|
10.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9381 — Carlyle/Mubadala/CEPSA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 232/11)
1.
Fit-3 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
The Carlyle Group L.P. (“Carlyle”, l-Istati Uniti tal-Amerika) |
|
— |
Mubadala Investment Company PJSC (“Mubadala”, l-Emirati Għarab Magħquda) |
|
— |
Compañía Española de Petróleos, S.A.U. (“CEPSA”, Spanja) |
Carlyle u Mubadala jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ CEPSA. Bħalissa Cepsa hija kkontrollata unikament minn Mubadala.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Carlyle hija ditta ta’ investiment globali, li tamministra fondi li jinvestu globalment f’erba’ segmenti ta’ negozju: (i) ekwità privata korporattiva; (ii) assi reali; (iii) il-kreditu globali, u (iv) is-soluzzjonijiet ta’ investiment, |
|
— |
Mubadala hija attiva f’investimenti prinċipali diretti, |
|
— |
CEPSA hija kumpanija integrata taż-żejt u tal-gass. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta tal-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9381 — Carlyle/Mubadala/CEPSA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).