<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.1000849101.case.xml"><NO.CASE>C-443/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006J0443</NO.CELEX><NO.SEQ>0015.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>8494</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8510</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20071011">11.10.2007</DATE> — KAWŻA C-443/06</LEFT><RIGHT>HOLLMANN</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal- Ġustizzja</HT> (Ir-Raba' Awla)</P><P><DATE ISO="20071011">11 ta' Ottubra 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-443/06,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall), permezz ta' deċiżjoni tat-<DATE ISO="20060928">28 ta' Settembru 2006</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20061027">27 ta' Ottubru 2006</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Erika Waltraud Ilse Hollmann</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Fazenda Pública,</P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta:</PRESENCE.INIT><P>Ministério Público,</P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba' Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President ta' l-Awla, G. Arestis (Relatur), R. Silva de Lapuerta, J. Malenovský u T. von Danwitz, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-8495"?><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20070628">28 ta' Ġunju 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal E. Hollmann, minn A. Torres, advogado,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. L Fernandes, Â. S. Neves u J. M. Leitão, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn R. Lyal u M. Afonso, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema l-Avukat Ġenerali, li tinqata' l-kawża mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 12 KE, 18 KE, 39 KE, 43 KE u 56 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta' kawża mressqa minn E. Hollmann kontra l-Fazenda Publica (awtoritajiet fiskali Portugiżi), dwar l-istima tat-taxxa fir-rigward tad-dħul tagħha għas-sena 2003.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8496"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-Kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi (Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Singulares), approvat bid-Digriet Liġi Nru 442/88, tat-<DATE ISO="19981130">30 ta' Novembru 1998</DATE>, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mid-Digriet Liġi Nru 198/2001, tat-<DATE ISO="20010703">3 ta' Lulju 2001</DATE> <HT TYPE="ITALIC">(Diário da República</HT> I, Serje A, Nru 152, tat-<DATE ISO="20010703">3 ta Lulju 2001</DATE>, iktar il quddiem iċ-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>CIRS<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>), jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Huwa qligħ kapitali l-qligħ miksub li mhuwiex ikkunsidrat bħala dħul minnegozju u mix-xogħol, mill-kapital jew mill-proprjetà immobbli, iżda jirriżulta:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>mit-trasferiment b'titolu oneruż ta' drittijiet reali fuq proprjetà immobbli u mill-użu ta' kull proprjetà privata għall-attività tan-negozju u tax-xogħol eżerċitata fuq bażi individwali mill-proprjetarju tagħha;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-qligħ issuġġettat għall-IRS [taxxa fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi] huwa kkostitwit:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>mid-differenza bejn il-valur tal-bejgħ u l-valur ta' l-akkwist, bit-tnaqqis tal-parti kkunsidrata bħala dħul mill-kapital, jekk ikun il-każ, fil-każijiet previsti fil-punti a), b) u c) tal-paragrafu 1;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><P>[...]<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-8497"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 13(1) taċ-CIRS, il-persuni fiżiċi li jirrisjedu fit-territorju Portugiż u dawk li, għalkemm ma jirrisjedux hemmhekk, għandhom dħul hemmhekk, huma suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1) u (2) taċ-CIRS jipprovdi li l-persuni li huma residenti fit-territorju Portugiż huma intaxxati fuq id-dħul kollu tagħhom, inkluż dak miksub f' pajjiż ieħor, filwaqt li dawk li mhumiex residenti huma intaxxati biss fuq id-dħul miksub fit-territorju Portugiż.