|
23.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 423/23 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9166 — Santander Group/Hyundai Motor Company Group/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 423/09)
1.
Fl-14 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Santander Consumer Bank AG (“SCB”, Spanja), ikkontrollat biss minn Santander Banco Santander, S.A. (“Santander”, Spanja); |
|
— |
Hyundai Capital Services Inc. (“HCS”, il-Korea t’Isfel), ikkontrollata biss minn Hyundai Motor Company (“HCM”, il-Korea t’Isfel). |
Il-konċentrazzjoni proposta tikkonsisti fl-akkwist tal-kontroll konġunt minn Santander, permezz tas-sussidjarja tagħha SCB, u HCM, permezz tas-sussidjarja tagħha HCS, ta’ impriża konġunta li għadha kif inħolqot (il-joint venture, “JV”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Santander huwa attiv f’operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur, fil-ġestjoni tal-assi, servizzi bankarji korporattivi u għall-investiment, it-teżor u l-assigurazzjoni. Santander jopera madwar l-Ewropa, kif ukoll fl-Istati Uniti tal-Amerika, l-Amerika Latina u l-Asja; |
|
— |
HCM hija manifattur ta’ vetturi bil-mutur. HCM toffri wkoll servizzi finanzjarji permezz tas-sussidjarja tagħha HCS; |
|
— |
il-JV se toffri servizzi ta’ finanzjament għall-karozzi relatati mal-vetturi bil-mutur tal-marki tad-ditta Hyundai u Kia fl-Ewropa, kif ukoll servizzi relatati, bħall-assigurazzjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9166 — Santander Group/Hyundai Motor Company Group/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).