir u l-ipproċessar ta’ data personali li jsir mill-membri ta’ komunità reliġjuża bħala parti minn attività ta’ ppridkar bieb bieb ma jistgħux ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46 skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tissodisfa għal kollox ir-rekwiżiti ta’ interpretazzjoni stretta tad-derogi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46 u ta’ limitazzjoni tad-derogi għall-minimu meħtieġ u hija perfettament leali lejn l-għan imfittex minn din id-Direttiva li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, b’mod partikolari tal-ħajja privata tagħhom, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Google Spain u Google</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑131/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Manni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑398/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:197">EU:C:2017:197</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Madankollu, jonqos li jiġi vverifikat li tali interpretazzjoni ma tfixkilx id-drittijiet fundamentali l-oħrajn li magħhom trid tkun irrikonċiljata l-protezzjoni tal-ħajja privata u tad-data personali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>B’analoġija, ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Satakunnan Markkinapörssi u Satamedia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑73/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:727">EU:C:2008:727</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u li twassal għal moderazzjoni bbilanċjata bejn din il-protezzjoni minn naħa, u l-libertà tar-reliġjon li l-korollarju tagħha huwa l-libertà tal-predikazzjoni, min-naħa l-oħra. Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja s’issa iddeċidiet li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46 għandhom neċessarjament ikunu interpretati fid-dawl tad-drittijiet fundamentali li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 303, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>) b’referenza esklużiva għall-Artikoli 7 u 8 ta’ din tal-aħħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ryneš</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑212/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2428">EU:C:2014:2428</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Manni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑398/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:197">EU:C:2017:197</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għall-perijodu ta’ qabel il-Karta, ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030520">20 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Österreichischer Rundfunk <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-465/00, C-138/01 u C-139/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:294">EU:C:2003:294</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħrajn tal-Karta hija daqstant obbligatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>B’hekk, l-Artikolu 10(1) tal-Karta jiddikjara li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>[k]ull persuna għandha d-dritt għal-libertà […] tar-reliġjon. Dan id-dritt jimplika l-libertà li wieħed ibiddel ir-reliġjon jew it-twemmin tiegħu, kif ukoll il-libertà li juri r-reliġjon jew it-twemmin tiegħu, waħdu jew ma’ oħrajn, fil-pubbliku jew fil-privat, fil-qima, fit-tagħlim, fil-prattika u fl-osservanza tar-riti<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>. L-ispjegazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 303, p. 17</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> tispeċifika li dan id-dritt jikkorrispondi għad-dritt iggarantit fl-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>), u li, skont l-Artikolu 52(3) tal-Karta, għandu l-istess tifsira u ambitu ta’ dan. Għaldaqstant, il-libertà tar-reliġjon tista’ tkun limitata biss<?PAGE NO="12"?> fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 9(2) tal-KEDB, jiġifieri li kwalunkwe restrizzjoni għandha tkun ipprovduta mil-liġi u għandha tkun miżura meħtieġa, f’soċjetà demokratika, għas-sigurtà pubblika, għall-protezzjoni tal-ordni pubbliku, tas-saħħa jew tal-moralità pubbliċi jew għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ ħaddieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>L-ewwel tagħlima li nistgħu nieħdu mill-Artikolu 9(2) tal-KEDB hija li, għall-kuntrarju tar-riżultat li tasal għalih il-konvenuta fil-kawża prinċipali fi tmiem l-argument tagħha, il-libertà tar-reliġjon u l-libertà tal-predikazzjoni, li hija l-korollarju tagħha, huma kemm huma fundamentali mhumiex xi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>meta-dritt fundamentali<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> ogħla mill-oħrajn kollha u li ma jistax jinkiser. Għaldaqstant, il-konċiljazzjoni tal-libertà tal-predikazzjoni mal-protezzjoni tal-ħajja privata mhux biss hija possibbli iżda wkoll meħtieġa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>għall-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta’ ħaddieħor<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> kif stipulat f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Rigward il-libertà tar-reliġjon, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>il-Qorti EDB<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>) iddeċidiet li għalkemm din <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>taqa’ l-aktar taħt il-kuxjenza individwali, timplika wkoll il-libertà li wieħed jesprimi r-reliġjon tiegħu individwalment u fil-privat, jew b’mod kollettiv, fil-pubbliku fiċ-ċirku ta’ dawk li jħaddnu l-istess fidi. Barra minn hekk, il-[Qorti EDB] diġà kellha l-okkażjoni li tistabbilixxi drittijiet negattivi abbażi tal-Artikolu 9 tal-[KEDB], fosthom il-libertà li ma tħaddanx reliġjon u li ma tipprattikahiex<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Qorti EDB, <DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, Alexandridis vs Il-Greċja, (CE:ECHR:2008:0221JUD001951606, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Madankollu, l-attività ta’ ppridkar bieb bieb ma jidhirlix li thedded, b’mod strett, l-aspett negattiv tal-libertà tar-reliġjon kif iddefinita mill-Qorti EDB. Inżid li, fil-fehma tiegħi, ma jistax ikun hemm aspett negattiv għal-libertà tal-ippridkar, peress li din neċessarjament timplika li wieħed jipprova jikkonvinċi lil min ma jħaddanx l-istess fidi jew lil min ma jemmen f’xejn. Jekk nista’ ngħid hekk, il-libertà tal-ippridkar neċessarjament timplika l-eżistenza ta’ pubbliku <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>fil-mira<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> li ma nistgħux nirrikonoxxulu d-dritt negattiv li ma jiġix mgħallem, li ma jkunx l-oġġett ta’ tentattiv ta’ konverżjoni, mingħajr ma tinġieb fix-xejn is-sustanza tal-libertà inkwistjoni u l-konsegwenza potenzjali tagħha li hija l-libertà li tibdel ir-reliġjon, protetta wkoll kemm mill-Artikolu 9 tal-KEDB kif ukoll mill-Artikolu 10(1) tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara Qorti EDB, <DATE ISO="19930525">25 ta’ Mejju 1993</DATE>, Kokkinakis vs Il-Greċja, (CE:ECHR:1993:0525JUD001430788, punt 31).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Lanqas ma jidhirli li l-attività ta’ ppridkar bieb bieb deskritta mill-qorti tar-rinviju tilħaq il-limiti stabbiliti mill-Qorti EDB, li tipprojbixxi biss il-konverżjoni abbużiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Qorti EDB, <DATE ISO="19930525">25 ta’ Mejju 1993</DATE>, Kokkinakis vs Il-Greċja, (CE:ECHR:1993:0525JUD001430788, punt 48: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>L-ewwel nett jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn li tkun xhud Nisrani u l-konverżjoni abbużiva. L-ewwel wieħed jikkorrispondi għall-envanġelizzazzjoni vera, li rapport imfassal fl-1956 taħt l-awspiċi tal-Kunsill Ekumeniku tal-Knejjes, jiddeskrivi bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>missjoni essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="2019" ID="QE0059"/> u <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>responsabbiltà ta’ kull Nisrani u ta’ kull Knisja<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="2019" ID="QE0060"/>. It-tieni waħda tirrappreżenta l-korruzzjoni jew id-deformazzjoni ta’ din il-missjoni. Tista’ tieħu s-sura ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>attivitajiet li joffru vantaġġi materjali jew soċjali biex jinkisbu membri ġodda għal Knisja jew li jeżerċitaw pressjoni abbużiva fuq persuni f’diffikultà jew fi bżonn<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="2019" ID="QE0061"/>, skont l-istess rapport; saħansitra tista’ timplika l-użu tal-vjolenza jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>brainwashing<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="2019" ID="QE0062"/>; b’mod iktar ġenerali, mhijiex kompatibbli mar-rispett li għandu jkun hemm għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon ta’ ħaddieħor […]<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></NOTE> jew qarrieqa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Qorti EDB, <DATE ISO="19980224">24 ta’ Frar 1998</DATE>, Larissis <HT TYPE="ITALIC">et</HT> <HT TYPE="ITALIC">vs</HT> Il-Greċja (CE:ECHR:1998:0224JUD002337294, punt 45): <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>Il-Qorti EDB tenfasizza mill-bidu nett li għalkemm il-libertà tar-reliġjon hija primarjament kwistjoni ta’ kuxjenza individwali, timplika wkoll, b’mod partikolari, il-libertà li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>turi r-reliġjon tiegħek<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="2019" ID="QE0064"/>, inkluż id-dritt li tipprova tikkonvinċi lill-qarib tiegħek, pereżempju permezz ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>tagħlim’ […]. Madankollu, l-Artikolu 9 ma jipproteġix kull att motivat jew ispirat minn reliġjon jew twemmin. Għaldaqstant, ma jipproteġix il-konverżjoni abbużiva, bħal xi attività li toffri vantaġġi