European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4131

28.6.2024

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17, il-paragrafi 2 u 3, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(C/2024/4131)

Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 17, il-paragrafu 5, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Petit Chablis”

PDO-FR-A0656-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 22.4.2024

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Rendiment massimu

Fil-punt 1 tat-taqsima VIII tal-Kapitolu I, ir-rendiment finali (massimu) żdied kif ġej għal 75 hl/ha minflok 70 hl/ha.

Il-valur tar-rendiment massimu żdied biex titqies il-problema tat-tibdil fil-klima, li jikkawża perikli u għandu impatt fuq in-nuqqasijiet rikorrenti fir-rendimenti tal-ħsad.

Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.

2.   Metodu ta’ tħarriġ tad-dwieli

Fil-punt 1, a u c tat-taqsima VI “Tħarriġ tad-dwieli” tal-ewwel kapitlu tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“a)

Densità tat-tħawwil

—

Id-dwieli għandhom densità minima tal-pjanti ta’ 5 500 dielja għal kull ettaru, b’wisa’ bejn il-flanni ta’ 1,20 metru jew inqas, bl-eċċezzjoni tad-dwieli mħawla fuq inklinazzjonijiet ta’ 40 % jew iktar, li għalihom dan il-wisa’ huwa ta’ 1,60 metru jew inqas; meta l-wisa’ jkun irregolari, il-wisa’ bejn il-flanni ma taqbiżx iż-2 metri;

—

Id-dwieli għandhom wisa’, bejn il-bażi fuq l-istess flann, ta’ 0,80 metru jew iktar.”

“c)

“Ir-regoli dwar it-tħarriġ ma’ kannizzata u l-għoli tal-faxxina

—

L-għoli tal-faxxina mħarrġa għandu jkun mill-inqas 0,6 daqs id-distanza bejn il-flanni, u l-għoli tal-faxxina mħarrġa jitkejjel bejn il-limitu l-aktar baxx tal-faxxina, mill-inqas 0,30 ta’ metru ’l fuq mill-art, u l-limitu massimu tal-qtugħ tal-weraq irmondati;

—

Huwa obbligatorju li d-dwieli jiġu mħarrġa u li t-tħarriġ jkun mantnut.”

Mill-bidu tas-seklu 20 il-vitikulturi ta’ Chablis ħolqu passaġġ billi qalgħu flann wieħed tad-dwieli minn kull sitta biex id-dwieli jkunu jistgħu jinħadmu bil-magni. Imbagħad ħawlu dwieli ġodda skont dan il-mod ta’ tħarriġ.

Dawn il-prattiki antiki ma ġewx integrati fl-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Il-modifika tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tikkonsisti mill-inklużjoni ta’ dawn il-prattiki filwaqt li jiġu inkwadrati:

—

biż-żamma tad-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli ta’ 5 500 pjanta/ha,

—

billi jiġi definit wisa’ medju bejn il-flanni b’massimu ta’ 1,2 metri,

—

bl-introduzzjoni ta’ wisa’ massimu bejn il-flanni ta’ 2 metri.

Il-punt 5 tad-Dokument Uniku huwa modifikat f’dak li jikkonċerna r-regoli l-ġodda relatati mad-densità tat-tħawwil.

3.   Miżuri tranżitorji

Iż-żewġ miżuri tranżitorji li ġejjin saru obsoleti, b’hekk dawn huma mħassra fit-taqsima XI tal-ewwel kapitlu tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

—

L-ipproċessar, il-preparazzjoni, il-maturazzjoni, l-ippakkjar, il-ħażna tal-inbejjed

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2014:

—

dispożizzjoni relatata mal-kapaċità tal-kamra tal-fermentazzjoni;

—

dispożizzjoni relatata mal-għarfien tat-temperatura tal-kontenut matul il-fażi tat-trobbija;

—

dispożizzjoni relatata mal-ħżin protett għall-inbejjed ibbottiljati fi fliexken.

