<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-191/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0191</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:222">EU:C:2018:222</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180410">10.4.2018</DATE> – Kawża C-191/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Pisciotti</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20180410">10 ta’ April 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadinanza tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 18 u 21 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Estradizzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika ta’ ċittadin ta’ Stat Membru li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u dan l-Istat terz</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni ta’ estradizzjoni applikata biss għaċ-ċittadini nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjoni għall-moviment liberu</KEYWORD><KEYWORD>Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-prevenzjoni tal-impunità</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Informazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadin tal-Unjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑191/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landgericht Berlin (il-Qorti Reġjonali ta’ Berlin, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160318">18 ta’ Marzu 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20160405">5 ta’ April 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Romano Pisciotti</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, A. Tizzano, Viċi President, L. Bay Larsen, T. von Danwitz, J. L. da Cruz Vilaça, J. Malenovský, E. Levits u C.G. Fernlund (Relatur), Presidenti ta’ Awla, A. Borg Barthet, J. C. Bonichot, S. Rodin, F. Biltgen, K. Jürimäe, C. Lycourgos u M. Vilaras, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Y. BOT</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20170712">12 ta’ Lulju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal R. Pisciotti, minn R. Karpenstein, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u M. Hellmann, bħala aġenti, assistiti minn F. Fellenberg, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Irlanda, minn M. Browne, L. Williams u E. Creedon kif ukoll minn A. Joyce, bħala aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. M. Tátrai u M. Z. Fehér, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman, M. A. M. de Ree u M. Gijzen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Eberhard, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna u M. Nowak kif ukoll minn K. Majcher, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Troosters u S. Grünheid, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tal-<DATE ISO="20171121">21 ta’ Novembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Romano Pisciotti, ċittadin Taljan, u l-Bundesrepublik Deutschland (ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja) dwar talba għall-estradizzjoni li tikkonċernah indirizzata lil dan l-Istat Membru mill-Istati Uniti tal-Amerika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim UE-USA</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika tal-<DATE ISO="20030625">25 ta’ Ġunju 2003</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="181" PAGE.FIRST="27" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, L 181, p. 27</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ftehim UE-USA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), jispeċifika, fl-Artikolu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Il-Partijiet Kontraenti jindaħlu, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li jipprovdu titjib għall-koperazzjoni fil-kuntest tar-relazzjonijiet dwar l-estradizzjoni li japplikaw bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li jirregolaw l-estradizzjoni ta’ min jikser il-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Ftehim UE-USA jipprevedi, fl-Artikolu 10 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>It-talbiet għall-estradizzjoni jew għaċ-ċediment magħmula minn numru ta’ Stati<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-Istat mitlub jirċievi talbiet mill-Istat tat-talba u minn kull Stat jew Stati oħra għall-estradizzjoni ta’ l-istess persuna, jew għall-istess offiża jew għal offiżi differenti, l-awtorità eżekuttiva ta’ l-Istat mitlub għandha tistabbilixxi lil liema Stat, jekk ikun hemm minnhom, trid iċċedi l-persuna.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk Stat mitlub jirċievi talba għal estradizzjoni mill-Istati Uniti tal-Amerika u talba għaċ-ċediment [konsenja] tal-istess persuna skont il-mandat Ewropew għall-arrest, jew għall-istess offiża jew għal offiżi differenti, l-awtorità eżekuttiva tal-Istat mitlub għandha tistabbilixxi lil liema Stat, jekk ikun hemm<?PAGE NO="3"?