|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2158 |
23.8.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/2158
tal-15 ta’ Lulju 2024
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll (2024-2029) li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde (1)“il-Ftehim”), li ġie approvat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/2006 (2), daħal fis-seħħ fit-30 ta’ Marzu 2007. Il-Protokoll tiegħu li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim skadew fid-19 ta’ Mejju 2024. |
|
(2) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2023, il-Kunsill adotta Deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ Cabo Verde għall-konklużjoni ta’ protokoll ġdid li jimplimenta l-Ftehim. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, Protokoll ġdid li jimplimenta l-Ftehim. Wara dawn in-negozjati, il-Protokoll ġie inizjalat fil-15 ta’ April 2024. |
|
(4) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2152 (3), il-Protokoll (2024-2029) li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fit-23 ta’ Lulju 2024, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard. |
|
(5) |
L-opportunitajiet tas-sajd previsti fil-Protokoll għall-istokkijiet ta’ ħut migratorju ħafna, stabbiliti f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet u mar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku, jenħtieġ li jiġu allokati fost l-Istati Membri għall-perjodu kollu tal-applikazzjoni tiegħu. |
|
(6) |
Dawn il-miżuri huma urġenti, minħabba l-importanza ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde u l-ħtieġa li titnaqqas kemm jista’ jkun l-interruzzjoni ta’ dawn l-attivitajiet. Għalhekk, il-Protokoll se jibda japplika fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu, sabiex ikunu jistgħu jitkomplew malajr kemm jista’ jkun l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika minn dik l-istess data, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti skont il-Protokoll (2024-2029) li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde (“il-Protokoll”) għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej, matul il-perjodu kollu tal-applikazzjoni tal-Protokoll:
|
(a) |
bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun:
|
|
(b) |
bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief:
|
|
(c) |
bastimenti tas-sajd li jistadu bil-konz tal-wiċċ:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-23 ta’ Lulju 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
NAGY I.
(1) Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 3).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2152 tal-15 ta’ Lulju 2024 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll (2024–2029) li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija għas-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde (ĠU L, 2024/2152, 21.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2152/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2158/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)