Official Journal L 171 , 17/06/1998 P. 0028 - 0029
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/40/KE tat-8 ta’ Ġunju, 1998 li taddatta għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 74/346/KEE dwar il-mirja li juru wara ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva 74/346/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-mirja li juru wara għal tratturi bir-roti ta’ l-agrikoltura jew tal-foresterija [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2] u partikolarment l-Artikolu 4 tagħha, Billi, in vista tal-komplessità li dejjem tikber tax-xogħol tat-tratturi, għandhom jiġu kunsidrati l-mirja li juru wara li jintużaw biex jikkontrollaw inġenji li mhumiex maħsuba għall-użu fit-triq; Billi, biex tiżdied is-sigurtà, il-kundizzjonijiet li taħthom il-mirja li juru wara għandhom jiġu ssettjati mis-sewwieqa għandhom jiġu stabbiliti bir-reqqa: billi d-Direttiva 74/346/KEE għandha għaldaqstant tiġi emendata; Billi l-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-addattament għall-progress tekniku stabbilit mid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE [3], kif l-aħħar emendati mid-Direttiva 97/54/KE ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness tad-Direttiva 74/346/KEE qed jiġi emendat kif isegwi: 1. is-segwenti sentenza qed tiżdied ma’ l-Punt 1.1 "Il-mirja addizzjonali u l-mirja li juru wara maħsubin biex jikkontrollaw l-inġenji waqt li jkun qed isir xogħol fl-għelieqi m’għandhomx neċessarjament ikunu miftuħa għall-approvazzjoni tat-tip li tingħata lill-komponenti imma għandhom jiġu lokalizzati skond ir-rekwiżiti ta’ l-issettjar li jinstabu fl-Punti 2.3.3. sa 2.3.5" 2. Fl-Punt 2.4.2. l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej: "Is-sewwieq għandu jkun jista’ jirranġa l-mera esterna li turi wara bla ma jiċċaqlaq mill-post tas-sewwieq." Artikolu 2 1. Mill-1 ta’ Mejju, 1999, l-ebda Stat Membru ma jista’: - jirrifjuta fir-rigward ta’ xi tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, biex joħroġ dokument li jkun imsemmi fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew biex jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew - jipprojbixxi d-dħul fis-servizz tat-tratturi, jekk dawk it-tratturi jilħqu r-rekwiżiti tad-Direttiva 74/346/KEE, kif emendat minn din id-Direttiva. 2. Mill-1 ta’ Ottubru, 1999, l-Istati Membri: - ma jistgħux joħorġu aktar id-dokument imsemmi fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għat-tip tat-trattur li ma jilħaqx ir-rekwiżiti tad-Direttiva 74/347/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward tat-tip ta’ trattur li ma jilħaqx ir-rikweżiti tad-Direttiva 74/346/KEE, kif emendat minn din id-Direttiva. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ April 1999. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-disposizzjonijiet, għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jkunu pubblikati uffiċjalment. Il-proċedura għal din ir-referza għandha tkun adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet essenzjali tal-liġi nazzjonali li tadotta l-materjal kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara il--pubblikazzjoni tiegħu fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-8 ta’ Ġunju 1998. Għall-Kummissjoni Martin bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 191, tal-15.7.1974, p.1. [2] ĠU L 277, ta’ l-10.10.1997, p. 24 [3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p.10. --------------------------------------------------