> minnhom, trid iċċedi l-persuna. Għal dan il-għan, l-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità eżekuttiva ta’ l-Istat Membru mitlub jekk, skond it-trattat bilaterali ta’ l-estradizzjoni fis-seħħ bejn l-Istati Uniti u l-Istat Membru, id-deċiżjonijiet dwar talbiet li jikkompeti bejniethom għandhom isiru minn din l-awtorità; jekk mhux hekk ipprovvdut, l-awtorità kompetenti għandha tiġi nnominata mill-Istat Membru interessat skond l-Artikolu 19.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta jkun qiegħed jagħmel id-deċiżjoni tiegħu skont il-paragrafi 1 u 2, l-Istat mitlub għandu jikkunsidra l-fatturi rilevanti kollha, inklużi l-fatturi diġà ddikjarati fit-trattat li japplika tal-estradizzjoni, imma mhux limitati għalihom, u, meta mhux iddikjarati, li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk it-talbiet kenux magħmula wara trattat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-postijiet fejn kienet kommessa kull waħda mill-offiżi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>l-interessi rispettivi ta’ l-Istati li jagħmlu t-talba;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-gravità ta’ l-offiżi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>in-nazzjonalità tal-vittma;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>il-possibbiltà ta’ kull estradizzjoni sossegwenti bejn l-Istati li jagħmlu t-talba; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>l-ordni kronoloġika li fiha ġew irċevuti t-talbiet mill-Istati li jagħmlu t-talba.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tal-Ftehim UE-USA, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>In-nuqqas ta’ derogi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għall-invokazzjoni mill-Istat mitlub ta’ raġunijiet għar-rifjut li jkollhom x’jaqsmu ma’ materja mhux koperta b’dan il-Ftehim skont trattat bilaterali għall-estradizzjoni fis-seħħ bejn Stat Membru u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-prinċipji kostituzzjonali, jew id-deċiżjnijiet ġudizzjarji finali li jorbtu Stat Membru jistgħu joħolqu impedimenrt għat-twettiq ta’ l-obbligu tiegħu li jestradixxi, u s-soluzzjoni tal-materja ma tkunx ipprovvduta f’dan il-ftehim jew fi trattat bilatereali applikabbli, għandhom isiru konsultazzjonijiet bejn l-Istat tat-talba u dak mitlub.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni li jirrigwardaw l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja jinkludu d-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment [konsenja] bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi Fundamentali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(2) tal-Grundgesetz für die Bundesrepublik Deutschland (il-Liġi Fundamentali għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja) tat-<DATE ISO="19490523">23 ta’ Mejju 1949</DATE> (BGBl 1949, 1), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar’ il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Liġi Fundamentali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Ebda Ġermaniż ma jista’ jiġi estradit barra mill-pajjiż. Tista’ tinħareġ regola li tidderoga minn dan permezz ta’ liġi sabiex isseħħ l-estradizzjoni lejn Stat Membru […] jew lejn il-qorti internazzjonali, sakemm il-prinċipji ta’ Stat tad-dritt ikunu ggarantiti.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-Trattat ta’ Estradizzjoni Ġermanja-Stati Uniti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Auslieferungsvertrag zwischen der Bundesrepublik Deutschland und den Vereinigten Staaten von Amerika (it-Trattat ta’ Estradizzjoni bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Istati Uniti tal-Amerika) tal-<DATE ISO="19780620">20 ta’ Ġunju 1978</DATE> (BGBl. 1980 II, p. 646, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Trattat ta’ Estradizzjoni Ġermanja-Stati Uniti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) jipprevedi fl-Artikolu 7(1) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-Partijiet Kontraenti ma għandhomx l-obbligu li jestradixxi liċ-ċittadini tagħhom stess. […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-IRG</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Gesetz über die internationale Rechtshilfe in Strafsachen (il-Liġi dwar l-Għajnuna Legali Internazzjonali fil-Qasam Kriminali) tat-<DATE ISO="19821223">23 ta’ Diċembru 1982</DATE> (BGBl.1982 I, p. 2071), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>IRG<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), tipprovdi, fl-Artikolu 12 tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Awtorizzazzjoni għall-estradizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[…] l-estradizzjoni tiġi awtorizzata biss jekk il-qorti tiddikjaraha ammissibbli.