—

Dispożizzjonijiet partikolari

L-esperimentazzjoni relattiva għall-volum komplementari individwali huwa regolamentat mid-digriet tal-20 ta’ Ottubru 2005, modifikat mid-digriet tad-29 ta’ Novembru 2007 u mid-digriet tat-23 ta’ Novembru 2010.

Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

4.   Bidla fil-korp ta’ kontroll

Fit-taqsima II tal-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-ewwel paragrafu ġie emendat billi r-regoli editorjali ġew riveduti.

Id-Dokument Uniku ma huwiex affettwat minn din l-emenda.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Petit Chablis

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed huma nbejjed bojod bla gass u xotti.

a)

L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 9,5 %.

b)

Wara l-arrikkiment, l-inbejjed ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 12,5 %.

c)

L-inbejjed finali, lesti biex jitqiegħdu għall-konsum għandhom kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’: - 3 grammi għal kull litru; - jew 4 grammi għal kull litru, jekk l-aċidità totali tkun ta’ 55,10 milliekwivalenti għal kull litru jew aktar.

Il-kriterji analitiċi l-oħra jsegwu l-valuri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Ewropea.

Il-Petit Chablis huwa nbid vivaċi u b’togħma ta’ frott, ikkaratterizzat mill-mineralità tiegħu u minn kemm huwa ħafif. L-aċidità u l-mineralità tiegħu jagħtuh karattru ta’ freskezza u, fil-fatt, inbid bikri ma jeħtieġx li jitqaddem biex ikun tajjeb għax-xorb.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): -

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): -

—

Aċidità totali minima: -

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): -

—

Kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit totali (f’milligrammi għal kull litru): -

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

a)

L-użu taċ-ċana huwa pprojbit;

b)

Wara l-arrikkiment, l-inbejjed ma għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 12,5 %;

Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, l-inbejjed għandhom jikkonformaw, fir-rigward tal-prattiki enoloġiċi, mar-rekwiżiti stabbiliti fil-livell Komunitarju kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.

2.   Metodu tal-kultivazzjoni

a)   Densità tat-tħawwil

—

Id-dwieli għandhom densità minima tal-pjanti ta’ 5 500 dielja għal kull ettaru, b’wisa’ bejn il-flanni ta’ 1,20 metru jew inqas, bl-eċċezzjoni tad-dwieli mħawla fuq inklinazzjonijiet ta’ 40 % jew iktar, li għalihom dan il-wisa’ huwa ta’ 1,60 metru jew inqas; meta l-wisa’ jkun irregolari, il-wisa’ bejn il-flanni ma taqbiżx iż-2 metri;

—

Id-dwieli għandhom wisa’, bejn il-bażi fuq l-istess flann, ta’ 0,80 metri jew iktar.

b)   Regoli taż-żbir

L-inbejjed ġejjin minn dwieli maqtugħin skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Id-dwieli jinżabru b’massimu ta’ 14-il għajn għal kull dielja u massimu ta’ 10 għajnejn għal kull metru kwadru:

—

jew b’żabra qasira (dwieli mħarrġa skont il-metodu Cordon de Royat);

—

jew b’żabra twila (żabra Guyot sempliċi u doppja, u żabra Chablis).

DISPOŻIZZJONI PARTIKOLARI

Irrispettivament mit-tip ta’ żabra, id-dwieli jistgħu jinżabru b’għajnejn addizzjonali sakemm fl-istadju fenoloġiku li jikkorrispondi għal 11 jew 12-il werqa, in-numru ta’ friegħi li jagħtu l-frott fis-sena għal kull pjanta ma jkunx akbar min-numru ta’ għajnejn definiti mir-regoli taż-żabra.

c)   Irrigazzjoni

L-irrigazzjoni hija pprojbita.