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 18 taċ-CIRS jirriżulta li huwa kkunsidrat bħala dħul miksub fit-territorju Portugiż, id-dħul minn proprjetà immobbli li tinsab fil-Portugali, inkluż il-qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment ta' tali proprjetà.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 43(1) u (2) taċ-CIRS, kif emendat mil-Liġi nru 109 B tas-<DATE ISO="20011227">27 ta' Diċembru 2001</DATE> <HT TYPE="ITALIC">(Diário da República I, série B, Nru 298, tas-<DATE ISO="20011227">27 ta' Diċembru 2001</DATE>)</HT> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>L-ammont tad-dħul ikklassifikat bħala qligħ kapitali jikkorrispondi għall-bilanċ li jirriżulta mid-differenza bejn il-qligħ kapitali u t-telf kapitali magħmula fl-istess sena stabbiliti skond l-artikoli segwenti.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-bilanċ imsemmi fil-paragrafu preċedenti, li jikkonċerna t-trasferimenti magħmula minn persuni residenti, previsti mill-Artikolu 10(1)(a), (c) u (d), kemm jekk ikun pożittiv jew negattiv, għandu jittieħed in kunsiderazzjoni sa 50 % ta' l-ammont tiegħu biss.<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-8498"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-persuni residenti, id-dħul taxxabbli jirriżulta millakkumulazzjoni tad-dħul taħt il-kategoriji differenti riċevut kull sena, suġġetta għal rata progressiva.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Għall-persuni li mhumiex residenti, l-Artikolu 72(1) taċ-CIRS jipprovdi rata speċjali proporzjonali ta' 25 %, li tapplika fuq l-ammont kollu tal-bilanċ relatat mal-qligħ kapitali fuq proprjetà immobbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>E. Hollmann ilha tirrisjedi l-Ġermanja sa miż-żmien li fih seħħew il-fatti in kwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-1998, E. Hollmann wirtet proprjetà immobbli li tinsab il-Portugall wara l-mewt ta żewġha. Hija ġiet intaxxata abbażi tat-taxxa tas-suċċessjoni u tad-donazzjonijiet fuq il-valur patrimonjali ta' din il-proprjetà.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-2003, E. Hollmann biegħet l-immobbli in kwistjoni u għamlet qligħ kapitali ta' EUR <FT TYPE="DECIMAL">619757,46</FT>, somma li tikkorrispondi għad-differenza bejn l-ammont ta' dan il-bejgħ u l-valur patrimonjali suġġett għat-taxxa tas-suċċessjoni u tad-donazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-awiż ta' stima tat-taxxa fuq id-dħul għas-sena 2003, l-amministrazzjoni fiskali ħadet in kunsiderazzjoni l-qligħ kapitali kollu magħmul minn E. Hollmann sabiex tistabbilixxi d-dħul nett taxxabbli tagħha, filwaqt li żiedet dan l-ammont mad-dħul l-ieħor tagħha taxxabbli fil-Portugall.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8499"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Skond l-amministrazzjoni fiskali, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma setgħetx tinvoka d-dispożizzjonijiet favorevoli ta' l-Artikolu 43(2) taċ-CIRS għar-raġuni li hija kienet residenti fi Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea u mhux fil-Portugall.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>E. Hollmann ikkontestat quddiem it-Tribunal administrativo e fiscal de Loulé l-awiż ta' stima tat-taxxa msemmi iktar il fuq. Peress li r-rikors tagħha ġie miċħud, E. Hollmann appellat minn din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, is-Supremo Tribunal Administrativo ddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>L-Artikolu 43(2) taċ-[CIRS], li jillimita l-bażi ta' stima tat-taxxa għal 50 % tal-qligħ kapitali meta dan ikun magħmul minn persuni residenti fil-Portugall, jikser l-Artikoli 12 KE, 18 KE, 39 KE, 43 KE u 56 KE safejn il-qligħ kapitali magħmul minn persuna residenti fi Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea huwa eskluż mill-benefiċċju ta' din il-limitazzjoni?