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-IRG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Kompetenza materjali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jingħataw minn […] l-Oberlandesgericht [il-Qorti Reġjonali Superjuri]. Id-deċiżjonijiet tal-Oberlandesgericht [il-Qorti Reġjonali Superjuri] ma jistgħux jiġu appellati […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23 tal-IRG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Deċiżjoni dwar l-oġġezzjonijiet imressqa mill-imputat<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-Oberlandesgericht [il-Qorti Reġjonali Superjuri] tiddeċiedi dwar l-oġġezzjonijiet imressqa mill-imputat kontra l-mandat ta’ arrest għall-finijiet tal-estradizzjoni jew kontra l-eżekuzzjoni tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 74(1) tal-IRG jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u tal-Protezzjoni tal-Konsumaturi jiddeċiedi dwar it-talbiet ta’ assistenza ġudizzjarja reċiproka barranin u dwar il-preżentazzjoni tat-talbiet ta’ assistenza ġudizzjarja reċiproka lil Stati barranin bi ftehim mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u ministeri federali oħra li l-kamp ta’ attività tagħhom ikun affettwat mill-assistenza ġudizzjarja reċiproka. […]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi Kriminali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2) tal-iStrafgesetzbuch (il-Kodiċi Kriminali, BGBl. 1998 I, p. 3322) jipprovdi li d-dritt kriminali Ġermaniż huwa applikabbli għal atti mwettqa barra l-Ġermanja <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>meta l-att ikun prekluż fl-Istat fejn twettaq jew meta l-post fejn twettaq l-att ma jkun jaqa’ taħt ebda ġurisdizzjoni kriminali, u meta l-awtur tiegħu kien barrani fil-mument tal-fatti, instab fit-territorju nazzjonali u, minkejja li l-liġi ta’ estradizzjoni tawtorizza l-estradizzjoni tiegħu skont it-tip ta’ reat, huwa ma jkunx ġie estradit għax ma tkun saret l-ebda talba għall-estradizzjoni fi żmien raġonevoli jew din tkun ġiet miċħuda jew l-estradizzjoni fiha nnifisha ma tkunx tista’ tiġi eżegwita<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>R. Pisciotti huwa ċittadin Taljan. Dan kien suġġett għal investigazzjoni fl-Istati Uniti sa mis-sena 2007 talli pparteċipa fi ftehimiet u akkordji antikompetittivi fl-Istati Uniti u għal talba għall-estradizzjoni għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Amerikani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20100826">26 ta’ Awwissu 2010</DATE>, inħareġ kontra tiegħu mandat ta’ arrest tal-US District Court for the Southern District of Florida in Fort Lauderdale (il-Qorti Distrettwali tal-Istati Uniti għad-Distrett ta’ Nofsinhar ta’ Florida f’Fort Lauderdale) kif ukoll att ta’ akkuża tal-grand jury ta’ dik il-qorti. R. Pisciotti kien akkużat li għamel parti minn grupp ta’ ħidma magħmul minn rappreżentanti kummerċjali tal-kumpanniji li jipproduċu l-pajpijiet marini, li ħadmu b’mod antikompetittiv billi qasmu s-suq tal-bejgħ ta’ dawn il-pajpijiet, fl-Istat ta’ Florida (l-Istati Uniti) u bnadi oħra, bejn is-sena 1999 u tmiem is-sena 2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130617">17 ta’ Ġunju 2013</DATE>, filwaqt li t-titjira provenjenti min-Niġerja lejn l-Italja waqfet fl-ajruport ta’ Frankfurt am Main (il-Ġermanja), R. Pisciotti ġie arrestat minn aġenti tal-Pulizija Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130618">18 ta’ Ġunju 2013</DATE>, R. Pisciotti ntbagħat quddiem l-Amtsgericht Frankfurt am Main (il-Qorti tad-Distrett ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja) sabiex tiġi ttrattata t-talba għal arrest imressqa mill-Istati Uniti tal-Amerika. Huwa ddikjara li jopponi estradizzjoni informali ssimplifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fuq il-bażi ta’ digriet mogħti mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja) fl-<DATE ISO="20130624">24 ta’ Ġunju 2013</DATE>, R. Pisciotti nżamm f’detenzjoni provviżorja bil-ħsieb tal-estradizzjoni tiegħu. Fis-<DATE ISO="20130807">7 ta’ Awwissu 2013</DATE>, l-Istati Uniti tal-Amerika bagħtu lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja t-talba għall-estradizzjoni formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130816">16 ta’ Awwissu 2013</DATE>, l-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Frankfurt am Main) ordnat iż-żamma taħt detenzjoni provviżorja ta’ R. Pisciotti bil-ħsieb ta’ estradizzjoni bħala tqegħid formali taħt detenzjoni sakemm issir l-estradizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20140122">22 ta’ Jannar 2014</DATE>, l-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Frankfurt am Main) iddikjarat li t-talba għall-estradizzjoni ta’ R. Pisciotti kienet ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20140206">6 ta’ Frar 2014</DATE>, R. Pisciotti adixxa lill-Bundesverfassungsgericht (il-Qorti Kostituzzjonali Federali, il-Ġermanja) b’talba għal miżuri provviżorji biex iwaqqaf l-eżekuzzjoni tad-digriet tal-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Frankfurt am Main) tat-<DATE ISO="20140122">22 ta’ Jannar 2014</DATE>. Il-Bundesverfassungsgericht (il-Qorti Kostituzzjonali Federali) ċaħdet din