5.2.   Rendimenti massimi

Petit Chablis

75 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ l’Yonne: Beine, Béru, Chablis, La Chapelle-Vaupelteigne, Chemilly-sur-Serein, Chichée, Collan, Courgis, Fleys, Fontenay-près-Chablis, Lignorelles, Ligny-le-Châtel, Maligny, Poilly-sur-Serein, Préhy, Villy u Viviers.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Chardonnay B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

a)   Deskrizzjoni tal-fatturi naturali li jikkontribwixxu għar-rabta

Iż-żona ġeografika tokkupa sett ta’ għoljiet li jinsabu mrekkna fil-qalba tal-plateaux tal-“Auxerois”, fil-Baċin ta’ Pariġi. Ix-“Chablisien” hija żona żgħira mdawra sew li tikkorrispondi għar-riljevi li jduru mal-Wied ta’ Serein, tributarju tal’Yonne, fejn jaqsam il-“Côte des Bars”.

Iż-żona ġeografika testendi wkoll fuq it-territorju ta’ 17-il muniċipalità tad-département tal’Yonne, lejn il-Lvant ta’ Auxerre.

Il-cuesta tal-“Côte des Bars”, struttura ġeomorfoloġika kbira li toħloq promontorji mis-sedimenti tal-epoka Ġurassika superjuri, hija riljev iffurmat mill-ġir iebes, il-“Calcaire du Barrois”, li jifforma kwadru fuq inklinazzjoni twila b’sottoswol ta’ lom (ġir tafli) kumpatt u li ma jgħaddix ilma minnu bl-isem ta’ “Marnes à exogyra virgula”, li fihom ħafna gajdri żgħar bil-forma ta’ virgola u li taw isimhom lill-formazzjoni.

Taħt il-lom, livell ta’ ġir jifforma promontorju topografiku żgħir viċin il-qiegħ tal-wied (“Tafal ta’ Astartes”). Il-lom li jifforma l-inklinazzjoni ħafna drabi jkun mgħotti minn saff ġebel żgħir li għandu taħlita ta’ materjal fin u elementi akbar ta’ ġir. L-għoli tal-kosta jilħaq bejn 120 metru u 130 metru, l-altitudni tibqa’ moderata; L-iktar punt għoli tal-plateau ma jaqbiżx 320 metru. Lejn il-Grigal taż-żona ġeografika, il-plateau tal-ġir jitgħatta minn xi formazzjonijiet mill-epoka Kretaċja, irrappreżentati minn tafal u lom.

Il-pajsaġġ tax-Chablis huwa ferm oriġinali. Inklinazzjonijiet kbar, kemxejn konkavi, okkupati mid-dwieli, huma ddominati minn sporġenza tal-ġir bis-siġar, li tgħatti l-veduta, miftuħa biss fil-wied ta’ Serein. Għadd kbir ta’ widien, ħafna drabi nexfin, jinsabu fil-ġenb f’diversi orjentazzjonijiet. Dawn il-widien, ġeneralment fondi u bis-siġar, fuq in-naħat l-iktar weqfin tagħhom, ma għandhomx spazju għad-dwieli ħlief fuq in-naħat li huma esposti l-aħjar.

L-irqajja’ art demarkati għall-ħsad tal-għeneb jokkupaw diversi sitwazzjonijiet:

—

l-għoljiet, prinċipalment fuq l-inklinazzjonijiet tal-lom b’ħamrija bi skular tajjeb tal-ilma;

—

iżda wkoll lokalment, il-quċċata fuq “il-ġir ta’ Astartes”, jew il-kolluvju f’qiegħ l-inklinazzjoni;

—

it-truf tal-plateaux, bil-ħamrija tal-ġir tal-wiċċ u bil-ġebel, jassiguraw tisħin tajjeb li jikkumpensa wkoll in-nuqqas klimatiku kkawżat min-nuqqas ta’ dell.

Il-ħamrija hija varjata, għalkemm kollha tal-ġir. Din hija fina u b’ħafna ġebel, skulata sew mill-ilma fuq il-ġir tal-plateau (lokalmnet misjuba bħala “petites terres” (artijiet żgħar)), il-ħamrija hija iktar rikka fit-tafal fuq l-inklinazzjonijiet tal-lom u fuq l-għoljiet tagħhom.