materjali jew soċjali jew l-eżerċitar ta’ pressjoni abbużiva biex jinkisbu membri ġodda għal Knisja<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Biex l-interpretazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 proposta fil-punt 42 ta’ dawn il-konklużjonijiet tinbidel abbażi tal-Artikolu 9 tal-KEDB u, allura, tal-Artikolu 10(1) tal-Karta, ikun jeħtieġ li jiġi kkonstatat li s-sottomissjoni tal-attività inkwistjoni fil-kawża prinċipali għar-regoli ta’ dik id-direttiva tkun interferenza intollerabbli jew sproporzjonata fil-libertà tal-ippridkar. Madankollu, diffiċli li wieħed isib tali interferenza fil-każ preżenti, peress li t-teħid ta’ noti u t-tixrid tagħhom fil-komunità reliġjuża bl-ebda mod ma huma konsostanzjali għall-attività ta’ ppridkar. Madankollu, kieku kellna nassumu li tinstab tali interferenza, jifdal nivverifikaw li hija prevista mil-liġi u li hija meħtieġa, f’soċjetà demokratika, biex jintlaħaq l-għan leġittimu ta’ salvagwardja tad-drittijiet u tal-libertajiet ta’ ħaddieħor. Madankollu, l-interferenza allegata li suppost hija kkawżata mill-ħtieġa li<?PAGE NO="13"?> jiġu osservati r-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46 hija tabilħaqq prevista mil-liġi, minħabba li hija preċiżament prevista mid-Direttiva 95/46 u, għar-raġunijiet imsemmija qabel, hija meħtieġa f’soċjetà demokratika għall-protezzjoni tad-drittijiet ta’ ħaddieħor, b’mod partikolari tad-dritt għall-ħajja privata u tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali tal-persuni li jkunu rċevew żjara, drittijiet li jeħtieġu l-istess attenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-protezzjoni tal-Artikolu 10(1) tal-Karta mhijiex tali li tqiegħed f’dubju l-konstatazzjoni li l-attività ta’ ppridkar bieb bieb tal-membri tal-komunità ma għandhiex karattru purament personali jew domestiku skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju hija li attività ta’ ppridkar bieb bieb bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali mhijiex attività purament personali jew domestika skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>It-tieni domanda preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju tistieden ukoll lill-Qorti tal-Ġustizzja teżamina l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46, din id-darba kkunsidrat mill-perspettiva tal-Artikolu 3(1) tagħha, li jgħid li d-direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>għandha tkun applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali […] li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar jew li tkun maħsuba li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>. Billi jidher li huwa stabbilit li l-ipproċessar tad-data miġbura mill-membri tal-komunità, mhux awtomatizzat, tal-anqas parzjalment, id-Direttiva 95/46 tapplika biss fil-preżenza ta’ sistema ta’ ħażna ddefinita mill-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 95/46 bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>sett strutturat ta’ data personali li jkun aċċessibbli skond kriterji speċifiċi, kemm jekk ċentraliżżat, di-ċentraliżżat jew imferrex fuq bażi funzjonali jew ġeografika<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>. Il-qorti tar-rinviju targumenta li, skont it-tifsira tal-Liġi dwar id-data personali, in-nuqqas ta’ skedi jew listi speċifiċi jew ta’ xi sistema oħra ta’ tfittxija simili ma jippermettix li d-data pproċessata mill-membri tal-komunità tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>sistema ta’ ħażna<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>. Madankollu, l-istess qorti tistaqsi dwar l-impatt, fuq tali klassifikazzjoni, tal-fatt li d-data tista’ tinstab b’mod daqstant faċli, biex tintuża aktar tard, u mingħajr spejjeż eċċessivi – li huma ż-żewġ kriterji msemmija fil-Liġi dwar id-data personali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-konvenuta fil-kawża prinċipali terġa’ tinsisti fuq il-karattru teoretiku ħafna ta’ din it-tieni domanda, minħabba li ma rriżultax li l-membri effettivament jieħdu noti waqt l-attività tagħhom ta’ ppridkar bieb bieb, kif jirriżulta mill-motivazzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari. Għal din il-kritika ripetuta, nirreferi għall-punti 25 u sussegwenti ta’ dawn il-konklużjonijiet. Skont l-analiżi tal-qorti tar-rinviju, l-iżviluppi li ġejjin huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-membri tal-komunità jistgħu jieħdu noti waqt l-imsemmija attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Huwa importanti li d-dibattitu jerġa’ jiġi ffokat fuq id-Direttiva 95/46 u d-definizzjoni li hija tagħti għall-kunċett ta’ sistema ta’ ħażna. L-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 95/46, li l-kliem tiegħu huwa pjuttost enigmatiku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ir-Regolament 2016/679 ma jipprovdi ebda kjarifika, u jirrepeti, mingħajr bidliet fis-sustanza, l-Artikoli 2(ċ) u 3(1) tad-Direttiva 95/46 (ara l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(6) tar-Regolament 2016/679).