it-talba b’digriet tas-<DATE ISO="20140217">17 ta’ Frar 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE>, R. Pisciotti indika lill-Bundesministerium der Justiz (il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja) li l-estradizzjoni tiegħu tmur kontra d-dritt tal-Unjoni sa fejn l-applikazzjoni litterali u limitata għaċ-ċittadini Ġermaniżi tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(2) tal-Liġi Fundamentali tikser il-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20140317">17 ta’ Marzu 2014</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja awtorizzat l-estradizzjoni ta’ R. Pisciotti, li ġiet eżegwita fit-<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-istess 17 ta’ Marzu, R. Pisciotti ressaq azzjoni quddiem il-Landgericht Berlin (il-Qorti Reġjonali ta’ Berlin, il-Ġermanja) sabiex jistabbilixxi r-responsabbiltà tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja talli awtorizzat l-estradizzjoni tiegħu u sabiex jikseb il-kundanna ta’ dan l-Istat Membru għall-ħlas tad-danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Wara li ammetta l-ħtija tiegħu fil-kuntest tal-proċedura kriminali mibdija kontrih fl-Istati Uniti, R. Pisciotti ġie kkundannat għal piena ta’ priġunerija ta’ sentejn, minn liema perijodu tnaqqsu disa’ xhur u nofs detenzjoni li għamel fil-Ġermanja, kif ukoll għal multa ta’ USD <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> (dollaru Amerikan) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">40818</FT>). R. Pisciotti skonta l-piena fil-ħabs fl-Istati Uniti sakemm ġie meħlus fl-<DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, skont il-ġurisprudenza tal-Bundesverfassungsgericht (il-Qorti Kostituzzjonali Federali), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija suġġetta għall-obbligu, li jirriżulta mill-Artikolu 1(3) u mill-Artikolu 20(3) tal-Liġi Fundamentali, li twettaq l-istħarriġ tagħha tal-legalità ta’ awtorizzazzjoni għall-estradizzjoni u li tosserva l-eventwali obbligi tad-dritt internazzjonali. Hija żżid li l-Bundesverfassungsgericht (il-Qorti Kostituzzjonali Federali) iddeċidiet, b’mod partikolari fil-każ ta’ R. Pisciotti, li l-projbizzjoni tad-diskriminazzjonijiet minħabba n-nazzjonalità li tinsab fl-Artikolu 18 TFUE ma tapplikax fir-relazzjonijiet estradizzjonali mal-Istati terzi minħabba li dan il-qasam ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, b’kuntrast mal-Bundesverfassungsgericht (il-Qorti Kostituzzjonali Federali), tindika li hija jidhrilha li d-dritt tal-Unjoni japplika għal din il-kawża. Hija tenfasizza li R. Pisciotti għamel użu mid-dritt ta’ moviment stabbilit fl-Artikolu 21(1) TFUE meta waqaf fi Frankfurt am Main, waqt it-titjira tiegħu li kienet ġejja min-Niġerja u sejra lejn l-Italja. Iktar minn hekk, l-estradizzjoni lejn l-Istati Uniti tista’ taqa’ wkoll, fil-fehma tagħha, fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-dritt tal-Unjoni minħabba l-Ftehim UE-USA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, f’dan il-kuntest, jekk l-Artikolu 17(2) ta’ dan il-ftehim jistax, madankollu, jinftiehem bħala li jintroduċi eċċezzjoni għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u bħala li jista’, għaldaqstant, jiġġustifika diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità. Madankollu, hija għandha t-tendenza li taħseb li, fid-dawl tad-dritt primarju tal-Unjoni, tali ġustifikazzjoni hija eskluża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, din il-qorti tixtieq tkun taf jekk dan il-ksur huwiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>suffiċjentement serju<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> sabiex jagħti dritt għal kumpens. Hija tindika li ttendi lejn risposta fl-affermattiv billi tenfasizza li, fil-fehma tagħha, dan l-Istat Membru għandu biss marġni ta’ diskrezzjoni estremament imnaqqas, jekk mhux ineżistenti. Hija għandha madankollu dubju f’dan ir-rigward, partikolarment peress li ma kienx hemm ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kwistjoni meta r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ħadet id-deċiżjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landgericht Berlin (il-Qorti Reġjonali ta’ Berlin) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Estradizzjoni bejn Stat Membru u Stat terz tifforma parti mill-oqsma li, irrispettivament minn kull każ individwali, qatt ma jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tat-Trattati, b’tali mod li ma hemmx lok li jittieħed inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni tad-dritt tal-Unjoni bbażat fuq l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE fil-kuntest<?PAGE NO="7"?> tal-applikazzjoni (litterali) ta’ regola tad-dritt kostituzzjonali [f’dan il-każ l-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(2) tal-Liġi fundamentali], li tipprekludi biss l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu stess lejn Stati terzi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva: l-ewwel domanda għandha tingħata risposta differenti jekk il-kwistjoni tkun tikkonċerna estradizzjoni bejn Stat Membru u l-Istati Uniti tal-Amerika, ibbażata fuq il-ftehim [UE-USA] dwar l-estradizzjoni?