<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà</P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Gvern Portugiż u l-Kummissjoni esprimew dubji fir-rigward ta' l-ammissibbiltà tad-domanda preliminari minħabba kif ġiet ifformulata mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8500"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, hemm lok li jiġi mfakkar li, skond ġurisprudenza stabbilita, anki jekk mhijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeċiedi, fil-kuntest ta' procedura mressqa skond l-Artikolu 234 KE, fuq il-kompatibbiltà tar-regoli tad-dritt nazzjonali mad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju, peress li l-interpretazzjoni ta' dawn irregoli hija d-dmir tal-qrati nazzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha madankollu ġurisdizzjoni sabiex tipprovdi lil dawn il-qrati l-elementi ta' interpretazzjoni koliha li jirriżultaw mid-dritt Komunitarju u li jippermettulhom jevalwaw il-kompatibbiltà ta' dawn ir-regoli mal-leġiżlazzjoni Komunitarja (ara, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20070306">6 ta' Marzu 2007</DATE>, Placanica <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-338/04+C-359/04+C-360/04" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-1891">C-338/04, C-359/04 u C-360/04, Ġabra p. I-1891, punt 37</REF.DOC.ECR>, u tad-<DATE ISO="20070419">19 ta' April 2007</DATE>, Asociación Nacional de Empresas Forestales, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-295/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-2999">C-295/05, Ġabra p. I-2999, punt 29</REF.DOC.ECR> kif ukoll ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Minbarra dan, skond ġurisprudenza daqstant ieħor stabbilita, fil-kuntest talkooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali kif prevista fl-Artikolu 234 KE, hija l-qorti nazzjonali, li quddiemha tkun tressqet il-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tittieħed, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża li tkun tinsab quddiemha, kemm il-ħtieġa ta' deċiżjoni preliminari sabiex tkun f'pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, sakemm id-domandi mressqa mill-qrati nazzjonali jirrigwardaw l-interpretazzjoni ta' dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tagħti deċiżjoni (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi Asociación Nacional de Empresas Forestales, iċċitata iktar il fuq, punt 30, u tas-<DATE ISO="20070417">17 ta' April 2007</DATE>, AGM-COS.MET, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-470/03" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-2749">C-470/03, Ġabra p. I-2749, punt 44</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, il-kontenut litterali tad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà ta' dispożizzjoni tad-dritt intern, bħall-Artikolu 43(2) taċ-CIRS, mad-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax twieġeb għad-domanda hekk kif ġiet ifformulata mill-qorti tar-rinviju, xejn ma jwaqqafha milli tagħti risposta utli<?PAGE NO="I-8501"?> lil din ta' l-aħħar billi tipprovdilha l-elementi ta' interpretazzjoni li jirriżultaw mid-dritt Komunitarju u li jippermettulha li tiddeċiedi hija stess fuq il-kompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet fiskali in kwistjoni mad-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi kkunsidrat li, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Artikoli 12 KE, 18 KE, 39 KE, 43 KE u 56 KE jipprojbixxux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-qligħ kapitali li jirriżulta mittrasferiment ta' proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru, meta dan ittrasferiment isir minn persuna residenti fi Stat Membru ieħor, għal piż fiskali akbar minn dak li jkun applikat għall-istess tip ta' tranżazzjoni fuq il-qligħ kapitali magħmul minn persuna residenti fl-Istat li fih tinsab il-proprjetà immobbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-prinċipji u l-libertajiet applikabbli</P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirreferi fid-domanda tagħha għall-Artikoli 12 KE, 18 KE, 39 KE, 43 KE u 56 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>B'hekk tqum il-kwistjoni jekk persuna taxxabbli li mhijiex residenti li tinsab f'sitwazzjoni bħal dik ta' E. Hollmann tistax tinvoka dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-Artikoli 39 KE u 43 KE, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li E. Hollmann ma biegħetx il-proprjetà immobbli tagħha li tinsab fil-Portugall, tranżazzjoni li tat lok għat-taxxa in kwistjoni fil-kawża prinċipali, sabiex teżerċita attività professjonali fit-territorju tal-Komunità u lanqas sabiex tistabbilixxi ruħha fi Stat Membru ieħor barra mill-Ġermanja sabiex teżerċita attività ekonomika.