Fil-Majjistral taż-żona ġeografika, ġew żviluppati xi setturi vitikulturi fuq it-tafal tal-epoka Kretaċja li jkopri l-“ġir ta’ Barrois”. Il-ħamrija hija, għalhekk, impermeabbli u l-iskular huwa assigurat mill-inklinazzjoni.

Iż-żona tax-Chablis għandha abbundanza ta’ klima oċeanika xi ftit modifikata mill-influwenzi kontinentali. Din il-klima hija karatterizzata minn xejriet ta’ xita moderata u regolari (650 millimetru fis-sena f’Auxerre biss), mingħajr nixfa Sajfija u temperaturi pjuttost friski b’medja annwali ta’ 10,8 °C.

Il-klima hija karatterizzata minn riskju kbir ta’ ġlata xitwija u tar-rebbiegħa li tista’ tkun katastrofika għad-dwieli. Il-riljev relattivament profond iżid dan ir-riskju fil-widien minħabba li l-plateaux huma esposti għar-riħ kiesaħ Xitwi.

b)   Deskrizzjoni tal-fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta

Il-kultura tad-dwieli hija attestata fiż-żona tax-Chablis sa mill-bidu tal-Medju Evu. F’Chablis inbena monasteru fis-sena 510, li mbagħad fit-867 ingħata lill-patrijiet ta’ Saint-Martin de Tours li kienu qegħdin jaħarbu mill-invażjoni tal-Vikingi f’pays de Loire. Jidher li dawn żviluppaw vinja viċin il-villaġġ.

Fl-1114, il-patrijiet tal-ordni ta’ Cîteaux stabbilew, qrib Chablis, l-Abbazija ta’ Pontigny. Progressivament huma kabbru wkoll vinja, u mbagħad stabbilew kantina tal-inbid fil-belt ta’ Chablis, l-hekk imsejħa “Petit Pontigny”, li l-bini tagħha għadu jeżisti sal-lum. Maġenb il-bini ekkleżjastiku li dam sar-rivoluzzjoni Franċiża, tiffjorixxi vitikultura lajka, li hija ffukata wkoll fuq il-kummerċ barrani. Pariġi u t-Tramuntana tal-Ewropa huma suq regolari.

Matul l-istorja tiegħu, l-inbid “Chablis” baqa’ partikolarment stabbli fit-tip tiegħu ta’ nbid xott abjad. Fl-1186, donazzjoni lill-abbazija ta’ Pontigny hija relatata ma’ vinja li tinsab qrib Chablis, li tagħti nbid “abjad, u dejjiemi;”. L-awturi tas-seklu 19 ukoll enfasizzaw din il-partikolarità li tagħmel ix-“Chablis” eċċezzjoni f’dinja ta’ vitikultura ddominata minn inbejjed ħomor u “clairets” (inbid rożé skur).

Il-phylloxera, il-moffa u t-trab fin tal-moffa affettwaw b’mod sever iż-żona tax-Chablis, li ħadet għexieren ta’ snin biex tirkupra. Ma kienx qabel it-tieni nofs tas-seklu 20, li, b’appoġġ tal-progress tal-vitikultura, il-mekkanizzazzjoni u l-protezzjoni kontra l-ġlata, reġgħet qabdet b’mod reali r-riġenerazzjoni tal-vinja. Din ir-riġenerazzjoni titwettaq f’konformità ma’ prattiki komuni, b’vinja destinata biss għall-produzzjoni ta’ nbejjed bojod xotti.

L-użu tal-isem Petit Chablis, ilu rikonoxxut sa mill-bidu tas-seklu 20, meta fl-1908 il-produtturi ħolqu l-ewwel assoċjazzjoni tagħhom sabiex jiġġieldu b’mod effikaċi kontra l-użurpazzjoni tal-isem. L-isem Petit Chablis jidher f’diversi sentenzi ta’ rikonoxximent tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Chablis, kemm biex jiġu denominati nbejjed bojod xotti prodotti fiż-żona ta’ Chablis, minn varjetajiet ta’ għeneb għajr il-“beaunois” (isem lokali ta’ chardonnay B - sentenza tal-1920), kif ukoll għall-varjetà tal-għeneb “beaunois”, iżda mhux li joriġina minn irqajja’ art b’ħamrija “ta’ natura Kimireġġana” (1923).

Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Petit Chablis ġiet rikonoxxuta b’mod uffiċjali b’digriet fl-1944.

Il-Petit Chablis isir minn varjetà waħda ta’ għeneb, il-varjetà chardonnay B, li għandha reputazzjoni li tipproduċi l-inbejjed il-bojod il-prinċipali ta’ Bourgogne.

L-inbejjed huma prodotti prinċipalment minn dwieli mħawla fuq il-plateaux b’ħamrija bil-ġir u, fil-Majjistral, fuq inklinazzjonijiet tat-tafal mill-epoka Kretaċja. Il-bażi tal-inklinazzjonijiet bil-ħamrija iktar tqila wkoll jitħawlu lokalment.

Il-vinja tal-Petit Chablis tradizzjonalment tinħabar fit-tul. Dan il-mod tradizzjonali ta’ żbir, magħruf bħala “taille Chablis”, huwa adatt sew għall-kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli, filwaqt li tiġi assigurata produzzjoni regolari u moderata.

Iż-żbir Guyot, sempliċi jew doppju, li kien jintuża fil-vinji kollha ta’ Bourgogne fis-seklu 19, huwa prattikat ukoll fiż-żona tax-Chablis. L-iżvilupp ta’ materjal veġetali ta’ prestazzjoni għolja jiffavorixxi l-iżvilupp ta’ żbir qasir, li jippermetti ppjanar tajjeb tal-veġetazzjoni. Id-dwieli huma fuq kannizzata, ġeneralment imħawla fid-direzzjoni tal-inklinazzjoni. Għalkemm dan l-ippożizzjonar jiffaċilita n-nixfa tal-ħamrija taflija, jippreżenta wkoll problemi ta’ erożjoni, li jiġu kkumpensati minn ritorn għall-ħdim tar-raba’ u kopertura bil-ħaxix.

Fl-2009, il-vinja kienet tkopri erja ta’ madwar 850 ettaru għal produzzjoni annwali ta’ madwar 50 000 ettolitru.

Il-Petit Chablis huwa nbid abjad xott, vivaċi u b’togħma ta’ frott, ikkaratterizzat mill-mineralità tiegħu u minn kemm huwa ħafif. L-aċidità u l-mineralità tiegħu jagħtuh karattru ta’ freskezza u, fil-fatt, inbid bikri ma jeħtieġx li jitqaddem biex ikun tajjeb għax-xorb.

L-inbejjed, li huma esklussivament bojod, li jibbenefikaw mid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Petit Chablis, jafu l-karattru vivaċi u minerali tagħhom lill-klima friska oċeanika taż-żona ġeografika.

Il-kundizzjonijiet meżoklimatiċi jinfluwenzaw il-potenzjal ta’ vitikulura u l-espressjoni tal-inbejjed hija partikolarment sensittiva għall-kundizzjonijiet tal-vendemmja.

Iż-żona tax-Chablis tokkupa post partikolarment fil-qalba tal-ispirtu ta’ Bourgogne, bl-iżolament relattiv tagħha minn vinji oħrajn ta’ importanza ta’ Bourgogne, kif ukoll bis-sempliċità tat-“terren” tagħha, b’kuntest ġeoloġiku sempliċi, varjetà waħda ta’ għeneb u tip wieħed ta’ nbid.

Il-produtturi żviluppaw, matul iż-żminijiet, għarfien prattiku speċifiku li jippermettilhom jieħdu l-aħjar mill-varjetà chardonnay B, f’ambjent diffiċli. Huma ppreferew, pereżempju, tekniki ta’ żbir li jirregolaw bl-aħjar mod ir-rendiment u li jiżguraw ukoll maturità mill-aqwa, u żviluppaw metodi għal kontra l-ġlata.