</P></NOTE>, irid jinqara mal-premessa 27 tal-istess direttiva li jindika, minn naħa, li l-iskop tal-protezzjoni tad-data m’għandux jiddependi mill-mezzi tekniċi użati, peress li dan jista’ joħloq riskju serju li dawn jistgħu jiġu skartati u, min-naħa l-oħra, dwar l-ipproċessar manwali, li d-direttiva għandha x’taqsam biss ma’ sistemi ta’ skedar li għandhom ikunu strutturati skont kriterji speċifiċi dwar individwi b’mod li l-aċċess għal data personali jkun ħafif. Barra minn hekk, il-kriterji differenti biex ikunu stabbiliti l-elementi ta’ sett strutturat ta’ data personali, u l-kriterji differenti li jirregolaw l-aċċess għal sett ta’ data bħal dan, jistgħu ikunu stabbiliti minn kull Stat Membru.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 95/46 jiddefinixxi b’mod wiesa’ ħafna l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030520">20 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Österreichischer Rundfunk <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑465/00, C‑138/01 u C‑139/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:294">EU:C:2003:294</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant ma jeħtieġx li din id-dispożizzjoni tiġi interpretata b’mod li jhedded il-livell għoli ta’ protezzjoni mogħti mid-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Jidhirli li, wara li dik tidher li hija deċentralizzazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Li, fi kwalunkwe każ, ma teskludix l-eżistenza ta’ sistema ta’ ħażna fit-tifsira tad-Direttiva 95/46.</P></NOTE>, in-noti li jieħdu l-membri tal-komunità fejn applikabbli jistgħu jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>sistema ta’ ħażna<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> fit-tifsira tad-Direttiva 95/46. Wieħed mill-ewwel kriterji li jistrutturaw dan is-sett huwa l-kriterju ġeografiku. Sa ċertu punt, il-membru nnifsu jsir kriterju li jistruttura s-sett tad-data sa fejn il-komunità tqassam is-setturi b’mod ġeografiku. Din taf għalhekk li d-data dwar tali persuna li tgħix f’tali distrett setgħet inġabret minn tali membru. Jekk nassumu li l-komunità ma tindikax lill-membri tagħha għalfejn għandha tinġabar id-data, dan huwa <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> dedott mill-għan imfittex, jiġifieri t-tħejjija ta’ żjarat ulterjuri. Il-qorti tar-rinviju indikat lill-Qorti tal-Ġustizzja li d-data kkonċernata tirrigwarda l-isem, l-indirizz u l-kontenut tal-konverżazzjoni fil-qosor, f’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, it-twemmin reliġjuż u s-sitwazzjoni tal-familja. Struttura bħal din tippermetti aċċess faċli għad-data miġbura, anki jekk mhix partikolarment sofistikata. Barra minn hekk hija ttawwal il-memorja tal-attività ta’ ppridkar tal-komunità u faċilment wieħed jimmaġina li f’każ li xi membru jitlaq mil-lokal, dan jista’ faċilment jibgħat l-informazzjoni miġbura lill-membru l-ġdid li se jieħu postu fis-settur ġeografiku kkonċernat. Għaldaqstant il-kriterju tal-aċċessibbiltà tad-data jidher li huwa ssodisfatt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Ara wkoll il-punt 6 tat-talba għal deċiżjoni preliminari.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidher li l-liġi Finlandiża teħtieġ grad ogħla ta’ sofistikazzjoni minn dak meħtieġ mid-Direttiva 95/46 meta sempliċiment tikklassifika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>sistemi ta’ ħażna<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> bħala karti, listi jew kwalunkwe sistema oħra ta’ tfittxija simili. Għalhekk mhux eskluż li l-Liġi dwar id-data personali tinkludi restrizzjoni oħra meta mqabbla ma’ dak li tipprovdi d-Direttiva 95/46. Madankollu, il-qorti tar-rinviju ma għamlitx din id-domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja u għalhekk se tkun hi li se jkollha tislet il-konsegwenzi kollha, inkluż fir-rigward tad-dritt nazzjonali tagħha, mir-risposta tal-Qorti għal din it-tieni domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 95/46, moqri flimkien mal-Artikolu 2(ċ) tal-istess direttiva, għandu jkun interpretat fis-sens li d-data personali kollha miġbura b’mod mhux awtomatizzat mill-membri ta’ komunità reliġjuża, fil-kuntest ta’ attività bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont tqassim ġeografiku speċifiku u li l-għan tagħha huwa t-tħejjija ta’ żjarat ulterjuri għand persuni li magħhom hemm djalogu spiritwali, tista’ tikkostitwixxi sistema ta’ ħażna.