|
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 120/20 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta' Mejju 2008
dwar l-assigurazzjoni esterna tal-kwalità għall-awdituri u l-kumpaniji tal-verifika statutorji li jivverifikaw entitajiet ta’ interess pubbliku
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1721)
(2008/362/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-assigurazzjoni esterna tal-kwalità għall-verifiki statutorji hija kruċjali biex il-verifiki jkunu ta’ kwalità għolja. Iżżid il-kredibbiltà ta’ l-informazzjoni finanzjarja li tiġi ppubblikata u tagħti protezzjoni aqwa lill-azzjonisti, lill-investituri, lill-kredituri u lil partijiet interessati oħra. Għaldaqstant, kwalunkwe sistema ta’ assigurazzjoni esterna tal-kwalità għandha tkun oġġettiva u indipendenti mill-professjoni tal-verifika. |
|
(2) |
L-Artikoli 29 u 43 tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (1), tistabbilixxi kriterji ta’ livell għoli għal sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità għall-awdituri u l-kumpaniji tal-verifika statutorji kollha. Tinkorpora xi wħud mill-ideat inklużi fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/256/KE tal-15 ta' Novembru 2000 dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità għall-verifiki statutorji fl-Unjoni Ewropea: rekwiżiti minimi (2) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
(3) |
Madankollu, partijiet minn din ir-Rakkomandazzjoni, li għandhom x’jaqsmu mal-verifika statutorja ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku, tilfu l-validità tagħhom minħabba żviluppi u tendenzi reċenti fejn, għall-verifiki ta’ dan it-tip, qed jiddaħħlu sistemi ta’ assigurazzjoni esterna tal-kwalità, li l-kontroll tagħhom isir indipendentement mill-professjoni tal-verifika u fejn l-analiżi ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalità ssir minn persuni li ma humiex awdituri prattikanti. |
|
(4) |
Il-kriterji stipulati fid-Direttiva 2006/43/KE xorta jippermettu diskrepanzi konsiderevoli fil-mod ta’ kif qed jiġu organizzati bħalissa s-sistemi ta’ assigurazzjoni esterna tal-kwalità għall-awdituri u kumpaniji tal-verifika statutorji fl-Istati Membri. Għandha tiġi evitata l-possibbiltà li l-partijiet interessati jinterpretaw il-kwalità tal-verifiki ta’ awdituri u kumpaniji tal-verifika statutorji fl-Istati Membri b’mod differenti, speċjalment fir-rigward ta’ l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2006/43/KE. Id-Direttiva 2006/43/KE tinkoraġġixxi wkoll lis-sistemi ta’ sorveljanza pubbliċi ta’ l-Istati Membri biex jaslu għal approċċ ikkoordinat fit-twettiq ta’ l-analiżi tagħhom ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità. |
|
(5) |
Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri hija importanti ħafna għall-verifiki ta’ l-entitiajiet ta’ interess pubbliku. Għandha tingħata aktar informazzjoni dwar is-sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità għall-awdituri u l-kumpaniji tal-verifika statutorji li jwettqu verifiki f’entitajiet ta’ dan it-tip. Għaldaqstant, jixraq li ssir Rakkomandazzjoni ġdida li tkun aktar konsistenti mal-qagħda attwali milli hi r-Rakkomandazzjoni 2001/256/KE, u li tqis ix-xejriet internazzjonali ġodda flimkien mal-ħtiġijiet speċifiċi ta' l-Istati Membri. Madankollu, fil-każ ta’ sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità għall-awdituri u l-kumpaniji tal-verifika statutorji li jwettqu verifiki fuq entitajiet li mhumiex ta’ interess pubbliku, l-informazzjoni li tingħata m'għandiex għalfejn tkun dettaljata. |
|
(6) |
Għandhom isiru spezzjonijiet preventivi b’mod regolari, peress li dawn itejbu l-kwalità tal-verifiki ta’ l-awditur jew tal-kumpanija tal-verifika statutorji. L-għan tagħhom għandu jkun li joħolqu u jsostnu l-fiduċja fil-verifiki statutorji, u b’hekk ukoll, fis-swieq finanzjari. Għalhekk, din ir-Rakkomandazzjoni ma għandhiex taffettwa l-investigazzjonijiet ad hoc li jsiru minħabba l-ksur ta’ xi liġijiet jew regolamenti. |
