Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
B’mod partikolari, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu, minn naħa, talba għal eżami mill-ġdid tal-osservanza mill-kumpannija Aventis tal-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Awwissu 1999, fil-Każ IV/M.1378 – Hoechst/Rhône-Poulenc u, min-naħa l-oħra, talba għar-revoka tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 1999, fil-Każ IV/M.1517 – Rhodia/Donau Chemie/Albright & Wilson.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2) D. Lebard għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
3) Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Valauret SA.