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Sa fejn l-applikazzjoni tat-Trattati ma hijiex eskluża <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> għal dak li jirrigwarda l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti tal-Amerika:</TXT><P>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE kif ukoll il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru jkun qed jikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażat fuq l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE b’mod mhux iġġustifikat jekk, fil-każ ta’ talbiet għall-estradizzjoni li joriġinaw minn Stat terz, jagħmel distinzjoni fuq il-bażi ta’ regola tad-dritt kostituzzjonali [f’dan il-każ l-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(2) tal-Liġi fundamentali] bejn iċ-ċittadini tiegħu u ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni billi jestradixxi biss lil dawn tal-aħħar?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ li, fil-każijiet imsemmija iktar ’il fuq, jiġi stabbilit ksur tal-projbizzjoni ġenerali ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE:</TXT><P>Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi interpretata fis-sens li, f’każ bħal dak inkwistjoni f’din il-kawża, li fih l-awtorizzazzjoni għall-estradizzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti hija neċessarjament suġġetta għall-istħarriġ minn qabel tal-legalità fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja, li madankollu l-eżitu tagħha jorbot lill-awtorità biss meta l-estradizzjoni tiġi ddikjarata inammissibbli, ksur serju jista’ jseħħ diġà fil-każ ta’ ksur sempliċi tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażat fuq l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE, jew huwa neċessarju ksur manifest?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ li ksur manifest ma huwiex neċessarju:</TXT><P>Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi interpretata fis-sens li ksur suffiċjentement serju f’każ bħal dak inkwistjoni f’din il-kawża għandu jiġi eskluż peress li, fl-assenza ta’ ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-każ konkret inkwistjoni (jiġifieri, l-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE fil-qasam tal-estradizzjoni bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti tal-Amerika), l-awtorità eżekuttiva nazzjonali tkun tista’, sabiex tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha, tinvoka l-konformità tagħha ma’ deċiżjonijiet mogħtija minn qabel mill-qrati nazzjonali fl-istess kawża?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ, bħal dak tal-kawża prinċipali, fejn ċittadin tal-Unjoni li jkun ġie suġġett għal talba għall-estradizzjoni lejn l-Istati Uniti skont il-Ftehim UE-USA jkun ġie arrestat, bil-ħsieb tal-possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ta’ din it-talba, fi Stat Membru li ma jkunx dak li tiegħu huwa għandu n-nazzjonalità, is-sitwazzjoni ta’ dan iċ-ċittadin tkun taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, sa fejn talba għall-estradizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, issir fil-qafas tal-Ftehim UE-USA, wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, hemm lok li jiġi kkonstatat li dan il-ftehim ikun applikabbli għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Petruhhin</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), dwar talba għall-estradizzjoni minn Stat terz li miegħu l-Unjoni ma kkonkludietx ftehim ta’ estradizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, jekk ir-regoli fil-qasam tal-estradizzjoni jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri fl-assenza ta’ tali ftehim, is-sitwazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18 TFUE, moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni, jinkludu dawk li jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri, kif mogħtija mill-Artikolu 21 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Hemm lok, għalhekk, li jiġi kkunsidrat, fid-dawl tal-imsemmija sentenza, li s-sitwazzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni bħal R. Pisciotti, ċittadin Taljan, li għamel użu mid-dritt tiegħu ta’ moviment liberu fl-Unjoni billi waqaf fil-Ġermanja fil-vjaġġ ta’ ritorn tiegħu min-Niġerja, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati, fis-sens tal-Artikolu 18 TFUE. Il-fatt li, meta huwa ġie arrestat, huwa kien jinsab biss fi tranżitu fil-Ġermanja ma huwiex tali li jikkonfuta din il-konstatazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ċittadin tal-Unjoni li jkun is-suġġett ta’ talba għall-estradizzjoni lejn l-Istati Uniti jkun ġie arrestat, bil-ħsieb tal-possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ta’ din it-talba, fi Stat Membru li ma jkunx dak li tiegħu huwa għandu n-nazzjonalità, is-sitwazzjoni tal-imsemmi ċittadin tkun taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan id-dritt peress li dan iċ-ċittadin ikun eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu fl-Unjoni u din it-talba għall-estradizzjoni tkun saret fil-kuntest tal-Ftehim UE-USA.