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet u r-raba’ domanda preliminari kkunsidrati flimkien</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet u r-raba’ domanda li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tistabbilixxi jekk l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46 għandux ikun interpretat li jfisser li komunità reliġjuża li torganizza attività ta’ ppridkar li fil-kuntest tagħha tinġabar data personali aċċessibbli biss għall-predikaturi tista’ tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> fit-tifsira ta’ dik id-direttiva. Għall-finijiet ta’ din l-istess klassifikazzjoni, il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll jekk għandux ikun hemm atti speċifiċi oħra adottati mill-komunità, bħal struzzjonijiet bil-miktub lill-membri tagħha, jew jekk huwiex biżżejjed li l-komunità tkun effettivament f’pożizzjoni li tmexxi l-attività tal-membri tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Qabel nibda l-analiżi, nixtieq l-ewwel nett nagħmel rimarka. Il-konvenuta fil-kawża prinċipali ċaħdet, kemm fil-kummenti bil-miktub tagħha, kif ukoll waqt it-trattazzjoni tagħha quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> tad-data miġbura mill-membri tagħha, fit-tifsira tad-Direttiva 95/46, u esprimiet ċerta irritazzjoni meta ntqal li l-membri tagħha jaġixxu fuq l-istruzzjonijiet tagħha u mhux<?PAGE NO="15"?> b’reazzjoni għal kmand divin. Madankollu, intenni li ma jistax jingħata kamp ta’ applikazzjoni usa’ minn dak li hu lid-determinazzjoni tal-applikabbiltà tad-Direttiva 95/46 f’dan il-każ, u lanqas lill-klassifikazzjoni eventwali tal-komunità bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> fit-tifsira ta’ din id-direttiva. Jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>, fit-tifsira tad-Direttiva 95/46 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>għandu jiżgura, fil-kuntest tar-responsabbiltajiet tiegħu, tal-kompetenzi tiegħu u tal-possibbiltajiet tiegħu, li [l-attività tal-ipproċessar tad-data] tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46 b’tali mod li l-garanziji previsti minn din id-direttiva jkun jista’ jkollhom l-effetti kollha tagħhom u b’tali mod li tkun tista’ effettivament tinkiseb protezzjoni effikaċi u kompleta tas-suġġetti tad-data, b’mod partikolari tad-dritt tagħhom għar-rispett tal-ħajja privata tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Google Spain u Google</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑131/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant, hija kwistjoni ta’ klassifikazzjoni ġuridika, u mhux ta’ kwalunkwe kontestazzjoni tar-rwol tal-komunità jew tal-bażi oriġinali tal-attività ta’ ppridkar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Ladarba dan ġie ċċarat, ngħaddu għall-analiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/> huwa l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>persuna naturali jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-finijiet u l-mezzi ta’ l-ipproċessar ta’ data personali […]<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/>. Jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li dan il-kunċett għandu jkun iddefinit b’mod wiesa’ sabiex jissodisfa l-għan ta’ protezzjoni effikaċi u kompleta tad-Direttiva 95/46<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Google Spain u Google</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑131/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u minħabba r-rwol determinanti tal-kontrollur fis-sistema implementata mid-Direttiva 95/46<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Wirtschaftsakademie Schleswig-Holstein</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑210/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:796">EU:C:2017:796</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Il-grupp ta’ ħidma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>tal-Artikolu 29<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/> dwar il-Protezzjoni tad-Data (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>il-Grupp ta’ Ħidma <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>tal-Artikolu 29<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="2019" ID="QE0080"/><QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Kif jissuġġerixxi ismu, dan huwa l-grupp stabbilit fuq il-bażi tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46 biex jipproteġi lill-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, u l-opinjonijiet tiegħu huma biss ta’ natura konsultattiva (ara t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(1) ta’ dik id-Direttiva).</P></NOTE> jikkunsidra li d-determinazzjoni ta’ min għandu jkun responsabbli mill-ipproċessar skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>hija bbażata […] fuq analiżi fattwali iktar milli fuq waħda formali<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Opinjoni 1/2010 dwar il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>proċessur<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/> adottata mill-Grupp ta’ Ħidma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>tal-Artikolu 29<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/> fis-<DATE ISO="20100216">16 ta’ Frar 2010</DATE> (00264/10/MT, WP 169, p. 1).