|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6185 |
15.10.2024 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(C/2024/6185)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Côtes du Rhône”
PDO-FR-A0325-AM05
Data tal-komunikazzjoni: 24.7.2024
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Varjetajiet ta’ dwieli
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima V, il-punt 1 – Varjetajiet ta’ dwieli – tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-lista tal-varjetajiet sekondarji ġiet kompluta kif xieraq.
a) Għall-inbejjed bojod:
Ġew miżjuda l-varjetajiet Carignan B, Floréal B, Rolle B sal-limiti ta’ 5 % tal-varjetajiet ta’ dwieli u ta’ 10 % tat-taħlitiet.
b) Għall-inbejjed ħomor u rożè:
Ġew miżjuda l-varjetajiet Carignan B, Floréal B, Rolle B u Vidoc N sal-limiti ta’ 5 % tal-varjetajiet ta’ dwieli u ta’ 10 % tat-taħlitiet.
L-inklużjoni ta’ dawn il-varjetajiet hija waħda mis-soluzzjonijiet implimentati mid-denominazzjoni biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u biex jonqos l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Dawn il-varjetajiet introdotti bħala varjetajiet sekondarji huma konformi mal-profil tal-inbejjed tad-denominazzjoni u huma reżistenti għan-nixfa u għall-mard fungali. Dawn jirrikjedu inqas użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.
L-intestatura “Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed” tad-Dokument Uniku ġiet emendata biex jiżdiedu dawn il-varjetajiet.
Il-proporzjon ta’ 5 % tad-dwieli Carignan B, Floréal B, Rolle B u Vidoc N fil-varjetajiet ta’ dwieli huwa speċifikat fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fit-Taqsima V, il-punt 2 – Regoli dwar il-proporzjonijiet fl-azjenda. Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Il-proporzjon ta’ 10 % tad-dwieli Carignan B, Floréal B, Rolle B u Vidoc N fit-taħlitiet ġie speċifikat fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fit-Taqsima IX, il-punt 1 – Taħlit tal-varjetajiet ta’ dwieli. Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
2. Regoli dwar it-tikkettar
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XII – Regoli dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar – tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġew speċifikati r-rekwiżiti tat-tikkettar tal-unità ġeografika akbar “Vignobles de la Vallée du Rhône”. Dan il-kliem irid jidher fl-istess kamp viżiv bħad-dettalji obbligatorji kollha u jrid ikun stampat b’ittri tal-istess disinn grafiku u kulur bħal dawk tad-denominazzjoni, u f’daqs li ma jaqbiżx iż-żewġ terzi tad-daqs tad-denominazzjoni.
Din l-emenda hija inkluża fid-Dokument Uniku taħt l-intestatura “Rekwiżiti addizzjonali”.
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XII – Regoli dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar – tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġie speċifikat li l-varjetajiet użati għall-adattament Carignan B, Floréal B, Rolle B u Vidoc N ma jistgħux jissemmew fuq it-tikketta.
Din l-emenda hija inkluża fid-Dokument Uniku taħt l-intestatura “Rekwiżiti addizzjonali”.
3. Obbligi ta’ rapportar
Il-Kapitolu II tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar inġieb konformi mal-pjan ta’ kontroll għad-denominazzjoni.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
4. Referenza għall-awtorità ta’ kontroll
Il-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li jirrigwarda l-awtorità ta’ kontroll ġie emendat biex jiġi speċifikat li l-kontroll tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott isir skont pjan ta’ kontroll approvat u minn korp terz kompetenti, imparzjali u indipendenti u li ġie ddelegat mill-INAO, l-awtorità responsabbli għall-kontrolli.
Dan id-dettall ma jaffettwax id-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni
Côtes du Rhône
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
3.1. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
|
— |
22 – XARBIET, SPIRTI U ĦALL 2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009 |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Inbejjed ħomor, rożè u bojod
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed huma bla gass u xotti.
L-inbejjed ħomor jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni (93 %). Għandhom togħma ta’ frott, huma rikki, b’kulur pjuttost qawwi u huma adattati għat-tqaddim għal tul ta’ żmien li jvarja skont it-tipi ta’ ħamrija (ħamrija ramlija jew trab ġulġlieni ramli u tal-lom trendi nbejjed iktar ħfief, u l-ħamrija ċagħqija jew taflija trendi nbejjed tanniċi iktar rikki), u t-taħlita tal-varjetajiet kif iddeterminata mill-produttur abbażi tal-għarfien prattiku tiegħu.
