<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-207/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0207</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:788">EU:C:2018:788</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20181002">2.10.2018</DATE> – Kawża C-207/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Ministerio Fiscal</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20181002">2 ta’ Ottubru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjonijiet elettroniċi</KEYWORD><KEYWORD>Ipproċessar ta’ data personali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2002/58/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 1 u 3</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 5 u 15(1)</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 7 u 8</KEYWORD><KEYWORD>Data pproċessata fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi</KEYWORD><KEYWORD>Aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali għad-data għal finijiet ta’ investigazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Livell ta’ gravità tal-ksur li jista’ jiġġustifika l-aċċess għad-data</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑207/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Audiencia Provincial de Tarragona (il-Qorti Provinċjali ta’ Tarragona, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20160406">6 ta’ April 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE>, fil-proċedura mibdija minn</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Ministerio Fiscal</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, A. Tizzano, Viċi President, R. Silva de Lapuerta, T. von Danwitz (Relatur), J. L. da Cruz Vilaça, C. G. Fernlund u C. Vajda, Presidenti ta’ Awla, E. Juhász, A. Borg Barthet, C. Toader, M. Safjan, D. Šváby, M. Berger, E. Jarašiūnas u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: L. Carrasco Marco, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad‑<DATE ISO="20180129">29 ta’ Jannar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Ministerio Fiscal, minn E. Tejada de la Fuente,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn M. Sampol Pucurull, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil kif ukoll minn A. Brabcová, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn J. Nymann-Lindegren u M. Wolff, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan,, minn N. Grünberg, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Irlanda, minn M. Browne, L. Williams u E. Creedon kif ukoll minn A. Joyce, bħala aġenti, assistiti minn E. Gibson, BL,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas kif ukoll minn E. de Moustier u E. Armoet, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, minn I. Kucina u J. Davidoviča, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Fehér u G. Koós, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna kif ukoll minn D. Lutostańska u J. Sawicka, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Brandon u C. Brodie, bħala aġenti, assistiti minn C. Knight, barrister, u G. Facenna, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn I. Martínez del Peral u P. Costa de Oliveira kif ukoll minn R. Troosters u D. Nardi, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20180503">3 ta’ Mejju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda, essenzjalment, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20020712">12 ta’ Lulju 2002</DATE> dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 337, p. 11</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 2002/58<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), moqri fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat mill-Ministerio Fiscal (l-Uffiċċju tal-Prosekutur, Spanja) kontra deċiżjoni tal-Juzgado de Instrucción n<HT TYPE="SUP">o</HT> 3 de Tarragona (il-Qorti Istruttorja Nru 3 ta’ Tarragona, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Qorti Istruttorja<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) li tirrifjuta li l-pulizija ġudizzjarja tingħata aċċess għal data personali miżmuma minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 95/46</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> tfisser, għall-finijiet ta’ din tal-aħħar, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq data personali, b’mezzi awtomatiċi jew mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir,<?PAGE NO="3"?> reġistrazzjoni, organizzazzjoni, ħażna, adattament jew bdil, rkupru, konsultazzjoni, użu, żvelar bi trasmissjoni, tixrid jew li xort’oħra jagħmlu l-ipproċessar disponibbli jew li jġibu allineament, taħlita [interkonnessjoni], imblokk, tħassir jew distruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Skop<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tkun applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali fl-intier tiegħu jew parti minnu b’mezzi awtomatiċi, u għall-ipproċessar b’mezzi oħra mhux awtomatiċi ta’ data personali li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar jew li tkun maħsuba li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fil-kors ta’ attività li ma tkunx skond il-finijiet ta’ liġi tal-Komunità, bħalma huma dawk provduti fit-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u fi kwalunkwe każ għal operazzjonijiet ta’ ipproċessar dwar sigurtà pubblika, difiża, sigurtà ta’ l-Istat (magħdud il-ġid ekonomiku ta’ l-Istat meta l-operazzjoni ta’ l-ipproċessar tkun dwar materji ta’ sigurtà ta’ l-Istat) u l-attivitajiet ta’ l-Istat fl-oqsma tal-liġi kriminali,</P></ITEM><ITEM><P>minn persuna naturali meta fil-kors ta’ attività purament personali jew domestika.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2002/58</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 11, 15 u 21 tad-Direttiva 2002/58 jgħidu s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>(2)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tfittex li tirrispetta d-drittijiet fondamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-[Karta]. B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura r-rispett sħiħ tad-drittijiet stipulati fl-Artikoli 7 u 8 [tagħha].