</P></NOTE> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>tissarraf fid-determinazzjoni, rispettivament, tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>għaliex<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="2019" ID="QE0086"/> u tal-‘kif’ ta’ ċerti attivitajiet tal-ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Opinjoni 1/2010 dwar il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0087" REF.END="QE0087"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0088" REF.END="QE0088"/>proċessur<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/> adottata mill-Grupp ta’ Ħidma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0089" REF.END="QE0089"/>tal-Artikolu 29<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/> fis-<DATE ISO="20100216">16 ta’ Frar 2010</DATE> (00264/10/MT, WP 169, p. 14).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Jeħtieġ għalhekk li jiġi stabbilit jekk il-komunità tiddeterminax il-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data miġbura mill-membri tagħha. Għal dan il-għan, ta’ min ifakkar li jirriżulta mill-kliem tat-tielet domanda preliminari li l-komunità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0090" REF.END="QE0090"/>torganizza<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/> l-attività li fiha l-membri tagħha jiġbru d-data personali fis-sens li tqassam is-setturi tal-attività fost il-predikaturi, issegwi l-attività ta’ dawn il-predikaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari li l-komunità żżomm reġistri li juru n-numru ta’ pubblikazzjonijiet tal-komunità li membru jkun qassam u l-ħin li dan ikun iddedika għall-attività ta’ ppridkar.</P></NOTE> u żżomm reġistru tal-persuni li ma jixtiqux li dawn jiġu f’darhom. Dawn l-elementi huma kollha sinjali ta’ ċentralizzazzjoni tal-attività ta’ ppridkar mill-komunità. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa diffiċli li wieħed ikompli jsostni li din l-attività flimkien mal-ġbir ta’ data personali, meta jkun il-każ, jibqgħu purament individwali u għal kollox separati mill-komunità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Il-kummissjoni argumentat waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u mingħajr ma ġiet ikkontestata mill-konvenuta fil-kawża prinċipali, li l-parteċipazzjoni fl-attività ta’ ppridkar hija rekwiżit biex wieħed ikun jista’ jitgħammed.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi hemm evidenza suffiċjenti – minħabba l-ħtieġa ta’ interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0091" REF.END="QE0091"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0091" CODE="201D" ID="QE0091"/> skont id-Direttiva 95/46 u l-ħtieġa ta’ livell għoli ta’ protezzjoni – biex nikkunsidra li l-komunità tiddetermina l-fini tal-ipproċessar tad-data personali miġbura mill-membri, jiġifieri li jkompli dejjem jiżdied in-numru ta’ fidili permezz ta’ attività ta’ ppridkar iktar effettiva bis-saħħa ta’ tħejjija mill-aqwa għaż-żjarat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda d-determinazzjoni tal-mezzi mill-komunità, jidhirli li din diffiċilment tista’ tiġi kkontestata għall-perjodu li matulu l-komunità kienet tipprovdi lill-membri tagħha u kienet tagħti struzzjonijiet speċifiċi ħafna dwar kif jittieħdu n-noti f’artikli ppubblikati fir-rivista tagħha. Għalkemm l-użu tal-formoli jidher li waqaf, ninnota li l-pubblikazzjonijiet għadhom disponibbli online u li reġgħu ngħataw linji gwida għat-teħid tan-noti, u dan wara d-deċiżjoni kkontestata fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P>Għalkemm hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddeċiedi dwar il-fatti rilevanti f’dan il-każ, tfittxija ta’ malajr fuq is-sit tal-Internet tal-komunità, disponibbli f’diversi lingwi fosthom il-Finlandiż, u b’mod partikolari fl-arkivji tar-rivista tagħha, turi fil-fatt li l-komunità mhux biss torganizza l-attività ta’ ppridkar billi tipprovdi pariri għal dan il-għan iżda tinkoraġġixxi wkoll it-teħid ta’ noti waqt din l-attività: ara, pereżempju, fil-paġna 3 tal-ħarġa tax-xahar ta’ Jannar 2014 tar-rivista <HT TYPE="ITALIC">Il-Ministeru tas-Saltna</HT>, il-paragrafu intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0092" REF.END="QE0092"/>Saqqi ż-żrieragħ tal-verità<QUOT.END REF.START="QS0092" CODE="201D" ID="QE0092"/>, (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0093" REF.END="QE0093"/>Niżżel bil-miktub id-data ta’ kull żjara, il-letteratura li ħallejtlu, u s-suġġetti u l-iskritturi li ddiskutejtu<QUOT.END REF.START="QS0093" CODE="201D" ID="QE0093"/>) (disponibbli bil-Malti fuq il-paġna https://www.jw.org/mt/pubblikazzjonijiet/ministeru-tas-saltna/u bil-Finlandiż fuq https://www.jw.org/fi/julkaisut/valtakunnan-palveluksemme/).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, id-domanda preliminari hija bbażata fuq is-suppożizzjoni ta’ nuqqas ta’ struzzjonijiet bil-miktub. Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0094" REF.END="QE0094"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0094" CODE="201D" ID="QE0094"/> fit-tifsira tad-Direttiva 95/46, nasal biex nikkunsidra, bħall-Gvern Finlandiż, il-Gvern Ċek u l-Gvern Taljan, li formaliżmu eċċessiv jippermetti faċilment li wieħed jevita d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46 u li, għalhekk, jeħtieġ li nibbaża fuq analiżi iktar fattwali milli formali sabiex nevalwa jekk il-komunità għandhiex rwol effettiv fid-determinazzjoni tal-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija wkoll ikkorroborata mit-test tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46 li ma jinkludi ebda riferiment espliċitu għal xi rekwiżit ta’ struzzjonijiet bil-miktub. Jidher ukoll li din hija wkoll it-tifsira mogħtija mill-Grupp ta’ Ħidma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0095" REF.END="QE0095"/>tal-Artikolu 29<QUOT.END REF.START="QS0095" CODE="201D" ID="QE0095"/> lil din id-dispożizzjoni, li tgħid li influwenza fattwali hija biżżejjed biex tiddetermina l-kontrollur tad-data<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065"><P>Opinjoni 1/2010 dwar il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0096" REF.END="QE0096"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0096" CODE="201D" ID="QE0096"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0097" REF.END="QE0097"/>proċessur<QUOT.END REF.START="QS0097" CODE="201D" ID="QE0097"/> adottata mill-Grupp ta’ Ħidma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0098" REF.END="QE0098"/>tal-Artikolu 29<QUOT.END REF.START="QS0098" CODE="201D" ID="QE0098"/> fis-<DATE ISO="20100216">16 ta’ Frar 2010</DATE> (00264/10/MT, WP 169, p. 9). Ara, fl-istess sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Wirtschaftsakademie Schleswig-Holstein</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑210/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:796">EU:C:2017:796</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Huwa ċar li l-konstatazzjoni ta’ influwenza fattwali mhijiex fil-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja iżda r-responsabbiltà tal-qorti tar-rinviju. Madankollu, huwa xieraq li din tal-aħħar iżżomm f’moħħha li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0099" REF.END="QE0099"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0099" CODE="201D" ID="QE0099"/> skont id-Direttiva 95/46 irid ikun iddefinit b’mod wiesa’. Għalkemm għadni kemm ikkonkludejt li wieħed ma jistax jeżiġi l-preżenza ta’ struzzjonijiet bil-miktub biex ma nillimitawx dak il-kunċett f’formaliżmu żejjed, l-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ influwenza fattwali għandha ssir skont standards raġonevolment verifikabbli. F’dan ir-rigward, nammetti li ma ninsabx konvint mill-pożizzjoni tal-kummissjoni li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika li l-ordni tal-komunità hija pperċepita mill-membri tagħha bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0100" REF.END="QE0100"/>moralment suffiċjentement vinkolanti<QUOT.END REF.START="QS0100" CODE="201D" ID="QE0100"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Rigward il-kwistjoni jekk il-kontrollur tad-data għandux neċessarjament ikollu aċċess għal dik id-data, mill-ġdid ninnota li d-definizzjoni mogħtija mid-Direttiva 95/46 ma tinkludix tali rekwiżit. Il-Grupp ta’ Ħidma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0101" REF.END="QE0101"/>tal-Artikolu 29<QUOT.END REF.START="QS0101" CODE="201D" ID="QE0101"/> huwa wkoll konvint minn dan; dan jgħid li l-fatt li wieħed ma jkunx jista’ jissodisfa direttament l-obbligi kollha ta’ kontrollur, bħad-dritt ta’ aċċess, ma jeskludix il-possibbiltà li wieħed ikun kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0066"><P>Opinjoni 1/2010 dwar il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0102" REF.END="QE0102"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0102" CODE="201D" ID="QE0102"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0103" REF.END="QE0103"/>proċessur<QUOT.END REF.START="QS0103" CODE="201D" ID="QE0103"/> adottata mill-Grupp ta’ Ħidma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0104" REF.END="QE0104"/>tal-Artikolu 29<QUOT.END REF.START="QS0104" CODE="201D" ID="QE0104"/> fis-<DATE ISO="20100216">16 ta’ Frar 2010</DATE> (00264/10/MT, WP 169, p. 23).</P></NOTE>. Huwa preċiżament għal dan it-tip ta’ konfigurazzjoni li d-Direttiva 95/46 tipprovdi b’mod espliċitu li l-kontroll jista’ jkun eżerċitat b’mod konġunt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0067"><P>Ara l-Opinjoni 1/2010 dwar il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0105" REF.END="QE0105"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0105" CODE="201D" ID="QE0105"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0106" REF.END="QE0106"/>proċessur<QUOT.END REF.START="QS0106" CODE="201D" ID="QE0106"/> adottata mill-Grupp ta’ Ħidma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0107" REF.END="QE0107"/>tal-Artikolu 29<QUOT.END REF.START="QS0107" CODE="201D" ID="QE0107"/> fis-<DATE ISO="20100216">16 ta’ Frar 2010</DATE> (00264/10/MT, WP 169, p. 23).