Il-Petit Chablis jiġi prodott prinċipalment minn dwieli mħawla fuq irqajja’ art li jinsabu fuq plateau frisk, il-bażi tal-inklinazzjonijiet, jew li għandhom ħamrija taflija. Dawn is-sitwazzjonijiet jiffavorixxu maturità kkontrollata mill-għeneb, li hija l-garanzija ta’ aċidità suffiċjenti għall-espressjoni tal-vivaċità li tikkaratterizza l-inbejjed.

Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Petit Chablis hija waħda mill-komponenti tal-vinja tax-Chablis, flimkien mad-denominazzjonijiet ta’ oriġini kkontrollata “Chablis” u “Chablis grand cru”, li flimkien jikkostitwixxu firxa ta’ nbejjed li jitlestew viċin il-ħsad tagħhom, il-kundizzjonijiet ambjentali u l-għarfien prattiku tal-produtturi. Kull wieħed għandu għaldaqstant il-karattru proprju tiegħu. Il-Petit Chablis huwa l-eħfef wieħed u l-iktar wieħed vivaċi. Huwa nbid li jinxtorob meta jkun għadu ma tqaddimx, b’mod partikolari jispikka mix-“Chablis grand cru”, li huwa l-inbid li jitqaddem per eċċellenza.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona tal-prossimità immedjata, definita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed, tikkonsisti fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

—

id-Département ta’ Côte-d’Or: Agencourt, Aloxe-Corton, Ancey, Arcenant, Argilly, Autricourt, Auxey-Duresses, Baubigny, Beaune, Belan-sur-Ource, Bévy, Bissey-la-Côte, Bligny-lès-Beaune, Boncourt-le-Bois, Bouix, Bouze-lès-Beaune, Brion-sur-Ource, Brochon, Cérilly, Chambœuf, Chambolle-Musigny, Channay, Charrey-sur-Seine, Chassagne-Montrachet, Châtillon-sur-Seine, Chaumont-le-Bois, Chaux, Chenôve, Chevannes, Chorey-lès-Beaune, Clémencey, Collonges-lès-Bévy, Combertault, Comblanchien, Corcelles-les-Arts, Corcelles-les-Monts, Corgoloin, Cormot-le-Grand, Corpeau, Couchey, Curley, Curtil-Vergy, Daix, Dijon, Ebaty, Echevronne, Epernay-sous-Gevrey, L’Etang-Vergy, Etrochey, Fixin, Flagey-Echézeaux, Flavignerot, Fleurey-sur-Ouche, Fussey, Gerland, Gevrey-Chambertin, Gilly-lès-Cîteaux, Gomméville, Grancey-sur-Ource, Griselles, Ladoix-Serrigny, Lantenay, Larrey, Levernois, Magny-lès-Villers, Mâlain, Marcenay, Marey-lès-Fussey, Marsannay-la-Côte, Massingy, Mavilly-Mandelot, Meloisey, Merceuil, Messanges, Meuilley, Meursanges, Meursault, Molesme, Montagny-lès-Beaune, Monthelie, Montliot-et-Courcelles, Morey-Saint-Denis, Mosson, Nantoux, Nicey, Noiron-sur-Seine, Nolay, Nuits-Saint-Georges, Obtrée, Pernand-Vergelesses, Perrigny-lès-Dijon, Plombières-lès-Dijon, Poinçon-lès-Larrey, Pommard, Pothières, Premeaux-Prissey, Prusly-sur-Ource, Puligny-Montrachet, Quincey, Reulle-Vergy, La Rochepot, Ruffey-lès-Beaune, Saint-Aubin, Saint-Bernard, Saint-Philibert, Saint-Romain, Sainte-Colombe-sur-Seine, Sainte-Marie-la-Blanche, Santenay, Savigny-lès-Beaune, Segrois, Tailly, Talant, Thoires, Vannaire, Vauchignon, Velars-sur-Ouche, Vertault, Vignoles, Villars-Fontaine, Villebichot, Villedieu, Villers-la-Faye, Villers-Patras, Villy-le-Moutier, Vix, Volnay, Vosne-Romanée u Vougeot;