</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Bħad-Direttiva [95/46], din id-Direttiva ma tittrattax kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fondamentali relatati ma’ l-attivitajiet li mhumiex regolati mil-liġi Komunitarja. Għaldaqstant ma tbiddilx il-bilanċ eżistenti bejn id-dritt ta’ l-individwu għall-privatezza u l-possibbiltà għall-Istati Membri li jieħdu l-miżuri msemmijin fl-Artikolu 15(1) ta’ din id-Direttiva, neċessarji għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika, difiża, sigurta ta’ l-Istat (li tinkludi il-ġid ekonomiku ta’ l-Istat meta l-attivitajiet huma ta’ materja ta’ sigurtà ta’ l-Istat) u l-infurzar tal-liġi kriminali. Konsegwenetement, din id-Direttiva ma taffetwax l-abbiltà ta’ l-Istati Membri li jwettqu l-interċezzjoni legali ta’ komunikazzjoni elettronika, jew li jieħdu miżuri oħra, jekk neċessarji għal kwalunkwe wieħed minn dawn l-iskopijiet u skond il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali, hekk kif interpretati mid-deċi[ż]jonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Dawn il-miżuri għandhom jkunu xierqa, strettament proporzjonali għall-iskop maħsub kif ukoll neċessarji fi ħdan soċjetà demokratika u għandhom ikunu suġġetti għal salvagwardji adegwati skond il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Komunikazzjoni tista’ tinkludi kull informazzjoni dwar l-isem, in-numru, l-indirizz provdut mill-mittent tal-komunikazzjoni jew l-utent ta’ konnessjoni sabiex issir il-komunikazzjoni. <HT TYPE="ITALIC">Traffic data</HT> tista tinkludi kull traduzzjoni ta’ din l-informazzjoni permezz tan-<HT TYPE="ITALIC">network</HT> fejn il-komunikazzjoni hija trasmessa sabiex issir it-trasmissjoni. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>Għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġi pprevenut l-aċċess mhux awtorizzat ta’ komunikazzjonijiet sabiex titħares il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni, li tinkludi kemm il-kontenut kif ukoll kull <HT TYPE="ITALIC">data</HT> relatata ma’ din il-komunikazzjoni, permezz ta’ <HT TYPE="ITALIC">networks</HT> pubbliċi ta’ komunikazzjoni u servizzi ta’ telekomunikazzjoni elettroniċi disponibbli pubblikament. Il-leġislazzjoni nazzjonali f’ċerti Stati Membri tipprojbixxi biss l-aċċess intenzjonali mhux awtorizzat għall-komunikazzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/58, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Kamp ta’ applikazzjoni u mira<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tipprevedi l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri meħtieġa biex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta’ protezzjoni ta’ drittijiet u libertajiet fundamentali, partikolarment id-dritt għall-privatezza u l-kunfidenzjalità, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu ta’ tali data u tat-tagħmir u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jippartikularizzaw u jikkomplementaw id-Direttiva [95/46] għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Minbarra hekk, jipprovdu għall-ħarsien ta’ l-interessi leġittimi ta’ l-abbonati li huma persuni legali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva ma tgħoddx għal attivitajiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bħal dawk koperti mit-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u f’kull każ għal attivitajiet li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurta ta’ l-Istat (inkluż il-benessere ekonomiku ta’ l-Istat meta l-attivitajiet jirrigwardaw affarjiet ta’ sigurtà ta’ l-Istat) u l-attivitajiet ta’ l-Istat f’oqsma tal-liġi kriminali.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/58, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Ħlief kif provdut mod ieħor, għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet fid-Direttiva [95/46] u fid-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE> dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349)].</ALINEA><ALINEA><P>Għandhom jgħoddu wkoll dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/><HT TYPE="ITALIC">Data</HT> dwar it-traffiku<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser <HT TYPE="ITALIC">data</HT> pproċessata għall-iskopijiet li titntbagħat komunikazzjoni fuq <HT TYPE="ITALIC">network</HT> ta’ komunikazzjoni elettonika jew biex isir il-kont għaliha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>data dwar is-sit’ tfisser data pproċessata f’network ta’ komunikazzjoni elettronika jew minn servizz ta’ komunikazzjoni elettronika, li tindika il-pożizzjoni ġeografika tat-tagħmir terminali ta’ utent ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser informazzjoni skambjata jew mibgħuta bejn numru finit ta’ partijiet permezz ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament. Dan ma jinkludix informazzjoni mibgħuta bħala parti minn servizz ta’ xandir lill-pubbliku fuq <HT TYPE="ITALIC">network</HT> ta’ komunikazzjoni elettronika, ħlief sa fejn l-informazzjoni tista’ tkun relatata ma’ l-abbonat jew utent identifikabbli li jirċievi l-informazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/58, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Servizzi konċernati<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali f’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli f’networks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi fil-Komunità, inklużi n-networks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi li jsostnu l-ġbir tad-data u l-apparat ta’ identifikazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/58, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Konfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u <HT TYPE="ITALIC">data</HT> dwar it-traffiku relatati permezz ta’ <HT TYPE="ITALIC">network</HT> ta’ komunikazzjoni pubblika u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, permezz ta’ liġijiet nazzjonali. Partikolarment għandhom jipprojbixxu s-smigħ, <HT TYPE="ITALIC">tapping</HT>, ħażna jew modi oħrajn ta’ interċettazzjoni jew sorveljanza ta’ komunikazzjonijiet u d-<HT TYPE="ITALIC">data</HT> dwar it-traffiku relatati minn persuni minbarra l-utenti, mingħajr il-kunsens ta’ l-utenti konċernati, ħlief fejn legalment awtorizzati li jagħmlu dan skond l-Artikolu 15(1).</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħżin tal-informazzjoni, jew il-ksib tal-aċċess għall-informazzjoni diġà maħżuna, fit-tagħmir terminali ta’ abbonat jew utent huma permessi biss bil-kondizzjoni li l-abbonat jew l-utent ikkonċernati ikunu taw il-kunsens tagħhom, wara li jkunu ġew provduti b’informazzjoni ċara u komprensiva skont id-Direttiva [95/46], dwar <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> l-għanijiet tal-ipproċessar mill-kontrollur tad-data. […]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/58, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/><HT TYPE="ITALIC">Data</HT> dwar it-traffiku<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><HT TYPE="ITALIC">Data</HT> dwar it-traffiku relatata ma’ abbonati u utenti ipproċessat u maħżun mill-provditur ta’ <HT TYPE="ITALIC">network</HT> pubbliku ta’ komunikazzjonijiet jew servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament għandhom jitħassru jew jiġu magħmula anonimi meta m’għadhomx aktar meħtieġa għall-iskop tat-trasmissjoni ta’ komunikazzjoni mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2, 3 u 5 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 15(1).