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8502"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 18 KE, ma jeżisti l-ebda element fid-deċiżjoni tar-rinviju li jippermetti li jiġi konkluż li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali biegħet il-proprjetà immobbli tagħha bil-għan li teżerċita d-dritt mogħti lilha minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-kuntest fattwali espost mill-qorti tar-rinviju, E. Hollmann, fil-kawża preżenti, ma tistax tinvoka l-Artikoli 18 KE, 39 KE u 43 KE (ara, f'dan issens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20061026">26 ta' Ottubru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-345/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-10633">C-345/05, Ġabra p. I-10633, punt 15</REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Artikolu 12 KE huwa intiż sabiex japplika b'mod awtonomu biss f'sitwazzjonijiet irregolati mid-dritt Komunitarju li fir-rigward tagħhom it-Trattat ma jipprovdix regoli speċifiċi kontra d-diskriminazzjoni (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20010308">8 ta' Marzu 2001</DATE>, Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/98+C-410/98" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-1727">C-397/98 u C-410/98, Ġabra p. I-1727, punt 38</REF.DOC.ECR>, u tas-<DATE ISO="20030626">26 ta' Ġunju 2003</DATE>, Skandia u Ramstedt, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-422/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-6817">C-422/01, Ġabra p. I-6817, punt 61</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, it-Trattat jipprovdi, b'mod partikolari fl-Artikolu 56 KE, regola specifika kontra d-diskriminazzjoni fil-qasam rilevanti tal-libertà ta' moviment tal-kapital (sentenza ta' l-<DATE ISO="20060110">10 ta' Jannar 2006</DATE>, Cassa di Risparmio di Firenze, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-222/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-289">C-222/04, Ġabra p. I-289, punt 99</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit jekk persuna taxxabbli bħalma hija E. Hollmann tistax tinvoka d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 56 KE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8503"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza jirriżulta li tranżazzjoni li tikkonċerna likwidazzjoni ta' investiment immobbli, bħal dik in kwistjoni fil-kawża principali, tammonta għal moviment tal-kapital (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="19990316">16 ta' Marzu 1999</DATE>, Trummer u Mayer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-222/97" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-1661">C-222/97, Ġabra p. I-1661, punt 24</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, tali tranżazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 56 KE u għalhekk huwa fuq dan il-bażi li hemm lok li tiġi eżaminata d-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-moviment liberu tal-kapital</P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi mfakkar li, minn naħa, skond ġurisprudenza kostanti, għalkemm it-tassazzjoni diretta taqa' taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri, huma madankollu għandhom jeżerċitaw din il-kompetenza b'osservanza tad-dritt Komunitarju (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20040907">7 ta' Settembru 2004</DATE>, Manninen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-319/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-7477">C-319/02, Ġabra p. I-7477, punt 19</REF.DOC.ECR>; ta' l-<DATE ISO="20060914">14 ta' Settembru 2006</DATE>, Centro di Musicologia Walter Stauffer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-386/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-8203">C-386/04, Ġabra p. I-8203, punt 15</REF.DOC.ECR>, u ta' l-<DATE ISO="20070524">24 ta Mejju 2007</DATE>, Holböck, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-157/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-4051">C-157/05, Ġabra p. I-4051, punt 21</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 56 KE jipprojbixxi kull restrizzjoni għall-moviment talkapital bejn l-Istati Membri, bla ħsara għall-ġustifikazzjonijiet previsti fl-Artikolu 58 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, hemm lok li jingħad li d-dispożizzjonijiet taċ-CIRS, ikkunsidrati flimkien, jipprovdu, fil-każ ta' qligħ kapitali magħmul mit-trasferiment b'titolu oneruż ta' proprjetà immobbli li tinsab fil-Portugall, regoli ta' tassazzjoni differenti skond jekk il-persuna taxxabbli hijiex residenti jew le f'dan l-Istat Membru.