|
10.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 365/5 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10452 — CPP Investments/FountainVest/
Langdi Pharmaceutical)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 365/04)
1.
Fit-2 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Canada Pension Plan Investment Board (“CPP Investments”, il-Kanada), |
|
— |
FountainVest Capital Partners GP4 Ltd (“FountainVest”, il-Gżejjer Cayman), u |
|
— |
Beijing Zhendong Langdi Pharmaceutical Co., Ltd u s-sussidjarji tagħha (“Langdi Pharmaceutical”, iċ-Ċina). |
CPP Investments u FountainVest jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Langdi Pharmaceutical.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CPP Investimenti hija organizzazzjoni ta’ ġestjoni tal-investiment professjonali li tinvesti f’ekwitajiet pubbliċi, ekwitajiet privati, proprjetà immobbli, infrastruttura u strumenti ta’ introjtu fiss. |
|
— |
FountainVest hija ditta ta’ ekwità privata indipendenti. Is-setturi li tiffoka fuqhom jinkludu l-konsumaturi, il-media u t-teknoloġija, il-kura tas-saħħa, l-industrija, u s-servizzi finanzjarji. |
|
— |
Langdi Pharmaceutical hija kumpanija farmaċewtika attiva prinċipalment fil-produzzjoni u l-provvista ta’ supplimenti tal-kalċju għat-tfal, in-nisa tqal u li qed ireddgħu, in-nisa tal-menopawsa u l-anzjani, biex tgħin fil-prevenzjoni u t-trattament tal-osteoporożi, li huma rreġistrati bħala prodotti bla preskrizzjoni (over-the-counter, OTC). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10452 — CPP Investments/FountainVest/Langdi Pharmaceutical
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).