|
(7) |
Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-verifiki fil-komunitajiet, l-entitajiet ta’ sorveljanza indipendenti għandhom jieħdu sehem aktar attiv fl-ispezzjonijiet tal-kumpaniji tal-verifika. Għandha tingħata l-informazzjoni meħtieġa biex tinżamm l-indipendenza tas-sistema ta' l-ispezzjoni. Fir-rigward tat-twettiq ta’ l-ispezzjonijiet, jeħtieġ li jiġi ċċarat ir-rwol ta’ l-awtoritajiet ta’ sorveljanza pubblika, l-assoċjazzjonijiet professjonali u entitajiet adatti oħra. Il-finanzjament tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità wkoll jeħtieġ kjarifikazzjoni. |
|
(8) |
L-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/43/KE jirrikjedi li l-analiżi ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalità għall-awdituri u l-kumpanija tal-verifika statutorji ssir kull tlett xhur jew aktar spiss. Is-sistema ta’ sorveljanza pubblika għandha mnejn ma jirnexxilhiex issib biżżejjed spetturi biex twettaq analiżi fuq il-post għal kull spezzjoni li tagħmel. Għalhekk, b’ċerti kundizzjonijiet, għandha tiġi permessa l-parteċipazzjoni ta’ esperti, li ma jkunux spetturi, fl-analiżi li ssir fuq il-post. |
|
(9) |
Sabiex jiġi żgurat li r-rapport finali dwar l-ispezzjoni jiġi segwit mill-awditur jew mill-kumpanija tal-verifika statutorji kkonċernati, u li dan ir-rapport jagħtihom biżżejjed informazzjoni ħalli ċerti problemi rrappurtati ma jerġgħux iseħħu, għandu jkun hemm komunikazzjoni effikaċi bejn l-ispetturi u dak l-awditur jew kumpanija tal-verifika statutorji kemm qabel ma jiġi adottat ir-rapport finali kif ukoll fl-istadji ta’ wara. |
|
(10) |
Sabiex jittejbu l-kontabilità tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u l-komparabilità tagħhom fil-Komunità, ir-rapport annwali dwar ir-riżultati kumplessivi ta’ l-ispezzjonijet għandu jinkludi informazzjoni importanti dwar ir-rendiment li tippermetti li ssir valutazzjoni tar-riżorsi wżati kif ukoll ta’ l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità. |
|
(11) |
Fid-dawl ta’ żviluppi ġodda internazzjonali, b’mod partikolari l-involviment ta’ entitajiet u esperti adatti fit-twettiq ta’ l-ispezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li fl-2011 tanalizza s-sitwazzjoni, |
B’DAN TIRRAKKOMANDA:
Suġġett
|
1. |
Din ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi informazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ sistemi indipendenti ta’ assigurazzjoni tal-kwalità għall-awdituri u kumpaniji ta’ verifika statutorji li jivverifikaw entitajiet ta’ interess pubbliku b’konformità ma’ l-Artikoli 29 u 43 tad-Direttiva 2006/43/KE. |
|
2. |
F’każ fejn Stat Membru jiddeċiedi li jeżenta ċerti entitajiet ta’ interess pubbliku b’konformità ma’ l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2006/43/KE, dak l-Istat Membru għandu jeżenta wkoll lill-istess entitajiet ta’ interess pubbliku mill-ambitu ta’ miżuri li jiġu adottati fid-dawl ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
Definizzjonijiet
|
3. |
Id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/43/KE japplikaw għal din ir-Rakkomandazzjoni. Għall-għanijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, dawn l-applikazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
|
L-indipendenza tas-sistema ta' assigurazzjoni tal-kwalità
|
4. |
L-awtorità ta’ sorveljanza pubblika għandha tassumi r-responsabbiltà finali għas-sistema ta’ assigurazzjoni esterna tal-kwalità għall-awdituri u l-kumpaniji tal-verifika statutorji li jivverifikaw entitajiet ta’ interess pubbliku. L-Istati Membri ma għandhom jaħtru l-ebda assoċjazzjoni jew entità li tkun affiljata mal-professjoni tal-kontabilità jew verifika bħala awtorità ta’ sorveljanza pubblika. |
|
5. |