—

id-Département ta’ Rhône: Alix, Anse, L’Arbresle, Les Ardillats, Arnas, Bagnols, Beaujeu, Belleville, Belmont d’Azergues, Blacé, Le Bois-d’Oingt, Le Breuil, Bully, Cercié, Chambost-Allières, Chamelet, Charentay, Charnay, Châtillon, Chazay-d’Azergues, Chénas, Chessy, Chiroubles, Cogny, Corcelles-en-Beaujolais, Dareizé, Denicé, Dracé, Emeringes, Fleurie, Frontenas, Gleizé, Jarnioux, Juliénas, Jullié, Lacenas, Lachassagne, Lancié, Lantignié, Légny, Létra, Liergues, Limas, Lozanne, Lucenay, Marchampt, Marcy, Moiré, Montmelas-Saint-Sorlin, Morancé, Nuelles, Odenas, Oingt, Les Olmes, Le Perréon, Pommiers, Pouilly-le-Monial, Quincié-en-Beaujolais, Régnié-Durette, Rivolet, Saint-Clément-sur-Valsonne, Saint-Cyr-le-Chatoux, Saint-Didier-sur-Beaujeu, Saint-Etienne-des-Oullières, Saint-Etienne-la-Varenne, Saint-Georges-de-Reneins, Saint-Germain-sur-l’Arbresle, Saint-Jean-d’Ardières, Saint-Jean-des-Vignes, Saint-Julien, Saint-Just-d’Avray, Saint-Lager, Saint-Laurent-d’Oingt, Saint-Loup, Sainte-Paule, Saint-Romain-de-Popey, Saint-Vérand, Salles-Arbuissonnas-en-Beaujolais, Sarcey, Taponas, Ternand, Theizé, Vaux-en-Beaujolais, Vauxrenard, Vernay, Villefranche-sur-Saône, Ville-sur-Jarnioux u Villié-Morgon;

—

id-Département ta’ Saône-et-Loire: Aluze, Ameugny, Azé, Barizey, Beaumont-sur-Grosne, Berzé-la-Ville, Berzé-le-Châtel, Bissey-sous-Cruchaud, Bissy-la-Mâconnaise, Bissy-sous-Uxelles, Bissy-sur-Fley, Blanot, Bonnay, Bouzeron, Boyer, Bray, Bresse-sur-Grosne, Burgy, Burnand, Bussières, Buxy, Cersot, Chagny, Chaintré, Chalon-sur-Saône, Chamilly, Champagny-sous-Uxelles, Champforgeuil, Chânes, Change, Chapaize, La Chapelle-de-Bragny, La Chapelle-de-Guinchay, La Chapelle-sous-Brancion, Charbonnières, Chardonnay, La Charmée, Charnay-lès-Mâcon, Charrecey, Chasselas, Chassey-le-Camp, Château, Châtenoy-le-Royal, Chaudenay, Cheilly-lès-Maranges, Chenôves, Chevagny-lès-Chevrières, Chissey-lès-Mâcon, Clessé, Cluny, Cormatin, Cortambert, Cortevaix, Couches, Crêches-sur-Saône, Créot, Cruzille, Culles-les-Roches, Curtil-sous-Burnand, Davayé, Demigny, Dennevy, Dezize-lès-Maranges, Donzy-le-National, Donzy-le-Pertuis, Dracy-le-Fort, Dracy-lès-Couches, Epertully, Etrigny, Farges-lès-Chalon, Farges-lès-Mâcon, Flagy, Fleurville, Fley, Fontaines, Fuissé, Genouilly, Germagny, Givry, Granges, Grevilly, Hurigny, Igé, Jalogny, Jambles, Jugy, Jully-lès-Buxy, Lacrost, Laives, Laizé, Lalheue, Leynes, Lournand, La Loyère, Lugny, Mâcon, Malay, Mancey, Martailly-lès-Brancion, Massilly, Massy, Mellecey, Mercurey, Messey-sur-Grosne, Milly-Lamartine, Montagny-lès-Buxy, Montbellet, Montceaux-Ragny, Moroges, Nanton, Ozenay, Paris-l’Hôpital, Péronne, Pierreclos, Plottes, Préty, Prissé, Pruzilly, Remigny, La Roche-Vineuse, Romanèche-Thorins, Rosey, Royer, Rully, Saint-Albain, Saint-Ambreuil, Saint-Amour-Bellevue, Saint-Boil, Saint-Clément-sur-Guye, Saint-Denis-de-Vaux, Saint-Désert, Saint-Gengoux-de-Scissé, Saint-Gengoux-le-National, Saint-Germain-lès-Buxy, Saint-Gervais-sur-Couches, Saint-Gilles, Saint-Jean-de-Trézy, Saint-Jean-de-Vaux, Saint-Léger-sur-Dheune, Saint-Mard-de-Vaux, Saint-Martin-Belle-Roche, Saint-Martin-du-Tartre, Saint-Martin-sous-Montaigu, Saint-Maurice-de-Satonnay, Saint-Maurice-des-Champs, Saint-Maurice-lès-Couches, Saint-Pierre-de-Varennes, Saint-Rémy, Saint-Sernin-du-Plain, Saint-Symphorien-d’Ancelles, Saint-Vallerin, Saint-Vérand, Saint-Ythaire, Saisy, La Salle, Salornay-sur-Guye, Sampigny-lès-Maranges, Sancé, Santilly, Sassangy, Saules, Savigny-sur-Grosne, Sennecey-le-Grand, Senozan, Sercy, Serrières, Sigy-le-Châtel, Sologny, Solutré-Pouilly, Taizé, Tournus, Uchizy, Varennes-lès-Mâcon, Vaux-en-Pré, Vergisson, Vers, Verzé, Le Villars, La Vineuse, Vinzelles u Viré;

