Official Journal L 073 , 14/03/1985 P. 0027 - 0029
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0054
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0054
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 13 P. 0038
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 13 P. 0038
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu, 1985 li taċċetta, għan-nom tal-Komunità, ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Koperazzjoni tad-Dwana tal-15 ta' Ġunju, 1983 li tikkonċerna l-azzjoni kontra l-frodi tad-dwana dwar il-kontenituri (85/187/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, Billi r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Koperazzjoni Doganali tal-15 ta' Ġunju, 1983 li għandha x'taqsam ma’ l-azzjoni kontra l-frodi tad-dwana dwar il-kontenituri tista’ tiġi aċċettata mill-Komunità b'effett immedjat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Koperazzjoni Doganali tal-15 ta' Ġunju, 1983, li tikkonċerna l-azzjoni kontra l-frodi tad-dwana dwar kontenituri qiegħda b'dan tiġi aċċettata mill-Komunità b'effett immedjat, Il-Komunità għandha tapplika din ir-rakkomandazzjoni dwar il-fruntieri esterni tagħha sa fejn dan ma jkunx kuntrarju għal-leġislazzjoni tal-Komunità. It-test ta' l-imsemmija rakkomandazzjoni huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill qiegħed b'dan jiġi awtorizzat li jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa li tinnotifika lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' Koperazzjoni tad-Dwana bl-aċċettazzjoni mill-Komunità, b'effett immedjat, tar-rakkomandazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1. Magħmul fi Brussel, 7 ta' Marzu, 1985. Għall-Kunsill Il-President A. Biondi -------------------------------------------------- Rakkomandazzjoni tal-kunsill ta' koperazzjoni tad-dwana tal-15 ta' Ġunju, 1983 li tikkonċerna l-azzjoni kontra l-frodi tad-dwana dwa ril-kontenituri IL-KUNSILL TA' KOPERAZZJONI TAD-DWANA, Waqt li jikkunsidra li l-frodi tad-Dwana huwa ta' preġudizzju għall-interessi ekonomiċi u fiskali ta' l-Istati u l-Għaqdiet Doganali u Ekonomiċi, u għall-interessi leġittimi tal-kummerċ, Jikkunsidra li l-awtoritajiet Doganali huma responsabbli għall-verifikazzjoni ta' l-oġġetti waqt l-importazzjoni u l-esportazzjoni biex jiġi żgurat li l-liġijiet u r-regolamenti tad-Dwana u dawk relatati jiġu applikati, waqt li fl-istess ħin jippruvaw jiffaċilitaw il-passaġġ malajr tal-merkanzija, Waqt li jinnota li l-frodi tad-Dwana dwar il-kontenituri qiegħda tagħti iktar lok għat-tħassib, Waqt li jinnota li l-użu tal-kontenituri sar wieħed mill-aktar mezzi komuni użati biex jiffaċilita l-ġarr tal-merkanzija, Waqt li jinnota li kontenituri qegħdin jintużaw fit-traffiku illeċitu ta' oġġetti ta' dazju għoli u oġġetti pprojbiti jew ristretti, bħal armi u munizzjon, Jinnota wkoll li kontenituri qed jintużaw fit-traffiku illeċitu ta' drogi narkotiċi kontrollati nazzjonali u internazzjonali u sustanzi psikotropiċi li huma ta' perikolu dejjem jikber għas-saħħa tal-bniedem u s-soċjetà, Waqt li jikkunsidra li l-frodi tad-Dwana huwa ta' preġudizzju għall-interessi ekonomiċi u fiskali ta' l-Istati u l-Għaqdiet Doganali u Ekonomiċi, u għall-interessi leġittimi tal-kummerċ, Jikkunsidra li l-awtoritajiet Doganali huma responsabbli għall-verifikazzjoni ta' l-oġġetti waqt l-importazzjoni u l-esportazzjoni biex jiġi żgurat li l-liġijiet u r-regolamenti tad-Dwana u dawk relatati jiġu applikati, waqt li fl-istess ħin jippruvaw jiffaċilitaw il-passaġġ malajr tal-merkanzija, Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni internazzjonali dwar għajnuna amministrattiva komuni għall-prevenzjoni, investigazzjoni u ripressjoni ta' l-offiżi doganali (Nairobi, 9 ta' Ġunju, 1977), Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri Doganali (Kyoto, 18 ta' Mejju, 