L-awdituri u kumpaniji tal-verifika statutorji li jivverifikaw entitajiet ta’ interess pubbliku għandhom joqogħdu għal spezzjonijiet li jew isirulhom minn awtorità ta’ sorveljanza pubblika esklussivament, inkella flimkien ma’ entità adatta oħra b’konformità mal-punt 6. |
|
6. |
L-eventwalità li ħidma relatata mat-twettiq ta' l-ispezzjonijiet tiġi ddelegata lil xi entità adatta oħra għandha titħalla possibbli, dejjem jekk tiġi żgurata r-responsabbiltà ta’ din l-entità lejn l-awtorità ta’ sorveljanza pubblika u li din l-awtorità tibqa’ tassumi mill-anqas dawn il-kompiti:
|
|
7. |
L-awtorità ta’ sorveljanza pubblika għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa fl-ispezzjonijiet u li tingħata aċċess għall-fajls ta’ l-ispezzjoni, dokumenti ta’ ħidma tal-verifika u dokumenti rilevanti oħra. |
|
8. |
L-arranġamenti ta’ finanzjament għas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, inkluż dawk li għandhom x’jaqsmu mal-livell ta’ finanzjament u kontroll finanzjarju, ma għandhomx ikunu suġġetti għall-approvazzjoni jew veto minn persuni jew organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw, jew huma affiljati b’xi mod ieħor, mal-professjoni tal-kontabilità jew tal-verifika jew ma' xi kumpanija tal-verifika. Dan il-livell ta’ finanzjament għandu jgħin biex l-awtorità ta’ sorveljanza pubblika jkollha biżżejjed persunal li jappoġġaha fl-implimentazzjoni tal-punti 6 u 7. |
|
9. |
Jekk il-fondi għas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità jingħataw mill-awdituri jew kumpaniji tal-verifika statutorji suġġetti għall-ispezzjonijiet, kwalunkwe miżata jew kontribuzzjoni oħra dovuta minnhom għandha tkun obbligatorja u titħallas kollha fl-iskadenzi stabbiliti. |
L-indipendenza ta' l-ispezzjonijiet
|
10. |
L-awtorità ta’ sorveljanza pubblika għandha tiżgura l-implimentazzjoni ta’ politiki u proċeduri adatti fir-rigward ta’ l-indipendenza u l-oġġettività tal-persunal, inklużi l-ispetturi, u l-ġestjoni tas-sistema ta’ l-ispezzjoni. |
|
11. |
Persuna li tkun awditur statutorju prattikanti jew li tkun impjegata jew b’xi mod ieħor assoċjata ma’ awditur jew kumpanija tal-verifika statutorji ma għandhiex titħalla taġixxi bħala spettur. |
|
12. |
L-ebda persuna ma għandha titħalla taġixxi bħala spettur fi spezzjoni ta’ l-awditur jew tal-kumpanija tal-verifika statutorji qabel ma jkunu għaddew mill-anqas sentejn minn meta dik il-persuna temmet ir-rwol tagħha bħala msieħba jew impjegata ta’ dak l-awditur jew kumpanija tal-verifika jew b’xi mod ieħor assoċjata magħhom. |
|
13. |
L-ispetturi għandhom jiddikjaraw li ma għandhom l-ebda konflitt ta’ interessi ma’ l-awditur jew mal- kumpanija tal-verifika suġġetti għall-ispezzjoni. L-ispetturi li jagħmlu dikjarazzjonijiet mhux kompluti jew foloz għandhom jiġu esklużi milli jwettqu l-ispezzjonijiet u jiffaċċaw penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
|
14. |
Il-ħlas lill-ispetturi għall-ispezzjonijiet li jagħmlu għandu jsir biss mill-awtorità ta’ sorveljanza pubblika jew mill-entità li lilha jkun ġie delegat it-twettiq ta’ l-ispezzjonijiet. L-ispetturi ma jistgħu jirċievu l-ebda ħlas mingħand l-awditur jew il-kumpanija tal-verifika statutorji li tkun saritilhom l-ispezzjoni, jew mingħand in-netwerks tagħhom. |
|
15. |
Jekk l-awtorità ta’ sorveljanza pubblika tħoss li huwa meħtieġ għarfien espert speċifiku, biex l-ispezzjoni ssir kif xieraq, l-ispetturi għandhom jingħataw l-għajnuna ta’ esperti. Dawn l-esperti għandhom jaħdmu taħt il-kontroll dirett ta’ l-ispettur u għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti msemmija fil-punti 10, 12 sa 14. |
Informazzjoni dwar il-metodoloġija għat-twettiq ta’ l-ispezzjonijiet
|
16. |