L-inbejjed rożè (4 % tal-produzzjoni) kisbu popolarità f’ċerti setturi minn kmieni ħafna. Għandhom togħma ta’ frott jew ta’ fjuri.
L-inbejjed bojod (3 % tal-produzzjoni) għandhom togħma ta’ fjuri u b’konsistenza fina fil-palat, xi drabi b’noti eżotiċi.
L-inbejjed jikkonformaw mal-kriterji analitiċi li ġejjin:
|
1. |
Qawwa alkoħolika naturali skont il-volum: 10,5 %. |
|
2. |
Kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ mhux aktar minn 3 g/l għal qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ inqas minn 14 %. |
|
3. |
Kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ mhux aktar minn 4 g/l għal qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ aktar minn 14 %. |
|
4. |
Għall-inbejjed ħomor: kontenut ta’ aċidu maliku ta’ mhux aktar minn 0,4 g/l. – qawwa tal-kulur (DO 420 + 520 + 620 nm) ta’ mhux aktar minn 4,5 fl-istadju tal-imballaġġ. – Indiċi totali tal-polifenoli (DO 280 nm) ta’ mhux aktar minn 35 fl-istadju tal-imballaġġ. |
Il-kriterji analitiċi l-oħra huma konformi mal-limiti stabbiliti mir-regolamenti Ewropej.
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) 14,5 |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Aċidità totali minima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) 16,33 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) — |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1. Distanza bejn il-flanni u bejn il-pjanti
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-distanza bejn il-flanni hija ta’ 2,50 metri jew inqas. L-erja massima disponibbli għal kull pjanta hija ta’ 2,50 metri kwadri. Id-distanza bejn il-pjanti fl-istess flann hija ta’ bejn 0,80 metri u 1,25 metru.
2. Żbir tad-dielja
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-dwieli jinżabru b’massimu ta’ sitt idfra għal kull pjanta. Kull difer għandu massimu ta’ żewġ għejun u massimu ta’ sentejn biex tiġi stabbilita l-fergħa: iż-żabra hija identika għal dik tal-Viognier B.
Il-varjetà Viognier B tista’ tinżabar jew b’massimu ta’ tmien għejun fuq iż-żarġun twil u difer wieħed jew tnejn b’żewġ għejun, jew b’massimu ta’ sitt għejun fuq kull żarġun twil u b’massimu ta’ difer jew tnejn b’żewġ għejun.
3. Tisqija
Prattika tal-kultivazzjoni
It-tisqija tista’ tiġi awtorizzata.
4. Prattika biex jiġu ppreservati l-karatteristiċi tal-ambjent fiżiku u bijoloġiku tal-ħamrija
Prattika tal-kultivazzjoni
Sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi tal-ambjent fiżiku u bijoloġiku li huwa element fundamentali tal-ħamrija:
|
— |
Il-kontroll tal-ħaxix ħażin bl-użu ta’ sustanzi kimiċi fil-promontorji huwa pprojbit; |
|
— |
Il-kontroll tal-ħaxix ħażin bl-użu ta’ sustanzi kimiċi fuq aktar minn 50 % tal-erja tal-irqajja’ tal-art tal-vinja, minbarra l-promontorji, huwa pprojbit. |
|
— |
Il-mulching tal-plastik huwa pprojbit; |
|
— |
Ma jista’ jsir l-ebda tibdil sostanzjali fil-forma u l-profili tal-pajsaġġ jew fis-sekwenza pedoloġika naturali tal-irqajja’ tal-art maħsuba għall-produzzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. |
5. Arrikkiment
Prattika enoloġika speċifika
It-tekniki tal-arrikkiment sottrattivi huma permessi għall-inbejjed ħomor sa rata ta’ konċentrazzjoni ta’ 10 %;
Biex jipproduċu l-inbejjed rożè, il-produtturi tal-inbid jistgħu jużaw faħam għall-użu enoloġiku esklużivament fuq il-most tal-għasir, u fi proporzjon li ma tistax taqbeż l-20 % tal-volum totali magħmul fi nbid mill-operatur għal dak il-ħsad.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
inbejjed 60 ettolitru għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2022:
|
— |
Id-département ta’ Ardèche: Andance, Ardoix, Arras-sur-Rhône, Bourg-Saint-Andéol, Champagne, Charnas, Châteaubourg, Cornas, Félines, Glun, Guilherand-Granges, Lemps, Limony, Mauves, Ozon, Peyraud, Saint-Désirat, Saint-Etienne-de-Valoux, Saint-Jean-de-Muzols, Saint-Julien-en-Saint-Alban, Saint-Just-d’Ardèche, Saint-Marcel-d’Ardèche, Saint-Martin-d’Ardèche, Saint-Péray, Sarras, Sécheras, Serrières, Talencieux, Toulaud, Tournon-sur-Rhône, Vion; |
|
— |
Id-département ta’ Drôme: Beaumont-Monteux, Bouchet, Chanos-Curson, Crozes-Hermitage, Erôme, Gervans, Larnage, Livron-sur-Drôme, Mercurol-Veaunes għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Mercurol biss, Mérindol-les-Oliviers, Mirabel-aux-Baronnies, Mollans-sur-Ouvèze, Montbrison-sur-Lez, Nyons, Le Pègue, Piégon, Pont-de-l’Isère, La Roche-de-Glun, Rochegude, Rousset-les-Vignes, Saint-Maurice-sur-Eygues, Saint-Pantaléon-les-Vignes, Serves-sur-Rhône, Suze-la-Rousse, Tain-l’Hermitage, Taulignan, Tulette, Venterol, Vinsobres; |
|
— |
Id-département ta’ Gard: Aiguèze, Aramon, Bagnols-sur-Cèze, Carsan, Castillon-du-Gard, Cavillargues, Chusclan, Codolet, Comps, Connaux, Cornillon, Domazan, Estézargues, Fournès, Gaujac, Laudun-l’Ardoise, Laval-Saint-Roman, Lirac, Montfaucon, Montfrin, Orsan, Le Pin, Pont-Saint-Esprit, Pougnadoresse (it-taqsima A tal-katast aġġornat għas-sena 1934), Pouzilhac, Pujaut, Remoulins, Rochefort-du-Gard, Roquemaure, La Roque-sur-Cèze, Sabran, Saint-Alexandre, Saint-André-d’Olérargues, Saint-Etienne-des-Sorts, Saint-Géniès-de-Comolas, Saint-Gervais, Saint-Hilaire-d’Ozilhan, Saint-Julien-de-Peyrolas, Saint-Laurent-de-Carnols, Saint-Laurent-des-Arbres, Saint-Marcel-de-Careiret, Saint-Michel-d’Euzet, Saint-Nazaire, Saint-Paul-les-Fonts, Saint-Paulet-de-Caisson, Saint-Pons-la-Calm, Saint-Victor-la-Coste, Sauveterre, Saze, Tavel, Théziers, Tresques, Valliguières, Vénéjan, Villeneuve-lès-Avignon; |
|
— |
Id-département ta’ Loire: Chavanay, Malleval, Saint-Michel-sur-Rhône, Saint-Pierre-de-Bœuf, Vérin; |
|
— |
Id-département ta’ Rhône: Ampuis, Condrieu, Saint-Cyr-sur-le-Rhône, Tupin-et-Semons; |
|
— |
Id-département ta’ Vaucluse: Avignon, Beaumes-de-Venise, Bédarrides, Bollène, Buisson, Cairanne, Camaret-sur-Aigues, Caumont-sur-Durance, Châteauneuf-de-Gadagne, Châteauneuf-du-Pape, Courthézon, Faucon, Gigondas, Grillon, Jonquerettes, Jonquières, Lafare, Lagarde-Paréol, Mondragon, Morières-lès-Avignon, Mornas, Orange, Piolenc, Puyméras, Rasteau, Richerenches, Roaix, La Roque-Alric, Sablet, Sainte-Cécile-les-Vignes, Saint-Marcellin-lès-Vaison, Saint-Romain-en-Viennois, Saint-Roman-de-Malegarde, Saint-Saturnin-lès-Avignon, Sarrians, Séguret, Sérignan-du-Comtat, Sorgues, Suzette, Travaillan, Uchaux, Vacqueyras, Vaison-la-Romaine, Valréas, Vedène, Villedieu, Violès, Visan. |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Bourboulenc B - Doucillon blanc
Brun argenté N - Vaccarèse
Caladoc N
Carignan N
Carignan blanc B
Cinsaut N - Cinsault
Clairette B
Clairette rose Rs
Counoise N
Couston N
Floreal B
Grenache N
Grenache blanc B
Grenache gris G
Marsanne B
Marselan N
Mourvèdre N - Monastrell
Muscardin N
Piquepoul blanc B
Piquepoul noir N
Roussanne B
Syrah N - Shiraz
Terret noir N
Ugni blanc B
Vermentino B - Rolle
Vidoc N
Viognier B
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. Fatturi naturali u umani rilevanti għar-rabta
Iż-żona ġeografika tirreferi għar-reġjun naturali tal-wied tar-Rhône. Din ix-xmara hija l-qalba ta’ dan il-wied u fetħet din ir-rotta importanti ta’ komunikazzjoni.