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk, fil-każ bħal dak espost fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 18 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil dan l-Istat Membru mitlub milli jistabbilixxi distinzjoni fuq il-bażi ta’ regola tad-dritt kostituzzjonali bejn iċ-ċittadini tiegħu u ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra u milli jawtorizza tali estradizzjoni meta huwa ma jippermettix l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>It-tieni domanda għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-Ftehim UE-USA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li dan il-ftehim, li l-għan tiegħu huwa, skont l-Artikolu 1 tiegħu, li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika fil-qafas tar-relazzjonijiet eżistenti bejn l-Istati Membri u dan l-Istat terz fil-qasam tal-estradizzjoni ma jindirizzax il-kwistjoni, bħala tali, ta’ possibbiltà ta’ differenza fit-trattament, mill-Istat mitlub, bejn iċ-ċittadini tiegħu u ċ-ċittadini ta’ Stati oħra. Barra minn hekk, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 13 tiegħu dwar il-piena tal-mewt, dan il-ftehim ma jipprevedix raġunijiet speċifiċi għar-rifjut ta’ estradizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 17 tal-Ftehim UE-USA jipprovdi espressament, fil-paragrafu 1 tiegħu, li Stat Membru, bħala Stat mitlub, jista’ jinvoka, skont trattat bilaterali bejn dan l-Istat u l-Istati Uniti tal-Amerika, raġuni għar-rifjut ta’ estradizzjoni marbuta ma’ kwistjoni li ma hijiex irregolata mill-imsemmi ftehim. Fir-rigward tat-Trattat ta’ Estradizzjoni Ġermanja-Stati Uniti, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 7(1) tiegħu jippermetti lill-Istati kontraenti ma jestradixxux liċ-ċittadini tagħhom stess.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 17(2) tal-Ftehim UE-USA, jekk il-prinċipji kostituzzjonali tal-Istat mitlub ikunu ta’ natura li jostakolaw l-eżekuzzjoni tal-obbligu tiegħu ta’ estradizzjoni u la l-Ftehim UE-USA u lanqas it-trattat bilaterali applikabbli ma jippermettu soluzzjoni għall-kwistjoni, għandhom isiru konsultazzjonijiet bejn l-Istat mitlub u l-Istat li għamel it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Dan l-Artikolu 17 jippermetti għalhekk, bħala prinċipju, li Stat Membru jirriżerva, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali jew tar-regoli tad-dritt kostituzzjonali tiegħu, trattament partikolari għaċ-ċittadini nazzjonali tiegħu billi jipprekludi l-estradizzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, xorta huwa neċessarju li dan il-poter ikun eżerċitat konformement mad-dritt primarju u, b’mod partikolari, mar-regoli tat-Trattat FUE fil-qasam tal-ugwaljanza fit-trattament u tal-libertà ta’ moviment taċ-ċittadini tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk, l-applikazzjoni minn Stat Membru, fuq il-bażi tal-Artikolu 17(1) jew (2) tal-Ftehim UE-USA, ta’ regola ta’ rifjut ta’ estradizzjoni li tinsab fi ftehim bilaterali bejn Stat Membru u l-Istati Uniti tal-Amerika, bħall-Artikolu 7(1) tat-Trattat ta’ Estradizzjoni Ġermanja-Stati Uniti, jew ukoll ta’ dispożizzjoni bħall-Artikolu 16 tal-Liġi Fundamentali, li tipprovdi li ebda Ġermaniż ma huwa estradit, għandha tkun konformi mat-Trattat FUE, b’mod partikolari l-Artikoli 18 u 21 tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-regoli nazzjonali ta’ estradizzjoni ta’ Stat Membru li jintroduċu differenza fit-trattament skont jekk il-persuna kkonċernata tkunx ċittadina ta’ dan l-Istat Membru jew ċittadina ta’ Stat Membru ieħor, sa fejn dawn iwasslu sabiex ma jagħtux liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra li daħlu fit-territorju tal-Istat mitlub il-protezzjoni kontra l-estradizzjoni li minnha jgawdu iċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar, jistgħu jaffettwaw il-libertà ta’ moviment fl-Unjoni taċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Petruhhin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-inugwaljanza fit-trattament li tikkonsisti fil-fatt li tiġi permessa l-estradizzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, bħal R. Pisciotti, tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà ta’ moviment, fis-sens tal-Artikolu 21 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Petruhhin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Tali restrizzjoni għandha tkun ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi u tkun proporzjonata mal-għan leġittimament imfittex (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Runevič-Vardyn