1973), Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Doganali dwar il-Kontenituri, 1972 (Ġinevra 2 ta' Diċembru, 1972), Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Koperazzjoni Doganali dwar l-għajnuna amministrattiva reċiproka (5 ta' Diċembru, 1953), Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Koperazzjoni Doganali dwar is-sistemi ta' ssiġillar doganali b'konnessjoni mat-trasport internazzjonali ta' l-oġġetti (11 ta' Ġunju, 1968), Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Koperazzjoni Doganali dwar il-ġbir flimkien ta' l-informazzjoni li tikkonċerna l-frodi doganali (22 ta' Mejju, 1975), JIRRAKKOMANDA li l-Istati, sewwa jekk Membri tal-Kunsill, u Għaqdiet Doganali u Ekonimiċi kif ukoll jekk le, għandhom: 1. jipprovdu għall-possibbiltà li jiġu eżaminati l-kontenituri u l-kontenut tagħhom, sal-limitu li jkun ikkunsidrat meħtieġ fil-postijiet fejn l-oġġetti huma ppakkjati jew maħtuta mill-kontenituri jew f'xi post ieħor addattat magħżul jew approvat mill-awtoritajiet Doganali; 2. jużaw metodi għall-għażla ta' kontenituri għall-eżami li jagħtu każ tal-fatturi fiżiċi, dokumentarji u ta' intelliġenza u proċeduri ta' l-għażla kif ġie ġie u sistematiċi. Il-bażi għall-għażla għandu jkun flessibbli biżżejjed biex jaddatta għal bidliet fil-kampjuni tal-frodi u t-tnixxija ta' l-oġġetti. In-numru tal-kontenituri eżaminati għandu jkun konsistenti mar-riskju aġġudikat u l-abbiltà ta' l-awtoritajiet ikkonċernati li jagħmlu dawk l-eżamijiet; 3. jeżaminaw il-kontenituri magħżula u l-kontenut tagħhom sa grad kompatibbli ma’ l-oġġettivi tat-tfittxija u l-metodu ta' l-imballaġġ użat; 4. jagħtu l-attenzjoni adegwata għall-valur ta' kontrolli post facto tad-dokumentazzjoni li għandha x’taqsam ma’ l-oġġetti li jinġarru fil-kontenituri, partikolarment dawk li ma jkunux ġew fiżikament eżaminati; 5. jivverifikaw fejn xieraq, b'konnessjoni ma’ l-eżami dognali, li l-kontenituri jkunu għadhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tekniċi ta' l-approvazzjoni; 6. jiżguraw, għall-għanijiet ta' kontroll doganali, l-provvista tal-livelli approprijati ta' sigurtà fl-istallazzjonijiet tal-port u l-arei tal-ħażna tal-kontenituri; 7. jippromwovu l-għola grad effettiv ta' skambju ta' informazzjoni bejn il-pajjiż ta' esportazzjoni, pajjiżi ta' transitu u l-pajjiż ta' detinazzjoni, bil-ħsieb li jiġi żgurat il-kontrol kif jixraq u s-sigurtà tal-kontenituri u l-oġġetti li jġorru; u jikkonkludu, fejn teżisti l-ħtieġa, arrangamenti bilaterali jew multilaterali għall-komunikazzjoni tad-dettalji relevanti dwar il-kontenituri li jinġarru, inkluż, kull fejn hu possibbli, il-post tat-tagħbija, l-isem u l-indirizz ta' dak li jġorrhom, l-esportatur u l-kunsinnatarju reali, lista ta' l-oġġetti li jinġarru fil-kontenitur, il-post tal-ħatt, in-natura tas-siġilli mwaħħla mal-kontenitur, biex jinkiseb l-għola grad ta' effettività ta' kontroll; 8. jiżguraw li l-uffiċċjali Doganali li għandhom x'jaqsmu mal-kontrol u l-eżami tal-kontenituri jirċievu taħriġ li jkun jagħti kont partikolari tan-natura speċifika tat-trasport u l-kontroll tal-kontenituri; 9. jippromwovu l-eqreb koperazzjoni possibbli bejn l-awtoritajiet Doganali u korpi professjonali u awtoritajiet konċernati ma’ l-operazzjoni tal-kontenitur, TALBIET L-Istati, sew jekk Membri tal-Kunsill, u Għaqdiet Doganali jew Ekonomiċi kif ukoll jekk le li jaċċettaw din ir-rakkomandazzjoni li jinnotifikaw lis-Segretarju Ġenerali bl-aċċettazzjoni tagħhom, u bid-data li fiha għandhom japplikaw ir-rakkomandazzjoni u l-kondizzjonijiet ta' l-applikazzjoni tagħha. Is-Segretarju Ġenerali għandu jittrasmetti din l-informazzjoni lill-awtoritajiet Doganali tal-membri kollha. Għandu wkoll jittrasmettiha lil xi amministrazzjonijiet Doganali li m'humiex membri jew lil kull Għaqda Doganali jew Ekonomika li tkun aċċettat din ir-rakkomandazzjoni. --------------------------------------------------