</P></NOTE>. Għaldaqstant hawnhekk naqbel kompletament mal-pożizzjoni tal-Avukat Ġenerali Bot li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0108" REF.END="QE0108"/>interpretazzjoni li tenfasizza l-eżistenza ta’ setgħa ta’ kontroll kompleta fuq l-aspetti kollha tal-ipproċessar hija suxxettibbli li tirriżulta f’diversi lakuni serji fir-rigward tal-protezzjoni tad-data ta’ natura personali<QUOT.END REF.START="QS0108" CODE="201D" ID="QE0108"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0068"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Wirtschaftsakademie Schleswig-Holstein</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑210/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:796">EU:C:2017:796</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Għaldaqstant se ntemm l-analiżi billi nispeċifika li, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, kwalunkwe konstatazzjoni eventwali tar-responsabbiltà tal-komunità bl-ebda mod ma teskludi l-konstatazzjoni parallela ta’ responsabbiltà konġunta tal-membri ta’ din il-komunità billi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0109" REF.END="QE0109"/>[l]-evalwazzjoni ta’ dan il-kontroll konġunt għandha tirrifletti l-evalwazzjoni ta’ kontroll <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0110" REF.END="QE0110"/>uniku<QUOT.END REF.START="QS0110" CODE="2019" ID="QE0110"/>, billi jittieħed approċċ konkret u funzjonali sabiex jiġi stabbilit jekk il-finijiet u l-elementi essenzjali tal-mezzi jiġux iddeterminati minn iktar minn parti waħda. Il-parteċipazzjoni tal-partijiet fid-determinazzjoni tal-finijiet u tal-mezzi tal-ipproċessar fil-kuntest ta’ kontroll konġunt tista’ tieħu forom differenti u ma hijiex neċessarjament kondiviża b’mod indaqs<QUOT.END REF.START="QS0109" CODE="201D" ID="QE0109"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0069"><P>Opinjoni 1/2010 dwar il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0111" REF.END="QE0111"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0111" CODE="201D" ID="QE0111"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0112" REF.END="QE0112"/>proċessur<QUOT.END REF.START="QS0112" CODE="201D" ID="QE0112"/> adottata mill-Grupp ta’ Ħidma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0113" REF.END="QE0113"/>tal-Artikolu 29<QUOT.END REF.START="QS0113" CODE="201D" ID="QE0113"/> fis-<DATE ISO="20100216">16 ta’ Frar 2010</DATE> (00264/10/MT, WP 169, p. 35).</P></NOTE>. Madankollu, jidher li jirriżulta mill-fatti kif ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-qorti tar-rinviju li l-membri tal-komunità jistgħu jinfluwenzaw b’mod konkret il-mezzi tal-ipproċessar (billi jiffokaw fuq il-persuni li se jżuru, billi jiddeċiedu jekk jieħdux noti, billi jagħżlu kif jieħdu dawn in-noti, billi jiddeterminaw l-ammont ta’ data li jiġbru, eċċ.).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi li l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46 għandu jkun interpretat fis-sens li komunità reliġjuża li torganizza attività ta’ ppridkar li matulha tinġabar data personali tista’ titqies bħala kontrollur tad-data minkejja l-fatt li ma għandhiex aċċess għad-data personali miġbura mill-membri tagħha. Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0114" REF.END="QE0114"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0114" CODE="201D" ID="QE0114"/> fis-sens tad-Direttiva 95/46, ma huwiex meħtieġ li l-istruzzjonijiet bil-miktub huma disponibbli, iżda għandu jiġi kkonstatat, fejn xieraq permezz ta’ sensiela ta’ indizji, li min hu responsabbli huwa f’pożizzjoni li jeżerċita influwenza reali fuq l-attività tal-ġbir u tal-ipproċessar tad-data personali, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Superjuri, il-Finlandja), kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Attività ta’ ppridkar bieb bieb bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt l-eċċezzjoni prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 95/46, moqri flimkien mal-Artikolu 2(ċ) tal-istess direttiva, għandu jkun interpretat fis-sens li d-data personali kollha miġbura b’mod mhux awtomatizzat mill-membri ta’ komunità reliġjuża, fil-kuntest ta’ attività bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont tqassim ġeografiku speċifiku u li l-għan tagħha huwa t-tħejjija ta’ żjarat ulterjuri għand persuni li magħhom hemm djalogu spiritwali, tista’ tikkostitwixxi sistema ta’ ħażna.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46 għandu jkun interpretat fis-sens li komunità reliġjuża li torganizza attività ta’ ppridkar li matulha tinġabar data personali tista’ titqies bħala kontrollur tad-data minkejja l-fatt li ma għandhiex aċċess għad-data personali miġbura mill-membri tagħha. Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0115" REF.END="QE0115"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0115" CODE="201D" ID="QE0115"/> fis-sens tad-Direttiva 95/46, ma huwiex meħtieġ li l-istruzzjonijiet bil-miktub huma disponibbli, iżda għandu jiġi kkonstatat, fejn xieraq permezz ta’ sensiela ta’ indizji, li min hu responsabbli huwa f’pożizzjoni li jeżerċita influwenza reali fuq l-attività tal-ġbir u tal-ipproċessar tad-data personali, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>