Iż-żona ġeografika tkopri t-territorju ta’ sitt départements li jmissu max-xtut tal-Punent u tal-Lvant tar-Rhône, bejn Vjenna u Avignon.
Matul l-era Terzjarja, il-wied tar-Rhône kien fjord Mediterranju li kien jasal sa Vjenna. Dan il-perjodu ra l-istabbiliment ta’ sensiela ta’ baċiri sedimentarji miftuħa lejn in-Nofsinhar u mdawra bil-muntanji tal-era Sekondarja. Meta l-baħar tbaxxa matul l-era Kwaternarja minħabba l-effetti tal-erożjoni (xita, irjieħ, erożjoni fluvjali), il-pajsaġġ kiseb il-karatteristiċi attwali tiegħu. B’riżultat ta’ dan, il-pajsaġġ huwa ddominat mill-għoljiet u l-għelieqi mtarrġa.
Insibu diversi tipi ta’ ħamrija hawnhekk:
|
— |
ħamrija żviluppata f’għelieqi mtarrġin max-xmara; |
|
— |
ħamrija żviluppata fuq il-lom u ġebel tal-ġir artab; |
|
— |
ħamrija maħluqa mill-erożjoni (lom, ramel, ġebel ramli jew melassa). |
Il-klima fin-Nofsinhar tal-wied tar-Rhône hija Mediterranja, bi sjuf sħan u xotti u bi ftit xita matul is-sena; fin-naħa ta’ fuq tiegħu, il-klima hija moderata u kontinentali, bl-istess ammont ta’ xita bħal dak fin-naħa ta’ isfel.
Ix-xita tinżel l-aktar fil-ħarifa u tard fix-xitwa.
Għalhekk, matul l-istaġun tal-iżvilupp tad-dwieli, l-evaporazzjoni u t-traspirazzjoni tal-ilma minn ġol-ħamrija tiġi kkumpensata biss minn xita rari, fil-forma ta’ maltempati fis-sajf. Dan in-nuqqas ta’ ilma gradwalment jeżawrixxi r-riżervi tal-ilma fil-ħamrija, u jwassal għal tnaqqis fir-ritmu u mbagħad għall-waqfien tal-iżvilupp veġetattiv.
Il-klima hija influwenzata ħafna wkoll mill-Mistral, riħ mit-Tramuntana li spiss ikun qawwi ħafna u dejjem inixxef. Dan ir-riħ jonfoħ għal medja ta’ 120 jum fis-sena, filwaqt li jiċċara s-sema u jiżgura ħafna dawl tax-xemx li dejjem jaqbeż l-2 500 siegħa fis-sena. Il-muntanji u l-għoljiet li jdawru l-wied joħolqu effett ta’ kuritur (l-effett venturi tal-kuritur tar-Rhône) li jżid il-forza tar-riħ.
Ir-rikonoxximent tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata ġie rreġistrat sa mill-1937. Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Côtes du Rhône tinsab fil-qalba tat-tieni l-akbar vinja ta’ Franza fid-daqs tagħha, u għal din il-vinja kollha, hija dak li r-Rhône huwa għall-pajsaġġ.
Fl-2010, il-produzzjoni kienet ta’ madwar 1,5 miljun ettolitru, li 60 000 ettolitru minnhom kienu nbid rożè filwaqt li 45 000 ettolitru kienu nbid abjad.