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><HT TYPE="ITALIC">Data</HT> dwar it-traffiku meħtieġa biex isiru l-kontijiet ta’ l-abbonati u ħlasijiet ta’ interkonnessjoni jistgħu jiġu proċessati. Tali proċessar huwa permissibbli biss sat-tmiem tal-perjodu li fih il-kont jista’ legalment jiġi kkontestat jew il-ħlas jiġi persegwit.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Applikazzjoni ta’ xi disposizzjonijet tad-Direttiva [95/46]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġislativi biex jirrestrinġu l-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 8(1), (2), (3) u (4), u l-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva meta tali restrizzjoni tikkostitwixxi miżura neċessarja, xierqa u proporzjonata f’soċjeta’ demokratika biex tiġi salvagwardjata s-sigurtà nazzjonali (i.e. is-sigurtà ta’ l-Istat), id-difiża, is-sigurtà pubblika, u l-prevenzjoni, investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew ta’ użu mhux awtorizzat tas-sistema ta’ komunikazzjoni elettronika, kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva [95/46]. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri jistgħu, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, jadottaw miżuri leġislativi li jipprovdu għaż-żamma ta’ l-informazzjoni għal perjodu limitat iġġustifikat għarr-raġunijiet stabbiliti<?PAGE NO="6"?> f’dan il-paragrafu. Il-miżuri kollha msemmija f’dan il-paragrafu għandhom ikunu skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 6(1) u (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi 25/2007</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Ley 25/2007 de conservación de datos relativos a las redes comunicaciones electrónicas y a la redes públicas de comunicaciones (il-Liġi 25/2007 dwar iż-Żamma ta’ Data Relatata mal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi u man-Netwerks Pubbliċi tal-Komunikazzjonijiet), tat‑<DATE ISO="20071018">18 ta’ Ottubru 2007</DATE> (BOE Nru 251, tad‑<DATE ISO="20071019">19 ta’ Ottubru 2007</DATE>, p. 42517), jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din il-liġi għandha l-għan li tirregola l-obbligu tal-operaturi li jżommu d-data ġġenerata jew ipproċessata fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew ta’ netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni, kif ukoll l-obbligu li jikkomunikaw din id-data lill-aġenti awtorizzati kull darba li din tintalbilhom permezz tal-awtorizzazzjoni ġudizzjarja neċessarja, għall-finijiet ta’ skoperta, investigazzjoni u prosekuzzjoni ta’ reati serji previsti fil-Kodiċi Kriminali jew fil-liġijiet kriminali speċjali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din il-liġi għandha tapplika għal data dwar it-traffiku u għal data dwar il-lokalizzazzjoni li tikkonċerna kemm il-persuni fiżiċi kif ukoll dawk ġuridiċi, u għad-data relatata meħtieġa sabiex jiġi identifikat l-abbonat jew l-utent irreġistrat.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi Kriminali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1) tal-Ley Orgánica 10/1995 del Código Penal (il-Kodiċi Kriminali), tat‑<DATE ISO="19951123">23 ta’ Novembru 1995</DATE> (BOE Nru 281, tal‑<DATE ISO="19951124">24 ta’ Novembru 1995</DATE>, p. 33987), huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Ir-reati serji huma dawk li l-liġi tissanzjona b’piena serja<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 33 tal-imsemmi kodiċi jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="033.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Skont in-natura tagħhom u t-tul taż-żmien tagħhom, il-pieni jiġu kklassifikati bħala serji, inqas serji jew żgħar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="033.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-pieni serji huma:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Il-priġunerija għall-għomor li tista’ tiġi riveduta.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Il-priġunerija għal tul taż-żmien ta’ iktar minn ħames snin.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara d-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, il-Ley de Enjuiciamiento Criminal (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali) ġie emendat bil-Ley Orgánica 13/2015 de modificación de la Ley de Enjuiciamiento Criminal para el fortalecimiento de las garantías procesales y la regulación de las medidas de<?PAGE NO="7"?> investigación tecnológica (il-Liġi Organika 13/2015 dwar l-Emenda tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali bl-Għan li Jissaħħu l-Garanziji Proċedurali u l-Leġiżlazzjoni tal-Miżuri ta’ Investigazzjoni Teknoloġika), tal‑<DATE ISO="20151005">5 ta’ Ottubru 2015</DATE> (BOE Nru 239, tas‑<DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, p. 90192).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Din il-liġi daħlet fis-seħħ fis‑<DATE ISO="20151206">6 ta’ Diċembru 2015</DATE>. Hija tinkorpora, fil-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, il-qasam tal-aċċess għad-data dwar il-komunikazzjonijiet telefoniċi u telematiċi li nżammet mill-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 579(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mil-Liġi Organika 13/2015, jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="579.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-qorti tista’ tawtorizza l-interċettazzjoni tal-korrispondenza privata, bil-posta u telegrafika, inklużi faks, Burofax u ordnijiet postali internazzjonali, li l-persuna ssuspettata tibgħat jew tirċievi, kif ukoll il-ftuħ u l-analiżi tagħha jekk ikun hemm indizji li jippermettu li wieħed jaħseb li din tista’ tiżvela jew tivverifika fatt jew fattur rilevanti għall-kawża, meta l-investigazzjoni jkollha bħala għan wieħed mir-reati li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°)</NO.P><TXT>Reati intenzjonati ssanzjonati b’piena massima mġarrba ta’ mill-inqas tliet snin priġunerija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2°)</NO.P><TXT>Reati mwettqa fil-kuntest ta’ organizzazzjoni kriminali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3°)</NO.P><TXT>Reati ta’ terroriżmu.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 588 <HT TYPE="ITALIC">ter</HT> j tal-istess kodiċi jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="588.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-data elettronika miżmuma mill-fornituri ta’ servizzi jew mill-persuni li jipprovdu l-komunikazzjoni skont il-leġiżlazzjoni dwar iż-żamma ta’ data relatata mal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jew fuq inizjattiva proprja tagħhom għal raġunijiet kummerċjali jew oħrajn, u li tkun marbuta ma’ proċessi ta’ komunikazzjoni, tista’ tiġi kkomunikata sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-proċedura biss b’awtorizzazzjoni ġudizzjarja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="588.