02015D0179 — MT — 24.11.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/179

tal-4 ta' Frar 2015

li tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jipprovdu għal deroga minn ċerta dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward il-materjal tal-injam tal-koniferi (Coniferales) għall-ippakkjar fil-forma ta' kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika taħt il-kontroll tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti tal-Amerika

(notifikata bid-dokument C(2015) 445)

(ĠU L 030 6.2.2015, p. 38)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2187 notifikata bid-dokument C(2017 tas-16 ta' Novembru 2017

  L 309

19

24.11.2017




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/179

tal-4 ta' Frar 2015

li tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jipprovdu għal deroga minn ċerta dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward il-materjal tal-injam tal-koniferi (Coniferales) għall-ippakkjar fil-forma ta' kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika taħt il-kontroll tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti tal-Amerika

(notifikata bid-dokument C(2015) 445)



Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni biex tingħata deroga

B'deroga mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt 2 tat-Taqsima I ta' Parti A tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-introduzzjoni ta' materjal tal-injam tal-koniferi (Coniferales) għall-ippakkjar fil-forma ta' kaxxi fit-terrritorju tagħhom, attwalment użati fit-trasport tal-munizzjon, li kienu mmanifatturati sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2007 u li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika taħt il-kontroll tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti, minn issa 'l quddiem “il-kaxxi”, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-obbligu ta' notifika

1.  Tal-inqas ħamest ijiem tax-xogħol minn qabel, l-importatur għandu javża l-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru jew l-Istati Membri tal-punt tad-dħul u l-ewwel post tal-ħżin, li ma jkunx il-punt tad-dħul, dwar l-intenzjoni tiegħu li jdaħħal kunsinna.

2.  In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha l-elementi li ġejjin:

(a) id-data prevista tal-introduzzjoni;

(b) l-inventarju tal-kunsinna kkonċenata li jidentifika l-kaxxi li jagħmlu parti minnha;

(c) l-isem u l-indirizz tal-importatur;

(d) il-punt tad-dħul tal-introduzzjoni prevista;

(e) l-indirizz tal-ewwel post ta' ħżin, li ma jkunx il-punt tad-dħul.

Artikolu 3

Il-kontrolli mill-korpi uffiċjali responsabbli

Il-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru tal-ewwel post tal-ħżin, li ma jkunx il-punt tad-dħul, għandu jivverifika l-konformità ta' kampjun rappreżentattiv ta' kull kunsinna mal-punti li ġejjin tal-Anness:

(a) punti (1) u (2) dwar il-wiri tal-marki rispettivi;

(b) punt (4) dwar il-qoxra libera tas-siġar;

(c) punt (5) dwar il-livell tal-kontenut tal-umdità;

(d) punt (7) dwar id-dokument ta' akkumpanjament.

Artikolu 4

Il-ħżin u t-trasport

1.  Qabel u wara t-twettiq tal-kontrolli, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-kaxxi għandhom jibqgħu maħżuna f'bini magħluq.

2.  F'każ li l-kaxxi jinġarru qabel jew wara l-kontrolli, kif imsemmi fl-Artikolu 3, għandhom jinġarru f'kontenituri magħluqa, jew taħt għata protettiva sħiħa.

3.  F'każ li l-kaxxi jinġarru wara l-kontrolli, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-persuna li ġġorrhom għandha tavża l-korp uffiċjali responsabbli jew il-korpi uffiċjali responsabbli rigward il-post tat-tluq u l-post tad-destinazzjoni, kif ukoll rigward il-kwantitajiet u l-identità tal-kaxxi konċernati.

F'każ li l-kaxxi jinħażnu wara l-kontrolli, kif imsemmi fl-Artikolu 3, f'post differenti mill-post fejn twettqu dawk il-kontrolli, il-persuna li taħżinhom għandha tavża l-korp uffiċjali responsabbli rigward il-post ta' ħżin kif ukoll rigward il-kwantitajiet u l-identità tal-kaxxi konċernati.

Artikolu 5

In-notifika tan-nuqqas ta' konformità

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'kull konsenja li ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Din in-notifika għandha ssir mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara d-data meta l-korp uffiċjali responsabbli jsir jaf b'kunsinna bħal din.

Artikolu 6

L-irrappurtar dwar l-importazzjonijiet

L-Istat Membru tal-ewwel post ta' ħżin, li ma jkunx il-punt tad-dħul, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), għandu jipprovdi lill-Kummisjoni u l-Istati Membri oħrajn, sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, b'informazzjoni dwar in-numru ta' kunsinni introdotti fit-territorji tagħhom u rapport dwar il-kontrolli msemmija fl-Artikolu 3 mwettqa bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel.

Artikolu 7

Id-data ta' skadenza

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi ►M1  fil-31 ta' Diċembru 2020 ◄ .

Artikolu 8

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

IL-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-KAXXI, KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

Il-kaxxi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1) Dawn juru marka li tikkonferma li ġew manifuatturati mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2007.

(2) Dawn juru marka li tindika li ġew trattati bi preżervant tal-injam approvat mill-Aġenzija għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Istati Uniti tal-Amerika.

(3) F'każ li dawn il-kaxxi ssewwew mill-1 ta' Settembru 2007, l-injam użat, għal dak il-għan, jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 2 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

(4) Il-kaxxi huma magħmula minn injam bla qoxra, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe numru ta' biċċiet tal-qoxra li jidhru separati u distinti b'mod ċar li huma konformi ma' wieħed minn dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) huma anqas minn 3 cm fil-wisa' (irrispettivament mit-tul); jew

(b) jekk huma akbar minn 3 cm fil-wisa', l-erja totali tal-wiċċ ta' kull biċċa qoxra tas-siġar hija anqas minn 50 cm2.

(5) Il-livell tal-kontenut tal-umdità tagħhom mhuwiex aktar minn 20 %.

(6) Dejjem kienu maħżuna f'bini magħluq u trasportati f'kontenituri magħluqa, jew taħt għata protettiva sħiħa.

(7) Ikunu akkumpanjati minn dokument maħruġ mid-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti tal-Amerika li jikkonferma l-konformità tal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (4), (5) u (6).