u Wardyn</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-391/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:291">EU:C:2011:291</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Petruhhin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità tal-persuni li jkunu wettqu reat jidħol fil-kuntest tal-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra dan il-fenomenu. Dan l-għan għandu jitqies, fil-kuntest taż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, imsemmija fl-Artikolu 3(2) TUE, bħala ta’ natura leġittima fid-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Petruhhin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, miżuri li jirrestrinġu libertà fundamentali, bħal dik prevista fl-Artikolu 21 TFUE, ma jistgħux ikunu ġġustifikati minn kunsiderazzjonijiet oġġettivi ħlief jekk dawn ikunu neċessarji għall-protezzjoni tal-interessi li huma intiżi li jiggarantixxu, u dan biss sakemm dawn l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu b’miżuri inqas restrittivi (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Runevič-Vardyn u Wardyn</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-391/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:291">EU:C:2011:291</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Petruhhin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>R. Pisciotti jsostni li, peress li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja tipprevedi fid-dritt nazzjonali tagħha, fl-Artikolu 7(2) tal-Kodiċi Kriminali, il-possibbiltà li tiftaħ proċeduri fit-territorju tagħha kontra persuna, li toriġina minn Stat Membru ieħor, meta l-estradizzjoni ma tkunx tista’ tiġi eżegwita, dan l-Istat Membru għandu jagħżel din is-soluzzjoni inqas restrittiva u ma jestradixxihx. Il-Gvern Ġermaniż madankollu jikkontesta l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li fuqha huwa bbażat dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan il-każ, madankollu, il-kwistjoni tqum biss fir-rigward ta’ jekk ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja setgħetx taġixxi fir-rigward ta’ R. Pisciotti b’mod li jippreġudika inqas l-eżerċizzju tad-dritt tiegħu ta’ moviment liberu billi tibagħtu lura lir-Repubblika Taljana minflok testradixxih lejn l-Istati Uniti tal-Amerika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li huwa importanti li tingħata prijorità lill-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istat Membru li tiegħu l-persuna kkonċernata għandha n-nazzjonalità bil-għan, jekk ikun il-każ, li l-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru jingħataw l-opportunità li joħorġu mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni. Għalhekk, meta Stat Membru li lejh ikun iċċaqlaq ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, jiġi indirizzat b’talba għall-estradizzjoni minn Stat terz li miegħu l-ewwel Stat Membru kkonkluda ftehim ta’ estradizzjoni, dan ikun obbligat jinforma lill-Istat Membru li tiegħu l-imsemmi ċittadin għandu n-nazzjonalità u, jekk ikun il-każ, fuq talba ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar, jikkonsenjalu lil dan iċ-ċittadin, konformement mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, sakemm dan l-Istat Membru jkollu l-ġurisdizzjoni, skont id-dritt nazzjonali tiegħu, sabiex jiftaħ proċeduri kriminali kontra din il-persuna għal fatti mwettqa barra mit-territorju nazzjonali tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Petruhhin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għalkemm din is-soluzzjoni ġiet stabbilita, kif jirriżulta mill-punt 46 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Petruhhin</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), f’kuntest ikkaratterizzat mill-assenza ta’ ftehim internazzjonali fil-qasam tal-estradizzjoni bejn l-Unjoni u l-Istat terz ikkonċernat, din hija intiża sabiex tapplika f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-Ftehim UE-Stati Uniti jagħti lill-Istat Membru mitlub is-setgħa li ma jestradixxix liċ-ċittadini tiegħu stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkonfutata bl-argument imressaq minn ċerti gvernijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet, fis-sens li, essenzjalment, il-prijorità mogħtija lil talba għal konsenja fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront ta’ talba għall-estradizzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika tneħħi l-effett tar-regola, li tinsab fl-Artikolu 10(2) u (3) tal-Ftehim UE-USA, li permezz tagħha l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru mitlub, fil-preżenza ta’ tali talbiet f’kompetizzjoni bejniethom, tiddetermina l-Istat li lilu l-persuna għandha tiġi kkonsenjata fuq il-bażi tal-elementi rilevanti kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-possibbiltà li l-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni mfakkar fil-punt 51 ta’ din is-sentenza jostakola talba għall-estradizzjoni