Official Journal L 158 , 14/06/2001 P. 0001 - 0003
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/2001 tat-30 ta' Marzu 2001 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 189/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/628/KE tat-28 ta' Lulju 1997 li temenda d-Deċiżjoni 93/70/KEE dwar kodifikazzjoni għall-messaġġ "Animo" [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/168/KE tas-17 ta' Frar 1998 li temenda d-Deċiżjoni 93/70/KEE dwar kodifikazzjoni għall-messaġġ "Animo" sabiex jinkludi ċerti tipi ta' prodotti ta' skart mammiferi [3] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim. (4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/874/KE ta' l-17 ta' Diċembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni 93/70/KEE dwar kodifikazzjoni għall-messaġġ "Animo" sabiex jinkludi ċerti tipi ta' protejina pproċessata mammifera [4] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim. (5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/25/KE tas-16 ta' Diċembru 1999 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar it-transtbaħħir ta' prodotti f'Post ta' Spezzjoni mal-Fruntjieri fejn kunsinni huma maħsuba għall-importazzjoni eventwali fil-Komunità Ewropea, u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/14/KEE [5] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim. (6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/208/KE ta' l-24 ta' Frar 2000 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar it-tranżitu ta' prodotti li joriġinaw mill-amminali minn pajjiż terz għal ieħor bit-triq biss u li jaqsam il-Komunità Ewropea [6] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim. (7) Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 17 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/14/KEE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim: ", kif emendat bi: - 32000 D 0025: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/25/KE tas-16 ta' Diċembru 1999 (ĠU L 9, tat-13.1.2000, p. 27)." Artikolu 2 L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 18 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/70/KEE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim: "- 397 D 0628: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/628/KE tat-28 ta' Lulju 1997 (ĠU L 261, tat-23.9.1997, p. 1), - 398 D 0168: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/168/KE tas-17 ta' Frar 1998 (ĠU L 62, tat-3.3.1998, p. 37), - 399 D 0874: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/874/KE ta' l-10 ta' Diċembru 1999 (ĠU L 340, tal-31.12.1999, p. 109)." Artikolu 3 Il-punti li ġejjin għandhom jiġu miżjudin wara l-punt 86 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/653/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim: "87. 32000 D 0025: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/25/KE tas-16 ta' Diċembru 1999 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar it-transtbaħħir ta' prodotti f'Post ta' Spezzjoni mal-Fruntjieri fejn kunsinni huma maħsuba għall-importazzjoni eventwali fil-Komunità Ewropea, u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/14/KEE (ĠU L 9, tat-13.1.2000, p. 27). Dan l-att japplika wkoll għall-Islanda għaż-żoni koperti mill-atti speċifiċi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 tal-Parti tad-Dħul. 88. 32000 D 0208: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/208/KE ta' l-24 ta' Frar 2000 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar it-tranżitu ta' prodotti li joriġinaw mill-amminali minn pajjiż terz għal ieħor bit-triq biss u li jaqsam il-Komunità Ewropea (ĠU L 64, tal-11.3.2000, p. 20). Dan l-att japplika wkoll għall-Islanda għaż-żoni koperti mill-atti speċifiċi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 tal-Parti tad-dħul." Artikolu 4 It-testi tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 97/628/KE, 2000/98/KE u 2000/1999/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-31 ta' Marzu 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [7]. Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, 30 ta' Marzu 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 74, tal-15.3.2001, p. 24. [2] ĠU L 261, tat-23.9.1997, p. 1. [3] ĠU L 62, tat-3.3.1998, p. 37. [4] ĠU L 340, tal-31.12.1999, p. 109. [5] ĠU L 9, tat-13.1.2000, p. 27. [6] ĠU L 64, tal-11.3.2000, p. 20. [7] No constitutional requirements indicated. --------------------------------------------------