|
12.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 196/25 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9327 — YZJ Group/Mitsui E&S Group/Mitsui & CO Group/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 196/10)
1.
Fit-3 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mitsui E&S Shipbuilding Co., Ltd (il-Ġappun) u Mitsui E&S Co., Ltd (iċ-Ċina) li jappartjenu għall-Mitsui E&S Group (“il-Grupp MES”), |
|
— |
Mitsui & Co., Ltd (il-Ġappun) li tappartjeni għall-Mitsui & Co. Group (“il-Mitsui & Co. Group”), |
|
— |
Jiangsu Yangzijiang Shipbuilding Co., Ltd (iċ-Ċina), li tappartjeni għall-Grupp YZJ (“il-Grupp YZJ”), |
|
— |
Jiangsu Yangzi-Mitsui Shipbuilding Co., Ltd (iċ-Ċina) (“il-JV”). |
Il-Grupp MES, il-Mitsui & Co. Group u l-Grupp YZJ jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— il-Grupp MES: attiv fil-manifattura ta’ bastimenti, bħal bastimenti navali, bastimenti tat-tagħbija bl-ingrossa, tankers u trasportaturi tal-LNG, kif ukoll fl-għoti ta’ servizzi ta’ inġinerija u ta’ konsulenza. Il-Grupp MES huwa wkoll involut fil-bejgħ bl-ingrossa, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ bastimenti u tagħmir tal-baħar;
— il-Mitsui & Co. Group: il-provvista mad-dinja kollha ta’ loġistika u finanzjament ta’ żviluppi maġġuri ta’ infrastruttura internazzjonali f’oqsma, bħal pereżempju ħadid, azzar, riżorsi minerali u metalli, u sistemi ta’ trasportazzjoni;
— il-Grupp YZJ: attiv fil-manifatturar ta’ vapuri kummerċjali, inklużi vapuri tal-containers, bastimenti kbar u bastimenti speċjali, kif ukoll fl-investiment finanzjarju u l-kummerċ tal-metall;
— il-JV: li se tkun attiva fil-bini ta’ bastimenti merkantili, b’mod partikolari, bastimenti ta’ tagħbija bl-ingrossa, tankers taż-żejt u trasportaturi tal-LNG, għas-swieq Ċiniżi u madwar id-dinja.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9327 — YZJ Group/Mitsui E&S Group/Mitsui & CO Group/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).