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-għarfien ta’ din id-data jintwera li jkun indispensabbli għall-investigazzjoni, il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni għandha tintalab tawtorizza l-aċċess għall-informazzjoni li tkun tinsab fl-arkivji awtomatizzati tal-fornituri ta’ servizzi, b’mod partikolari għal tfittxija trażversali jew intelliġenti ta’ data, meta jiġu ppreċiżati n-natura tad-data li jkun neċessarju l-għarfien tagħha u r-raġunijiet li jiġġustifikaw il-komunikazzjoni tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Hernandez Sierra ressaq ilment quddiem il-pulizija għal serq bi vjolenza, li seħħ fis‑<DATE ISO="20150216">16 ta’ Frar 2015</DATE>, li matulu huwa korra u insterqulu l-portafoll tiegħu u t-telefon ċellulari tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20150227">27 ta’ Frar 2015</DATE>, il-pulizija ġudizzjarja adixxiet lill-Qorti Istruttorja b’talba intiża sabiex tordna lil diversi fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jikkomunikaw in-numri tat-telefon li kienu ġew attivati, bejn is‑16 ta’ Frar u s‑<DATE ISO="20150227">27 ta’ Frar 2015</DATE>, flimkien mal-kodiċi dwar l-identità internazzjonali tat-tagħmir mobbli (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>kodiċi IMEI<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>) tat-telefon ċellulari misruq kif ukoll id-data personali dwar l-identità ċivili tal-proprjetarji jew tal-utenti tan-numri tat-telefon li jikkorrispondu għall-kards tas-SIM attivati b’dan il-kodiċi, bħal kunjomhom, isimhom u, jekk ikun il-każ, l-indirizz tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20150505">5 ta’ Mejju 2015</DATE>, il-Qorti Istruttorja ċaħdet din it-talba. Minn naħa, hija ddeċidiet li l-miżura mitluba ma kinitx utli għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-awturi tal-ksur. Min-naħa l-oħra, hija rrifjutat li tilqa’ din it-talba peress li l-Liġi 25/2007 kienet tillimita t-trażmissjoni tad-data miżmuma mill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għal ksur serju. Skont il-Kodiċi Kriminali, ksur serju jiġi ssanzjonat b’pieni li jċaħħdu l-libertà ta’ iktar minn ħames snin, filwaqt li l-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma kinux jidhru li jikkostitwixxu tali ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Uffiċċju tal-Prosekutur appella minn dan id-digriet quddiem il-qorti tar-rinviju, billi qies li l-komunikazzjoni tad-data inkwistjoni kellha ssir minħabba n-natura tal-fatti u bis-saħħa ta’ sentenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), tas‑<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, li kienet tirrigwarda każ simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi li, wara li ngħata l-imsemmi digriet, il-leġiżlatur Spanjol emenda l-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali bl-adozzjoni tal-Liġi Organika 13/2015. Din il-liġi, li hija rilevanti għall-eżitu tal-kawża prinċipali, introduċiet żewġ kriterji alternattivi ġodda sabiex jiġi stabbilit il-livell ta’ gravità ta’ ksur. Minn naħa, hemm kriterju sostantiv identifikat permezz ta’ aġir li jikkorrispondi ma’ klassifikazzjonijiet kriminali fejn in-natura kriminali hija speċifika u serja, u li jippreġudika partikolarment l-interessi legali individwali u kollettivi. Min-naħa l-oħra, il-leġiżlatur nazzjonali uża kriterju normattiv formali, ibbażat fuq il-piena prevista għar-reat inkwistjoni. Il-limitu ta’ tliet snin priġunerija li huwa jipprevedi issa jkopri, madankollu, il-maġġoranza tar-reati. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis li l-interess tal-Istat li jissanzjona aġir kriminali ma jistax jiġġustifika ndħil sproporzjonat fid-drittijiet fundamentali stabbiliti mill-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-imsemmija qorti tqis li, fil-kawża prinċipali, id-Direttivi 95/46 u 2002/58 jistabbilixxu rabta mal-Karta. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ għalhekk, skont l-Artikolu 51(1) tal-Karta, fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, minkejja l-annullament tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE> dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="105" PAGE.FIRST="54" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 105, p. 54</REF.DOC.OJ>), permezz tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140408">8 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Digital Rights Ireland <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑293/12 u C‑594/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:238">EU:C:2014:238</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li ż-żamma u l-komunikazzjoni ta’ data dwar it-traffiku jikkostitwixxu ndħil partikolarment serju fid-drittijiet iggarantiti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta u identifikat l-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, fosthom il-gravità ta’ ksur li tiġġustifika ż-żamma ta’ din id-data u l-aċċess għaliha għal skopijiet investigattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Audiencia Provincial de Tarragona (il-Qorti Provinċjali ta’ Tarragona) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>1)</NO.P><TXT>Il-gravità suffiċjenti tar-reati inkwantu kriterju li jiġġustifika l-ksur tad-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tista’ tiġi identifikata unikament billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-piena li tista’ tiġi imposta fuq ir-reat li jkun qed jiġi investigat jew huwa neċessarju, minbarra dan, li jiġu identifikati fl-aġir li jikkostitwixxi reat livelli partikolari ta’ dannu għal interessi legali individwali jew kollettivi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Skont il-każ, jekk kienx [kien] konformi mal-prinċipji fundamentali tal-Unjoni applikati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha [tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140408">8 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Digital Rights Ireland <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑293/12 u C‑594/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:238">EU:C:2014:238</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>] inkwantu regoli ta’ stħarriġ strett tad-direttiva [2002/58], l-istabbiliment tal-gravità tar-reat unikament skont il-piena li tista’ tiġi imposta, x’għandu jkun dan il-livell minimu [ta’ din il-piena]? Ikun kompatibbli ma dispożizzjoni ġenerali ta’ limitu ta’ tliet snin priġunerija?