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8504"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>B'hekk, skond l-Artikolu 43(2) taċ-CIRS, l-ammont ta' qligħ kapitali magħmul minn persuni residenti mit-trasferimet tal-proprjetà immobbli fil-Portugall jittieħed in kunsiderazzjoni sa 50 % biss ta' dan l-ammont. Min-naħa l-oħra, għall-persuni li mhumiex residenti, iċ-CIRS jipprovdi li t-tassazzjoni ta' l-ammont ta' qligħ kapitali magħmul f'każ ta' trasferiment ta' l-imsemmija proprjetà tapplika fuq dan l-ammont kollu.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti taċ-CIRS, il-bażi ta' stima tal-qligħ kapitali magħmul mhijiex l-istess għall-persuni residenti u għall-persuni li mhumiex residenti. B'hekk, għall-bejgħ ta' l-istess proprjetà immobbli li tinsab fil-Portugall, f'każ li jkun hemm qligħ kapitali, il-persuni li mhumiex residenti huma suġġetti għal piż fiskali akbar minn dak applikat fuq il-persuni residenti u, b'hekk, jinsabu f'sitwazzjoni inqas favorevoli minn dawn ta' l-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, filwaqt li persuna li mhijiex residenti hija suġġetta għal rata ta' 25 % fuq bażi ta' stima li tirrappreżenta l-qligħ kapitali magħmul kollu, it-teħid in kunsiderazzjoni ta' nofs biss tal-bażi ta' stima tal-qligħ kapitali magħmul minn persuna residenti jippermetti lil din ta' l-aħħar sabiex tibbenefika sistematikament minn piż fiskali iżgħar f'dan ir-rigward, tkun xi tkun ir-rata ta' taxxa applikata fuq id-dħul tagħha kollu, peress li, skond l-osservazzjonijiet magħmula mill-Gvern Portugiż, it-taxxa fuq id-dħul tal-persuni residenti hija suġġetta għal rata progressiva fejn l-aktar rata għolja hija ta' 42 %.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali għadha l-effett li tagħmel anqas attraenti t-trasferiment ta' kapital għall-persuni li mhumiex residenti billi tiskoraġġihom milli jagħmlu investimenti fi proprjetà immobbli fil-Portugall u, b'hekk, tranżazzjonijiet relatati ma' dawn l-investimenti bħall-bejgħ ta' proprjetà immobbli.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8505"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-istabbiliment ta' bażi ta' stima ta' 50 % għall-qligħ kapitali magħmul minn persuni taxxabbli residenti fil-Portugall biss, u mhux minn persuni taxxabbli li mhumiex residenti, jammonta għal restrizzjoni għall-moviment tal-kapital projbita fl-Artikolu 56 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi eżaminat jekk din ir-restrizzjoni tistax tiġi ġġustifikata permezz tar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 58(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn din id-dispożizzjoni ta' l-aħħar, moqrija flimkien ma' l-Artikolu 58(3) KE, jirriżulta li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, distinzjoni bejn il-persuni taxxabbli residenti u l-persuni taxxabbli li mhumiex residenti sakemm din id-distinzjoni ma tammontax għal mezz ta' diskriminazzjoni arbitrala jew għal restrizzjoni mohbija fuq il-moviment liberu tal-kapital</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Kif diġà ġie stabbilit fil-punti 36 sa 38 tas-sentenza preżenti, l-Artikolu 43(2) taċ-CIRS essenzjalment jistabbilixxi inugwaljanza fit-trattament fiskali, bejn persuni residenti u persuni li mhumiex residenti, billi jipprovdi bażi ta' stima differenti fil-każ ta' qligħ kapitali magħmul mit-trasferiment ta' proprjetà immobbli li tinsab fil-Portugali</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, it-trattament inugwali awtorizzat mill-Artikolu 58(1)(a) KE għandu jiġi distint mid-diskriminazzjoni arbitrarja projbita mill-Artikolu 58(3) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, sabiex leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun tista tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mad-dispożizzjonijiet<?PAGE NO="I-8506"?> tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital, jeħtieġ li d-differenza fit-trattament tikkonċerna sitwazzjonijiet li mhumiex oġġettivament komparabbli jew li d-differenza tkun ġustifikata minn raġuni imperattiva ta' interess ġenerali (ara s-sentenzi Manninen, iċċitata iktar il fuq, punti 28 u 29; tat-<DATE ISO="20050908">8' ta Settembru 2005</DATE>, Blanckaert, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-512/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-7685">C-512/03, Ġabra p. I-7685, punt 42</REF.DOC.ECR>, u tad-<DATE ISO="20060119">19 ta' Jannar 2006</DATE>, Bouanich, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-265/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-923">C-265/04, Ġabra p. I-923, punt 38</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti, jeħtieġ li jiġi eżaminat, flewwel lok, jekk id-differenza fit-taxxa fuq id-dħul skond jekk il-qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment ta' proprjetà immobbli li tinsab fil-Portugall ikunx magħmul minn persuna residenti jew minn persuna li mhijiex residenti, tikkonċernax sitwazzjonijiet li mhumiex oġġettivament komparabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, il-Gvern Portugiż isostni li teżisti differenza fis-sitwazzjoni taż-żewġ kategoriji ta' persuni suġġetti għat-taxxa li tiġġustifika perfettament din id-differenza fit-trattament. Il-limitazzjoni tal-bażi ta' stima għal 50 % tista' tikkonċerna biss lill-persuni residenti peress li dawn ta' l-aħħar huma suġġetti għal rata progressiva fuq id-dħul globali tagħhom. Min-naħa l-oħra, il-persuni li mhumiex residenti jkunu ntaxxati biss fuq id-dħul tagħhom magħmul fit-territorju Portugiż. Fi kliem ieħor, il-mekkaniżmu previst minn leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali huwa maħsub sabiex ma jiġux ippenalizzati l-persuni residenti li huma suġġetti, kuntrarjament għall-persuni li mhumiex residenti, għal taxxa b'rata progressiva.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Minbarra dan, huwa jikkunsidra li d-differenza fit-trattament fiskali li tirriżulta millapplikazzjoni ta' bażi ta' stima differenti għall-persuni li mhumiex residenti għandha tiġi kkunsidrata flimkien mas-sistema ġenerali tat-taxxa fuq id-dħul applikabbli għall-persuni residenti u għall-persuni li mhumiex residenti.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Permezz ta' dan l-argument, il-Gvern Portugiż iqis li l-istabbiliment ta' bażi ta' stima differenti għall-persuni li mhumiex residenti, f'każ ta' qligħ kapitali, huwa ġustifikat<?PAGE NO="I-8507"?> fid-dawl tas-sistema ta taxxa fuq id-dħul, u b'mod partikolari fid-dawl tar-rata ta' taxxa differenti applikabbli għall-persuni residenti u għall-persuni li mhumiex residenti. Fil-fatt, għal ta l-ewwel, id-dħul taxxabbli jirriżulta mill-akkumulazzjoni tad-dħul taħt il-kategoriji differenti, inkluż għalhekk il-qligħ kapitali magħmul kull sena, suġġetta għal rata progressiva, filwaqt li għall-persuni li mhumiex residenti, iċ-CIRS tipprovdi għal rata speċjali proporzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Għandu jingħad li, fil-kawża prinċipali, l-ewwel nett, it-tassazzjoni tal-qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment ta proprjetà immobbli tikkonċerna kategorija waħda biss ta' dħul tal-persuni taxxabbli, irrispettivament minn jekk humiex residenti jew le, it-tieni nett, din it-tassazzjoni tikkonċerna ż-żewġ kategoriji ta' persuni taxxabbli u, it-tielet nett, l-Istat Membru fejn jorigina d-dħul taxxabbli huwa dejjem ir-Repubblika Portugiża.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, huwa importanti b'mod partikolari li jingħad, kif jirriżulta millpunt 38 tas-sentenza preżenti, li t-teħid in kunsiderazzjoni tan-nofs tal-bażi ta' stima tal-qligħ kapitali magħmul minn persuna residenti, flimkien mal-fatt li t-tassazzjoni tad-dħul ta' din il-persuna hija suġġetta għal rata progressiva fejn l-aktar rata għolja hija ta 42 %, iwassal, fl-istess kundizzjonijiet ta' tassazzjoni għal persuni li mhumiex residenti, għal tassazzjoni akbar ta' dawn ta' l-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-allegazzjoni mressqa f'dan il-każ mill-Gvern Portugiż ma tistax tiġi aċċettata.