lejn pajjiż terz billi jagħti prijorità lil mandat ta’ arrest Ewropew, u dan sabiex tittieħed l-azzjoni li tippreġudika l-inqas id-dritt ta’ moviment liberu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Petruhhin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ma hijiex ta’ natura awtomatika. Għalhekk, sabiex jitħares l-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità tal-persuna kkonċernata għall-fatti li hija akkużata bihom fit-talba għall-estradizzjoni, jeħtieġ li l-mandat ta’ arrest Ewropew eventwalment maħruġ minn Stat Membru għajr l-Istat Membru mitlub ikun jirrigwarda tal-inqas dawn l-istess fatti u li, kif jirriżulta mill-punt 50 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Petruhhin</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-182/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-Istat Membru emittenti jkollu l-ġurisdizzjoni, skont id-dritt nazzjonali tiegħu, sabiex jiftaħ proċeduri kriminali kontra din il-persuna għal tali fatti anki meta dawn jitwettqu barra mit-territorju tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 52 tal-konklużjonijiet tiegħu, jirriżulta mill-proċess li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha għad-dispożizzjoni tagħha kif ukoll mis-seduta li l-awtoritajiet konsulari tar-Repubblika Taljana nżammew informati bis-sitwazzjoni ta’ R. Pisciotti qabel l-eżekuzzjoni tat-talba għall-estradizzjoni inkwistjoni, mingħajr ma l-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani ma ħarġu mandat ta’ arrest Ewropew fir-rigward ta’ din il-persuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Hemm lok, għaldaqstant, li għat-tieni domanda tingħata r-risposta li, fil-każ, bħal dak fil-kawża prinċipali, fejn ċittadin tal-Unjoni li jkun is-suġġett ta’ talba għall-estradizzjoni lejn l-Istati Uniti, fil-kuntest tal-Ftehim UE-USA, ikun ġie arrestat fi Stat Membru differenti minn dak li tiegħu huwa ċittadin, bil-ħsieb tal-possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ta’ din it-talba, l-Artikoli 18 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux lill-Istat Membru mitlub milli jistabbilixxi distinzjoni fuq il-bażi ta’ regola tad-dritt kostituzzjonali bejn iċ-ċittadini tiegħu u ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra u milli jawtorizza tali estradizzjoni meta huwa ma jippermettix l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu stess, sakemm huwa jkun qiegħed minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu dan iċ-ċittadin ikollu n-nazzjonalità f’pożizzjoni li jitolbu l-konsenja ta’ dan iċ-ċittadin fil-kuntest ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u dan l-Istat Membru tal-aħħar ma jkun ħa ebda miżura f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet u r-raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta għat-tieni domanda, ma hemmx lok li t-tielet u r-raba’ domanda jiġu eżaminati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ċittadin tal-Unjoni li jkun is-suġġett ta’ talba għall-estradizzjoni lejn l-Istati Uniti jkun ġie arrestat, bil-ħsieb tal-possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ta’ din it-talba, fi Stat Membru li ma jkunx dak li tiegħu huwa għandu n-nazzjonalità, is-sitwazzjoni ta’ dan iċ-ċittadin tkun taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan id-dritt peress li l-imsemmi ċittadin ikun eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu fl-Unjoni Ewropea u l-imsemmija talba għall-estradizzjoni tkun saret fil-kuntest tal-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika tal-<DATE ISO="20030625">25 ta’ Ġunju 2003</DATE>.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fil-każ, bħal dak fil-kawża prinċipali, fejn ċittadin tal-Unjoni li jkun is-suġġett ta’ talba għall-estradizzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika, fil-kuntest tal-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika tal-<DATE ISO="20030625">25 ta’ Ġunju 2003</DATE>, ikun ġie arrestat fi Stat Membru li ma jkunx dak li tiegħu huwa għandu n-nazzjonalità, bil-ħsieb tal-possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ta’ din it-talba, l-Artikoli 18 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux lill-Istat Membru mitlub milli jistabbilixxi distinzjoni fuq il-bażi ta’ regola tad-dritt kostituzzjonali bejn iċ-ċittadini tiegħu u ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra u milli jawtorizza din l-estradizzjoni meta huwa ma jkunx jippermetti l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu stess, sakemm huwa jkun qiegħed minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu dan iċ-ċittadin ikollu n-nazzjonalità f’pożizzjoni li jitolbu l-konsenja ta’ dan iċ-ċittadin fil-kuntest ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u dan l-Istat Membru tal-aħħar ma jkun ħa ebda miżura f’dan is-sens.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="12"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>