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<DATE ISO="20160523">23 ta’ Mejju 2016</DATE>, il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet sospiża sakemm tingħata s-sentenza fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Tele2 Sverige u Watson <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑203/15 u C‑698/15</NO.CASE> (sentenza tal‑<DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:970">EU:C:2016:970</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>sentenza Tele2 Sverige u Watson <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>). Wara li ngħatat din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju ġiet mistoqsija dwar jekk hija xtaqitx iżżomm jew tirtira t-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari. Bi tweġiba, il-qorti tar-rinviju qalet, permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20170130">30 ta’ Jannar 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20170214">14 ta’ Frar 2017</DATE>, li hija kienet qieset li din is-sentenza ma kinitx tippermettilha tevalwa, b’ċertezza suffiċjenti, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tkompliet fis‑<DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Gvern Spanjol jeċċepixxi, minn naħa, li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex il-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għat-talba għal deċiżjoni preliminari u, min-naħa l-oħra, l-inammissibbiltà ta’ din it-talba.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Gvern Spanjol esprima l-opinjoni, sostnuta wkoll mill-Gvern tar-Renju Unit waqt is-seduta, li tgħid li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex il-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għat-talba għal deċiżjoni preliminari għar-raġuni li l-kawża prinċipali hija, skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 u l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2002/58, eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ direttivi. Għaldaqstant, din il-kawża ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, b’tali mod li l-Karta, skont l-Artikolu 51(1) tagħha, ma hijiex applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Spanjol, huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza Tele2 Sverige u Watson <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, li miżura leġiżlattiva li tirregola l-aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali għad-data miżmuma mill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/58. Madankollu, f’dan il-każ, din hija talba ta’ aċċess ta’ awtorità pubblika, bis-saħħa ta’ deċiżjoni ġudizzjarja fil-kuntest ta’ proċedura ta’ investigazzjoni kriminali, għal data personali miżmuma mill-fornituri ta’ servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-Gvern Spanjol jikkonkludi li din it-talba ta’ aċċess taqa’ taħt l-eżerċizzju, mill-awtoritajiet nazzjonali, ta’ <HT TYPE="ITALIC">ius puniendi</HT>, b’tali mod li tikkostitwixxi attività tal-Istat relatata ma’ oqsma tad-dritt kriminali li jaqgħu taħt l-eċċezzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46 u fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2002/58.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Sabiex tiġi evalwata din l-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/58 jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li din id-direttiva tipprovdi għall-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali neċessarji sabiex, b’mod partikolari, jiġi żgurat livell ekwivalenti ta’ protezzjoni ta’ drittijiet u ta’ libertajiet fundamentali, partikolarment id-dritt għall-privatezza u għall-kunfidenzjalità, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Skont l-Artikolu 1(2) tagħha, l-imsemmija direttiva tispeċifika u tissupplimenta d-Direttiva 95/46 għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2002/58 jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>l-attivitajiet ta’ l-Istat<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fl-oqsma msemmija, inklużi l-attivitajiet tal-Istat fil-qasam kriminali u fl-oqsma li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà tal-Istat, inkluż il-benessere ekonomiku tal-Istat meta jkunu involuti attivitajiet marbuta mas-sigurtà tal-Istat (sentenza Tele2 Sverige u Watson <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 69 u l-ġurisprudenza ċċitata). L-attivitajiet imsemmija bħala eżempji huma, f’kull każ, attivitajiet li huma speċifiċi għall-Istati jew għall-awtoritajiet Statali, li ma humiex marbuta mal-oqsma ta’ attività<?PAGE NO="10"?> tal-individwi (ara, b’analoġija, għal dak li jirrigwarda l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180710">10 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Jehovan Todistajat</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑25/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:551">EU:C:2018:551</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/58, dan jipprovdi li din id-direttiva tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi aċċessibbli għall-pubbliku fuq in-netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi fl-Unjoni, inklużi n-netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi li jsostnu l-mezzi ta’ ġbir ta’ data u ta’ identifikazzjoni (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>). Għaldaqstant, l-imsemmija direttiva għandha titqies bħala li tirregola l-attivitajiet tal-fornituri ta’ tali servizzi (sentenza Tele2 Sverige u Watson <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 70).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-miżuri leġiżlattivi msemmija f’din id-dispożizzjoni jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, anki jekk dawn ikunu marbuta ma’ attivitajiet li huma speċifiċi għall-Istati jew għall-awtoritajiet Statali, li ma humiex marbuta mal-oqsma ta’ attività tal-individwi, u anki jekk l-għanijiet li tali miżuri għandhom jissodisfaw jikkoinċidu sostanzjalment mal-għanijiet segwiti mill-attivitajiet previsti fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2002/58. Fil-fatt, l-Artikolu 15(1) ta’ din id-direttiva tippreżumi neċessarjament li l-miżuri nazzjonali msemmija fiha jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva, peress li din tal-aħħar tawtorizza espliċitament lill-Istati Membri sabiex jadottawhom biss b’osservanza tal-kundizzjonijiet previsti minnha. Barra minn hekk, il-miżuri leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58 jirregolaw, għall-finijiet imsemmija f’din id-dispożizzjoni, l-attività tal-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Tele2 Sverige u Watson <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punti 72 sa 74).