Meta, għal perjodu ta’ żmien temporanju, ma jkunx hemm biżżejjed spetturi disponibbli f’xi Stat Membru biex iwettqu l-ispezzjonijiet fuq il-post, l-awtorità ta’ sorveljanza pubblika għandha tingħata d-dritt li tiddeċiedi li l-ispezzjonijiet fuq il-post isiru minn esperti, dejjem jekk dawn l-esperti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (d) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2006/43/KE, li jagħtu rendikont sħiħ ta’ għemilhom lill-awtorità ta’ sorveljanza pubblika u li l-ispetturi jwettqu spezzjonijiet fuq il-post lill-istess awditur jew kumpanija tal-verifika mill-anqas kull sitt snin. |
|
17. |
L-ambitu ta’ l-ispezzjonijiet għandu jkopri:
|
|
18. |
Millanqas, għandhom jiġu analizzati dawn il-politiki u proċeduri ta’ kontroll intern ta’ l-awditur jew kumpanija tal-verifika statutorji:
|
|
19. |
Għal skopijiet ta’ konformità ta’ l-ittestjar, għandhom jintgħażlu mill-anqas għadd sinifikanti ta’ fajls ta’ verifika abbażi ta’ analiżi tar-riskju li jista’ jwassal għal twettiq insuffiċjenti tal-verifika statutorja. |
Ir-riżultat ta’ l-ispezzjonijiet
|
20. |
Is-sejbiet u konklużjonijiet ta’ l-ispezzjoni li fuqhom ikunu bbażati r-rakkomandazzjonijiet, inklużi s-sejbiet u l-konklużjonijiet relatati mar-rapport ta’ trasparenza, għandhom jiġu kkomunikati u diskussi kif xieraq ma’ l-awditur jew kumpanija tal-verifika statutorji li ssirilhom l-ispezzjoni qabel ma jiġi ffinalizzat ir-rapport ta’ l-ispezzjoni. L-awditur jew kumpanija tal-verifika statutorji li ssirilhom l-ispezzjoni għandhom jingħataw perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar mill-ħruġ tar-rapport ta' l-ispezzjoni biex jieħdu miżuri fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sistema interna ta’ kontroll tal-kwalità tal-kumpanija tal-verifika. Jekk l-awditur jew il-kumpanija tal-verifika statutorji li ssirilhom l-ispezzjoni ma jkunux segwew ir-rakkomandazzjonijiet kif xieraq, l-awtorità ta' sorveljanza pubblika għandha tikxef kwalunkwe nuqqas kbir li ssib fis-sistema interna tal-kontroll tal-kwalità. |
|
21. |
Is-sistema ta’ sorveljanza pubblika għandha jkollha d-dritt, b’konformità mal-proċess legali rilevanti kif previst fl-Istat Membru kkonċernat, li tieħu miżuri ta’ dixxiplina jew timponi penali fir-rigward ta’ awdituri u kumpaniji tal-verifika statutorji. |
|
22. |
Millanqas, l-awtorità ta’ sorveljanza pubblika għandha tinforma lill-pubbliku b’mod xieraq u f’waqtu dwar miżuri finali dixxiplinari li tieħu, jew dwar penali li timponi, fir-rigward ta’ awdituri u kumpaniji tal-verifika statutorji minħabba t-twettiq tal-verifika statutorja. Għandha tidentifika l-awditur jew kumpanija tal-verifika statutorji kkonċernati u tiddeskrivi n-nuqqasijiet li wasslu għal dawn il-miżuri jew penali. |
|
23. |
Fil-każijiet fejn waqt l-ispezzjoni jinstab li r-rapport ta' trasparenza ppubblikat minn awditur jew kumpanija tal-verifika statutorji skond l-Artikolu 40 tad-Direttiva 2006/43/KE jkun fih informazzjoni, inkluża dik dwar l-effikaċja tas-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità tal-kumpanija tal-verifika, li l-awtorità ta' sorveljanza pubblika tqis bħala qarrieqa, din l-awtorità għandha tiżgura li r-rapport tat-trasparenza jiġi emendat kif xieraq u bla dewmien. |
It-trasparenza dwar ir-riżultati kumplessivi tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità
|
24. |
Kull sena, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza pubblika għandhom jirrappurtaw dwar ir-riżultati kumplessivi tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jsiru, is-segwitu tagħhom, l-azzjonijiet dixxiplinari li jittieħdu u l-penali imposti. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni kwantitattiva flimkien ma’ informazzjoni importanti oħra dwar ir-rendiment ta’ riżorsi u persunal, u l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità. |
Segwitu
|
25. |
L-Istati Membri huma mistiedna jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li jittieħdu fid-dawl ta’ din ir-Rakkomandazzjoni sas-6 ta’ Mejju 2009. |
Destinatarji
|
26. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. |
Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 53).