|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4221 |
30.7.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12103 – OTPP / DONTE GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/4221)
1.
Fit-23 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada); kif ukoll |
|
— |
Global Mensa S.L. (Spanja). |
OTPP se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Global Mensa S.L., kollha kemm hi, l-entità azzjonarja ta’ Donte Group.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
OTPP hija involuta fl-amministrazzjoni globali tal-benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment globali tal-assi tal-pjan tal-pensjoni f’isem l-għalliema attivi u rtirati f’Ontario, il-Kanada, |
|
— |
Donte Group huwa pjattaforma dentali li topera 426 klinika dentali fi Spanja, u klinika waħda fir-Renju Unit, li tiffunzjona f’erba’ marki kummerċjali: Vitaldent, Smysecret, Moonz, u Maex (dentistrija pedjatrika u ortodontija). Donte Group jopera wkoll laboratorju tal-proteżi dentali taħt il-marka Risum. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12103 — OTPP / DONTE GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4221/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)