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-imsemmi Artikolu 15(1), moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/58, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, mhux biss miżura leġiżlattiva li tobbliga lill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jżommu d-data dwar it-traffiku u d-data dwar il-lokalizzazzjoni, iżda wkoll miżura leġiżlattiva li tikkonċerna l-aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali għad-data miżmuma minn dawn il-fornituri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Tele2 Sverige u Watson <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punti 75 u 76).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tad-data dwar it-traffiku marbuta ma’ dawn il-komunikazzjonijiet, iggarantita fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2002/58, tapplika għall-miżuri meħuda minn kwalunkwe persuna oħra li ma tkunx l-utent, kemm jekk din tkun persuna jew entità privata u kemm jekk tkun entità Statali. Kif tikkonferma l-premessa 21 ta’ din id-direttiva, din hija intiża li tipprekludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>[kull] aċċess<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> mhux awtorizzat għall-komunikazzjonijiet, inkluż għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>kull data relatata ma’ din il-komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, bil-għan li tiġi protetta l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (sentenza Tele2 Sverige u Watson <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 77).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li miżuri leġiżlattivi li jobbligaw lill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jżommu data personali jew jagħtu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti aċċess għal din id-data, jimplikaw neċessarjament ipproċessar, minn dawn il-fornituri, tal-imsemmija data (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Tele2 Sverige u Watson <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punti 75 u 78). Tali miżuri, sa fejn jirregolaw l-attivitajiet tal-imsemmija fornitur, ma jistgħux għalhekk jiġu assimilati ma’ attivitajiet li huma speċifiċi għall-Istati, imsemmija fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2002/58.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, it-talba inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha l-pulizija ġudizzjarja talbet awtorizzazzjoni ġudizzjarja sabiex jiksbu aċċess għal data personali miżmuma minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, hija bbażata fuq il-Liġi 25/2007, moqrija flimkien mal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, li tirregola l-aċċess mill-awtoritajiet pubbliċi għal din id-data. Din il-leġiżlazzjoni hija ta’ natura li tippermetti lill-pulizija ġudizzjarja, fil-każ ta’ għoti ta’ awtorizzazzjoni ġudizzjarja mitluba fuq din il-bażi, tirrikjedi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jqiegħdu<?PAGE NO="11"?> għad-dispożizzjoni tagħha data personali u, b’dan il-mod, iwettqu, fid-dawl tad-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 95/46, applikabbli fil-kuntest tad-Direttiva 2002/58 skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 ta’ din tal-aħħar, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> ta’ tali data, fis-sens ta’ dawn iż-żewġ direttivi. Għaldaqstant, l-imsemmija leġiżlazzjoni tirregola l-attivitajiet tal-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u taqa’, konsegwentement, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/58.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt mqajjem mill-Gvern Spanjol li jgħid li din it-talba ta’ aċċess tintervjeni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ investigazzjoni kriminali ma jistax jirrendi d-Direttiva 2002/58 inapplikabbli għall-kawża prinċipali bis-saħħa tal-Artikolu 1(3) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Huwa wkoll irrilevanti, f’dan ir-rigward, li t-talba għal aċċess inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija intiża, kif jirriżulta mit-tweġiba bil-miktub tal-Gvern Spanjol għal mistoqsija magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja u kif ikkonfermat kemm minn dan il-gvern kif ukoll mill-Uffiċċju tal-Prosekutur waqt is-seduta, li jingħata aċċess biss għan-numri tat-telefon li jikkorrispondu għall-kards tas-SIM attivati bil-kodiċi IMEI tat-telefon ċellulari misruq kif ukoll għad-data dwar l-identità ċivili tal-proprjetarji ta’ dawn il-kards, bħal kunjomhom, isimhom u, jekk ikun il-każ, l-indirizz tagħhom, bl-eċċezzjoni tad-data dwar il-komunikazzjonijiet imwettqa b’tali kards tas-SIM u tad-data dwar il-lokalizzazzjoni li tikkonċerna t-telefon ċellulari misruq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 54 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-Direttiva 2002/58 tirregola, bis-saħħa tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 3 tagħha, kull ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Barra minn hekk, skont il-punt (b) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>data dwar it-traffiku<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> ikopri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/><HT TYPE="ITALIC">data</HT> pproċessata għall-iskopijiet li titntbagħat komunikazzjoni fuq <HT TYPE="ITALIC">network</HT> ta’ komunikazzjoni elettonika jew biex isir il-kont għaliha<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan l-aħħar rigward, b’mod iktar partikolari għal dak li jirrigwarda d-data dwar l-identità ċivili tal-proprjetarji tal-kards tas-SIM, mill-premessa 15 tad-Direttiva 2002/58 jirriżulta li d-data dwar it-traffiku tista’, b’mod partikolari, tinkludi l-isem u l-indirizz tal-mittent tal-komunikazzjoni jew tal-utent ta’ konnessjoni sabiex issir il-komunikazzjoni. Id-data dwar l-identità ċivili tal-proprjetarji tal-kards tas-SIM tista’, barra minn hekk, tkun neċessarja għall-fatturazzjoni tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi pprovduti u għalhekk hija parti mid-data dwar it-traffiku, kif iddefinita fil-punt (b) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva. Għalhekk, din id-data taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/58.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Gvern Spanjol isostni li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli għar-raġuni li hija ma tidentifikax b’mod ċar id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li fuqhom il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tiddeċiedi. Barra minn hekk, it-talba tal-pulizija ġudizzjarja inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tirrigwardax l-interċettazzjoni tal-komunikazzjonijiet imwettqa permezz ta’ kards tas-SIM attivati bil-kodiċi IMEI tat-telefon ċellulari misruq, iżda l-ħolqien ta’ rabta bejn dawn il-kards u l-proprjetarji tagħhom, b’tali mod li l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet ma tkunx affettwata. L-Artikolu 7 tal-Karta msemmija fid-domandi preliminari huwa għalhekk irrilevanti fil-kuntest ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija biss il-qorti nazzjonali, li hija adita bil-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti s-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti<?PAGE NO="12"?> tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, sakemm id-domandi magħmula jikkonċernaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta tagħti deċiżjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi fuq talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali biss jekk ikun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180710">10 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Jehovan Todistajat</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑25/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:551">EU:C:2018:551</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-deċiżjoni tar-rinviju tinkludi biżżejjed punti ta’ fatt u ta’ liġi kemm għall-identifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija fid-domandi preliminari kif ukoll sabiex jinftiehem il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-domandi. B’mod partikolari, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-domandi preliminari huma intiżi li jippermettu lill-qorti tar-rinviju tevalwa l-kwistjoni dwar jekk u sa fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li fuqha hija bbażata t-talba tal-pulizija ġudizzjarja inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhiex għan li jista’ jiġġustifika l-ksur tad-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta. Issa, skont din l-istess qorti, din il-leġiżlazzjoni nazzjonali taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/58, b’mod li l-Karta hija applikabbli fil-kawża prinċipali. Għaldaqstant, id-domandi preliminari għandhom rabta diretta mas-suġġett tal-kawża prinċipali u għaldaqstant ma jistgħux jitqiesu bħala ipotetiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-domandi preliminari huma ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-aċċess tal-awtoritajiet pubbliċi għad-data intiża għall-identifikazzjoni tal-proprjetarji tal-kards tas-SIM attivati permezz ta’ telefon ċellulari misruq, bħall-kunjomijiet, l-ismijiet u, jekk ikun il-każ, l-indirizzi ta’ dawn il-proprjetarji, jikkostitwixxi ndħil fid-drittijiet fundamentali ta’ dawn tal-aħħar, stabbiliti f’dawn l-artikoli tal-Karta, li jkun suffiċjentement serju sabiex dan l-aċċess jiġi llimitat, fil-qasam tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tal-iskoperta u tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u, fil-każ ta’ risposta affermattiva, skont liema kriterji għandha tiġi evalwata l-gravità tal-ksur inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, hekk kif osserva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 38 tal-konklużjonijiet tiegħu, it-talba għal deċiżjoni preliminari ma hijiex intiża li jiġi ddeterminat jekk id-data personali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġietx miżmuma minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’osservanza tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta. Din it-talba tirrigwarda, kif jirriżulta mill-punt 46 ta’ din is-sentenza, biss il-kwistjoni dwar jekk u sa liema punt l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistax jiġġustifika l-aċċess ta’ awtoritajiet pubbliċi, bħall-pulizija ġudizzjarja, għal tali data, mingħajr ma l-kundizzjonijiet l-oħra ta’ aċċess li jirriżultaw mill-Artikolu 15(1) ikunu is-suġġett ta’ din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>B’mod partikolari, din il-qorti tistaqsi dwar l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk il-ksur li fir-rigward tiegħu l-awtoritajiet tal-pulizija jistgħu jiġu awtorizzati, għall-finijiet ta’ investigazzjoni, li jkollhom aċċess għal data personali miżmuma minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, ikunx ta’ gravità suffiċjenti sabiex jiġġustifika l-indħil li jinvolvi tali aċċess fid-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140408">8 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Digital Rights Ireland <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑293/12 u C‑594/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:238">EU:C:2014:238</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u Tele2 Sverige u Watson <HT TYPE="ITALIC">et</HT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-eżistenza ta’ indħil f’dawn id-drittijiet fundamentali, għandu jitfakkar li, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punti 76 u 77 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-aċċess tal-awtoritajiet pubbliċi għal tali data jikkostitwixxi ndħil fid-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata, irrikonoxxut mill-Artikolu 7 tal-Karta, anki fl-assenza ta’ ċirkustanzi li jippermettu li dan l-indħil jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>serju<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> u mingħajr ma huwa rilevanti jekk l-informazzjoni inkwistjoni dwar il-ħajja privata jkollhiex jew le natura sensittiva jew jekk il-persuna kkonċernata tkunx batiet jew le xi inkonvenjenzi minħabba dan l-indħil. Tali aċċess jikkostitwixxi wkoll indħil fid-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali ggarantit mill-Artikolu 8 tal-Karta, peress li jikkostitwixxi pproċessar ta’ data personali (ara, f’dan is-sens, Opinjoni <REF.DOC.ECR><NO.CASE>1/15</NO.CASE> <NAME.CASE>(Ftehim PNR UE‑Kanada)</NAME.CASE>, tas‑<DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:592">EU:C:2017:592</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0126">126</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-għanijiet li jistgħu jiġġustifikaw leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirregola l-aċċess tal-awtoritajiet pubbliċi għad-data miżmuma mill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u li, b’hekk, tidderoga mill-prinċipju ta’ kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għandu jitfakkar li l-lista tal-għanijiet li tinsab fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58 hija ta’ natura eżawrjenti, b’tali mod li dan l-aċċess għandu effettivament u strettament jissodisfa wieħed minn dawn l-għanijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Tele2 Sverige u Watson <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punti 90 u 115).