Dawn l-inbejjed huma prodotti prinċipalment fil-parti tan-Nofsinhar taż-żona ġeografika, minn Avignon sa Donzère, filwaqt li l-parti tat-Tramuntana hija aktar iddedikata għall-produzzjoni tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Kkontrollati deskritti bħala Crus des Côtes du Rhône. Madankollu, il-fatturi naturali u l-għarfien prattiku dwar il-kultivazzjoni f’din il-parti tal-vinja li tinsab fit-Tramuntana tal-hekk imsejjaħ parallel ta’ Montélimar (44°33’) jeħtieġu, fi ħdan din l-unità Côtes du Rhône, adattamenti relatati mal-varjetà tad-dwieli u mar-regoli tal-maturità tal-għeneb.
8.2. Interazzjonijiet kawżali
Vinja unika fid-diversità tagħha, il-Côtes du Rhône hija r-riżultat tal-kombinazzjoni tal-istorja u tal-kondiviżjoni tal-għarfien prattiku li gradwalment ħolqu komunità ta’ produtturi ħerqana li jippreservaw l-unità li ġabet ix-xmara filwaqt li jirrispettaw l-identitajiet speċifiċi tal-ħafna mikroreġjuni li jiffurmawha jew li jinsabu madwarha.
L-inbejjed prodotti huma għalhekk ix-xhieda u r-riżultat ta’ din id-“diversità unika” maħluqa mill-produtturi li għarfu jadattaw il-varjetajiet tad-dwieli u jagħżlu l-aħjar irqajja’ art, jieħdu vantaġġ mill-klima favorevoli u jisfruttaw il-preżenza tar-Rhône.
Il-varjetà Grenache N storikament tinsab fil-parti tan-Nofsinhar taż-żona ġeografika, filwaqt li fil-parti tat-Tramuntana l-varjetà Syrah N hija ppreferuta, peress li hija inqas eżiġenti f’termini ta’ ammont ta’ sħana. Il-firxa ta’ varjetajiet ta’ dwieli disponibbli għall-vitikultur tippermettilu jiżragħhom fl-aħjar pożizzjoni skont it-tip tal-ħamrija u l-esponiment ta’ kull roqgħa ta’ art.
Il-wied tar-Rhône għandu klima adattata sew għat-tkabbir tad-dwieli, kemm minħabba l-effett benefiku tal-Mistral qawwi, kiesaħ u xott, li jipproteġi lid-dwieli mill-mard fungali, kif ukoll minħabba x-xemx abbondanti, li tiżgura li l-għeneb isir sew, u minħabba l-ammont adattat ta’ xita u l-konċentrazzjoni kkawżata hija wkoll mill-frekwenza tal-Mistral.
Din il-klima speċifika tipproduċi nbejjed ħomor rikki, b’kulur qawwi u struttura tajba b’noti aromatiċi ta’ frott; bis-saħħa tagħha l-aromi tal-fjuri jiġu espressi fl-inbejjed rożè u bojod.
Minn żmien il-kolonizzazzjoni Griega, il-wied tar-Rhône ipprovda rotta maġġuri marittima, u aktar tard ferrovjarja u fuq l-art, għall-kummerċ tal-inbid, u b’hekk ippermetta li tinżamm tradizzjoni ta’ vitikultura għal aktar minn żewġ millennji.