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li oġġettivament ma teżisti ebda differenza fis-sitwazzjoni bejn iż-żewġ kategoriji ta persuni taxxabbli ta' natura tali li tiġġustifika trattament fiskali inugwali għal dak li jikkonċerna t-tassazzjoni tal-qligħ kapitali. B'hekk, sitwazzjoni bhal dik ta' E. Hollmann hija komparabbli ma' dik ta' persuna residenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8508"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, tistabbilixxi trattament fiskali inugwali fil-konfront ta' persuni li mhumiex residenti safejn tippermetti, f'każ li jsir qligħ kapitali, tassazzjoni akbar u b'hekk piż fiskali akbar minn dak impost fuq il-persuni residenti f'sitwazzjoni oġġettivament komparabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna, fit-tieni lok, il-ġustifikazzjonijiet ibbażati fuq raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali, il-Gvern Portugiż invoka l-ħtieġa li tiġi ggarantita l-koerenza tas-sistema fiskali nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-bżonn li tiġi mħarsa l-koerenza ta' sistema fiskali jista' jiġġustifika restrizzjoni għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat Madankollu, sabiex argument ibbażat fuq tali ġustifikazzjoni jkun jista' jirnexxi, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-eżistenza ta' rabta diretta bejn il-vantaġġ fiskali kkonċernat u t-tpaċija ta' dan il-vantaġġ permezz ta' impożizzjoni fiskali determinata (sentenza tat-<DATE ISO="20060223">23 ta' Frar 2006</DATE>, Keller Holding, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-471/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-2107">C-471/04, Ġabra p. I-2107, punt 40</REF.DOC.ECR>, u tad-<DATE ISO="20070329">29 ta' Marzu 2007</DATE>, Rewe Zentralfinanz, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-347/04" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-2647">C-347/04, Ġabra p. I-2647, punt 62</REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, il-Gvern Portugiż isostni li għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni l-għan u l-loġika tas-sistema tat-taxxa fir-rigward tal-qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment ta' proprjetà immobbli. F'dan ir-rigward, is-sistema fiskali in kwistjoni għandha bħala għan li tevita li tippenalizza lill-persuni residenti, fil-kuntest tat-tassazzjoni tal-qligħ kapitali, minħabba l-applikazzjoni ta' rata progressiva fir-rigward tagħhom. Essenzjalment, teżisti rabta diretta, għall-persuni residenti, bejn il-vantaġġ fiskali li jirriżulta mill-bażi ta' stima mnaqqsa b'nofs għat-tassazzjoni tal-qligħ kapitali u r-rata ta' tassazzjoni progressiva applikabbli għad-dħul kollu tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8509"?><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżulta mill-punt 38 tas-sentenza preżenti, il-vantaġġ fiskali mogħti lillpersuni residenti, li jikkonsisti fi tnaqqis ta' nofs il-bażi ta' stima tal-qligħ kapitali, jeċċedi fi kwalunkwe każ il-korrispettiv tiegħu, li jikkonsisti fl-applikazzjoni ta' rata progressiva għat-tassazzjoni tad-dħul tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Għalhekk, ma jistax ikun hemm rabta diretta bejn l-imsemmi vantaġġ u t-tpaċija tiegħu permezz ta' impożizzjoni fiskali determinata.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi kkunsidrat li r-restrizzjoni li tirriżulta mil-leġiżlazzjoni fiskali in kwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax tiġi ġġustifikata mill-bżonn li tiġi ggarantita l-koerenza tas-sistema fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-tweġiba għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, tissuġġetta l-qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment ta' proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru, fdan il-każ partikolari l-Portugall, fejn dan it-trasferiment isir minn persuna residenti fi Stat Membru ieħor, għal piż fiskali akbar minn dak li jkun applikat għal din l-istess tip ta' tranżazzjoni fuq il-qligħ kapitali magħmul minn persuna residenti fl-Istat li fih tinsab din il-proprjetà immobbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8510"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><P>L-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, tissuġġetta l-qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment ta' proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membra, f'dan il-każ partikolari l-Portugall, fejn dan it-trasferiment isir minn persuna residenti fi Stat Membra ieħor, għal piż fiskali akbar minn dak li jkun applikat għal din l-istess tip ta' tranżazzjoni fuq il-qligħ kapitali magħmul minn persuna residenti fl-Istat li fih tinsab din il-proprjetà immobbli.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>