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward tal-għan ta’ prevenzjoni, ta’ investigazzjoni, ta’ skoperta u ta’ prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, għandu jiġi osservat li l-formulazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58 ma tillimitax dan l-għan għall-ġlieda kontra reati serji, iżda ssemmi r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>reati kriminali<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> b’mod ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja qieset li, fir-rigward tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tal-iskoperta u tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, hija biss il-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tista’ tiġġustifika l-aċċess tal-awtoritajiet pubbliċi għal data personali miżmuma minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet li, meħuda fl-intier tagħha, tippermetti li jinsiltu konklużjonijiet preċiżi dwar il-ħajja privata tal-persuni kkonċernati b’din id-data (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Tele2 Sverige u Watson <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 99).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja mmotivat din l-interpretazzjoni abbażi tal-fatt li l-għan segwit minn leġiżlazzjoni li tirregola dan l-aċċess għandu jkun marbut mal-gravità tal-indħil fid-drittijiet fundamentali inkwistjoni li jimplika dan l-aċċes (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Tele2 Sverige u Watson <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 115).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, indħil serju jista’ jiġi ġġustifikat biss, fil-qasam tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tal-iskoperta u tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, permezz tal-għan tal-ġlieda kontra l-kriminalità li għandha tiġi kklassifikata wkoll bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>serja<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, meta l-indħil li jinvolvi tali aċċess ma jkunx serju, l-imsemmi aċċess jista’ jiġi ġġustifikat minn għan ta’ prevenzjoni, ta’ investigazzjoni, ta’ skoperta u ta’ prosekuzzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>reati kriminali<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> b’mod ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għalhekk, qabelxejn, għandu jiġi ddeterminat jekk, f’dan il-każ, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, l-indħil fid-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta li aċċess tal-pulizija ġudizzjarja għad-data inkwistjoni fil-kawża prinċipali jimplika għandux jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>serju<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, it-talba inkwistjoni fil-kawża prinċipali li biha l-pulizija ġudizzjarja qiegħda titlob, għall-finijiet ta’ investigazzjoni kriminali, l-awtorizzazzjoni ġudizzjarja sabiex jingħatalhom aċċess għal data personali miżmuma minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, hija intiża biss sabiex jiġu identifikati l-proprjetarji tal-kards tas-SIM attivati, matul perijodu ta’ tnax-il jum, bil-kodiċi IMEI tat-telefon ċellulari misruq. Kif ġie osservat fil-punt 40 ta’ din is-sentenza, din it-talba hija intiża sabiex jinkiseb aċċess unikament għan-numri tat-telefon li jikkorrispondu għal dawn<?PAGE NO="14"?> il-kards tas-SIM kif ukoll għal data dwar l-identità ċivili tal-proprjetarji tal-imsemmija kards, bħal pereżempju kunjomhom, isimhom u, jekk ikun il-każ, l-indirizz tagħhom. Min-naħa l-oħra, din id-data ma tirrigwardax, kif ikkonfermaw kemm il-Gvern Spanjol kif ukoll l-Uffiċċju tal-Prosekutur waqt is-seduta, il-komunikazzjonijiet imwettqa permezz tat-telefon ċellulari misruq u lanqas il-lokalizzazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għalhekk, jidher li d-data msemmija fit-talba għal aċċess inkwistjoni fil-kawża prinċipali tippermetti biss li jsir konnessjoni, matul perijodu ddeterminat, bejn il-kards tas-SIM attivati permezz tat-telefon ċellulari misruq u l-identità ċivili tal-proprjetarji ta’ tali kards tas-SIM. Mingħajr kontroverifika mad-data dwar il-komunikazzjonijiet imwettqa permezz ta’ tali kards tas-SIM u mad-data dwar il-lokalizzazzjoni, din id-data ma tippermettix li jsiru magħrufa la d-data, il-ħin, it-tul u d-destinatarju tal-komunikazzjonijiet imwettqa permezz tal-kards tas-SIM inkwistjoni u lanqas il-post jew il-frekwenza tagħhom ma’ ċerti persuni matul perijodu speċifiku. Għalhekk, l-imsemmija data ma tippermettix li jinsiltu konklużjonijiet preċiżi dwar il-ħajja privata tal-persuni kkonċernati b’din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-aċċess biss għad-data msemmija fit-talba inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistax jiġi kklassifikat bħala ndħil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>serju<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> fid-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati b’din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punti 53 sa 57 ta’ din is-sentenza, l-indħil li aċċess għal tali data jimplika jista’ għalhekk jiġi ġġustifikat mill-għan ta’ prevenzjoni, ta’ investigazzjoni, ta’ skoperta u ta’ prosekuzzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>reati kriminali<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> b’mod ġenerali, li għalih tirreferi l-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, mingħajr ma huwa neċessarju li tali ksur jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>serju<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aċċess tal-awtoritajiet pubbliċi għad-data intiża għall-identifikazzjoni tal-proprjetarji tal-kards tas-SIM attivati permezz ta’ telefon ċellulari misruq, bħall-kunjomijiet, l-ismijiet u, jekk ikun il-każ, l-indirizzi ta’ dawn il-proprjetarji, jikkostitwixxi ndħil fid-drittijiet fundamentali ta’ dawn tal-aħħar, stabbiliti f’dawn l-artikoli tal-Karta, li ma huwiex suffiċjentement serju sabiex dan l-aċċess jiġi llimitat, fil-qasam tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tal-iskoperta u tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20020712">12 ta’ Lulju 2002</DATE> dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE>, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aċċess tal-awtoritajiet pubbliċi għad-data intiża għall-identifikazzjoni tal-proprjetarji tal-kards tas-SIM attivati permezz ta’ telefon ċellulari misruq, bħall-kunjomijiet, l-ismijiet u, jekk ikun il-każ, l-indirizzi ta’ dawn il-proprjetarji, jikkostitwixxi ndħil fid-drittijiet fundamentali ta’ dawn tal-aħħar, stabbiliti f’dawn l-artikoli<?PAGE NO="15"?> tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li ma huwiex suffiċjentement serju sabiex dan l-aċċess jiġi llimitat, fil-qasam tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tal-iskoperta u tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>