L-assoċjazzjoni bejn l-għarfien prattiku tal-produtturi, miksub minn ġenerazzjoni għal oħra, u t-territorju disponibbli, b’għażla ta’ rqajja’ ta’ art demarkati, ħolqot l-identità tal-familja ta’ nbejjed Côtes du Rhône. Fi ħdan din il-familja, jispikkaw id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Côtes du Rhône Villages, issupplimentata jew le bl-isem ta’ denominazzjoni ġeografika addizzjonali, u d-denominazzjonijiet ta’ oriġini kkontrollati magħrufa bħala Crus des Côtes du Rhône, kemm fil-parti tan-Nofsinhar kif ukoll fil-parti tat-Tramuntana taż-żona ġeografika.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Regoli dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar tal-inbejjed
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
|
a) |
L-inbejjed deskritti bit-terminu “bikri” jew “ġdid” iridu jiġu ppreżentati bl-indikazzjoni tas-sena tal-vendemmja. |
|
b) |
It-tikketta tal-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata tista’ tispeċifika l-unità ġeografika akbar Vignobles de la Vallée du Rhône, skont ir-rekwiżiti speċifikati fil-ftehim iffirmat bejn id-diversi organizzazzjonijiet ta’ ħarsien u ta’ ġestjoni kkonċernati. Dan il-kliem irid jidher fl-istess kamp viżiv bħad-dettalji obbligatorji kollha u jrid ikun stampat b’ittri tal-istess disinn grafiku u kulur bħal dawk tad-denominazzjoni, u f’daqs li ma jaqbiżx iż-żewġ terzi tad-daqs tad-denominazzjoni. |
|
c) |
Il-varjetajiet użati għall-adattament Carignan B, Floréal B, Rolle B u Vidoc N ma jistgħux jissemmew fuq it-tikketta. |
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni u għall-produzzjoni tal-inbejjed, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2022:
|
— |
Id-département ta’ Ardèche: Alboussière, Arlebosc, Baix, Beauchastel, Bidon, Boffres, Bogy, Champis, Charmes-sur-Rhône, Cheminas, Colombier-le-Cardinal, Eclassan, Etables, Flaviac, Gilhac-et-Bruzac, Gras, Labastide-de-Virac, Peaugres, Plats, Le Pouzin, Quintenas, Rompon, Saint-Barthélemy-le-Plain, Saint-Cierge-la-Serre, Saint-Cyr, Saint-Georges-les-Bains, Saint-Laurent-du-Pape, Saint-Montan, Saint-Remèze, Saint-Romain-d’Ay, Saint-Romain-de-Lerps, Saint-Symphorien-sous-Chomérac, Saint-Vincent-de-Durfort, Savas, Soyons, Thorrenc, Vernosc-lès-Annonay, Vinzieux, La Voulte-sur-Rhône; |
|
— |
Id-département ta’ Drôme: Albon, Aleyrac, Allex, Ambonil, Andancette, Aubres, La Baume-de-Transit, Beausemblant, Benivay-Ollon, Bourg-lès-Valence, Chamaret, Chantemerle-les-Blés, Chantemerle-les-Grignan, Châteauneuf-de-Bordette, Châteauneuf-sur-Isère, Chavannes, Clansayes, Clérieux, Colonzelle, Condorcet, Donzère, Etoile-sur-Rhône, La Garde-Adhémar, Grane, Granges-les-Beaumont, Les Granges-Gontardes, Grignan, Laveyron, Loriol-sur-Drôme, Mercurol-Veaunes għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Veaunes biss, Montaulieu, Montjoux, Montoison, Montségur-sur-Lauzon, La Penne-sur-l’Ouvèze, Pierrelatte, Pierrelongue, Le Poët-Laval, Les Pilles, Ponsas, Propiac, Roche-Saint-Secret-Beconne, Roussas, Saint-Barthélemy-de-Vals, Saint-Donat-sur-l’Herbasse, Saint-Gervais-sur-Roubion, Saint-Jean-de-Galaure għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ La Motte-de-Galaure biss, Saint-Paul-Trois-Châteaux, Saint-Rambert-d’Albon, Saint-Restitut, Saint-Uze, Saint-Vallier, Salles-sous-Bois, Solérieux, Teyssières, Triors, Valaurie, Valence; |
|
— |