—

id-Dipartiment ta’ l’Yonne: Accolay, Aigremont, Annay-sur-Serin, Arcy-sur-Cure, Asquins, Augy, Auxerre, Avallon, Bazarnes, Bernouil, Bessy-sur-Cure, Bleigny-le-Carreau, Censy, Champlay, Champs-sur-Yonne, Champvallon, Chamvres, Charentenay, Châtel-Gérard, Cheney, Chevannes, Chitry, Coulangeron, Coulanges-la-Vineuse, Cravant, Cruzy-le-Châtel, Dannemoine, Dyé, Epineuil, Escamps, Escolives-Sainte-Camille, Gy-l’Evêque, Héry, Irancy, Island, Joigny, Jouancy, Junay, Jussy, Lichères-près-Aigremont, Lucy-sur-Cure, Mélisey, Merry-Sec, Migé, Molay, Molosmes, Montigny-la-Resle, Mouffy, Moulins-en-Tonnerois, Nitry, Noyers, Ouanne, Paroy-sur-Tholon, Pasilly, Pierre-Perthuis, Pontigny, Quenne, Roffey, Rouvray, Sacy, Saint-Bris-le-Vineux, Saint-Cyr-les-Colons, Sainte-Pallaye, Saint-Père, Sainte-Vertu, Sarry, Senan, Serrigny, Tharoiseau, Tissey, Tonnerre, Tronchoy, Val-de-Mercy, Vallan, Venouse, Venoy, Vermenton, Vézannes, Vézelay, Vézinnes, Villeneuve-Saint-Salves, Villiers-sur-Tholon, Vincelles, Vincelottes, Volgré u Yrouerre.

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Meta l-indikazzjoni tal-varjetà ta’ dwieli tkun speċifikata fuq it-tikketta, din l-indikazzjoni ma għandhiex tidher fl-istess kamp viżiv bħall-indikazzjonijiet obbligatorji, u għandha tkun stampata b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx aktar minn żewġ millimetri.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-580ac589-2817-4f2f-85ee-35292c4b5057


(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4131/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)