Id-département ta’ Gard: Les Angles, Argilliers, La Bastide-d’Engras, Beaucaire, Bellegarde, La Capelle-et-Masmolène, Collias, Flaux, Le Garn, Goudargues, Issirac, Jonquières-Saint-Vincent, Meynes, Pougnadoresse (mhux it-taqsima A tal-katast aġġornat għas-sena 1934), Saint-André-de-Roquepertuis, Saint-Bonnet-du-Gard, Saint-Christol-de-Rodières, Saint-Laurent-la-Vernède, Salazac, Sernhac, Vallabrix, Verfeuil, Vers-Pont-du-Gard; |
|
— |
Id-département ta’ Isère: Chonas-l’Amballan, Les Côtes d’Arey, Le-Péage-de-Roussillon, Reventin-Vaugris, Les Roches-de-Condrieu, Sablons, Saint-Alban-du-Rhône, Saint-Clair-du-Rhône, Saint-Maurice-l’Exil, Salaise-sur-Sanne, Seyssuel, Vienne; |
|
— |
Id-département ta’ Loire: Bessey, La Chapelle-Villars, Chuyer, Lupe, Maclas, Pélussin, Roisey, Saint-Romain-en-Jarez; |
|
— |
Id-département ta’ Rhône: Les Haies, Loire-sur-Rhône, Longes, Sainte-Colombe, Saint-Romain-en-Gal; |
|
— |
Id-département ta’ Vaucluse: Althen-les-Paluds, Aubignan, Le Barroux, Beaumont-du-Ventoux, Bédoin, Blauvac, Brantes, Caderousse, Caromb, Carpentras, Cavaillon, Le Crestet, Crillon-le-Brave, Entraigues-sur-la-Sorgue, Entrechaux, Flassan, Lamotte-du-Rhône, Lapalud, Loriol-du-Comtat, Malaucène, Malemort-du-Comtat, Mazan, Méthamis, Modène, Monteux, Mormoiron, Pernes-les-Fontaines, Le Pontet, Saint-Hippolyte-le-Graveyron, Saint-Léger-du-Ventoux, Saint-Pierre-de-Vassols, Savoillan, Le Thor, Villes-sur-Auzon. |
tkompli.... Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
|
— |
Id-département ta’ Isère: Chonas-l’Amballan, Le-Péage-de-Roussillon, Reventin-Vaugris, Les Roches-de-Condrieu, Sablons, Saint-Alban-du-Rhône, Saint-Clair-du-Rhône, Saint-Maurice-l’Exil, Salaise-sur-Sanne, Seyssuel, Vienne; |
|
— |
Id-département ta’ Loire: Bessey, La Chapelle-Villars, Chuyer, Lupe, Maclas, Pélussin, Roisey, Saint-Romain-en-Jarez; |
|
— |
Id-département ta’ Rhône: Les Haies, Loire-sur-Rhône, Longes, Sainte-Colombe, Saint-Romain-en-Gal; |
|
— |
Id-département ta’ Vaucluse: Althen-les-Paluds, Aubignan, Le Barroux, Beaumont-du-Ventoux, Caderousse, Caromb, Carpentras, Cavaillon, Le Crestet, Entraigues-sur-la-Sorgue, Entrechaux, Lamotte-du-Rhône, Lapalud, Loriol-du-Comtat, Malaucène, Mazan, Monteux, Pernes-les-Fontaines, Le Pontet, Saint-Hippolyte-le-Graveyron, Saint-Léger-du-Ventoux, Le Thor. ” |
tkompli.... Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
|
— |
Id-département ta’ Drôme: Albon, Aleyrac, Allex, Ambonil, Andancette, Aubres, La Baume-de-Transit, Beausemblant, Benivay-Ollon, Bourg-lès-Valence, Chamaret, Chantemerle-les-Blés, Chantemerle-les-Grignan, Châteauneuf-de-Bordette, Châteauneuf-sur-Isère, Chavannes, Clansayes, Clérieux, Colonzelle, Condorcet, Donzère, Etoile-sur-Rhône, La Garde-Adhémar, Grane, Granges-les-Beaumont, Les Granges-Gontardes, Grignan, Laveyron, Loriol-sur-Drôme, Montjoux, Montoison, Montaulieu, Montségur-sur-Lauzon, La Motte-de-Galaure, La Penne-sur-l’Ouvèze, Pierrelatte, Pierrelongue, Le Poët-Laval, Les Pilles, Ponsas, Propiac, Roche-Saint-Secret-Beconne, Roussas, Saint-Barthélemy-de-Vals, Saint Donat sur l’Herbasse, Saint-Gervais-sur-Roubion, Saint-Paul-Trois-Châteaux, Saint-Rambert-d’Albon, Saint-Restitut, Saint-Uze, Saint-Vallier, Salles-sous-Bois, Solérieux, Teyssières, Triors, Valaurie, Valence, Veaunes; |
|
— |
Id-département ta’ Gard: Les Angles, Argilliers, La Bastide-d’Engras, Beaucaire, Bellegarde, La Capelle-et-Masmolène, Collias, Flaux, Le Garn, Goudargues, Issirac, Jonquières-Saint-Vincent, Meynes, Montfaucon, Saint-André-de-Roquepertuis, Saint-Bonnet-du-Gard, Saint-Christol-de-Rodières, Saint-Laurent-la-Vernède, Salazac, Sernhac, Vallabrix, Verfeuil, Vers-Pont-du-Gard; |
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6185/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)