Official Journal L 262 , 21/10/1993 P. 0024 - 0025
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0003
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2866/93 ta' l-20 ta’ Ottubru 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1756/93 li jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi operattivi għar-rata tal-kambju agrikolu applikabbli għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru No 3813/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 dwar l-unità ta’ kontijiet u r-rati tal-kambju li għandhom jiġu wżati għall-iskopijiet tal-istrateġija agrikola komuni [1], u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1756/93 [2] bi żball naqas milli jħassar l-aħħar sentenza tal-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 625/78 tat-30 ta’ Marzu 1978 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-użu għall-ħażna pubblika tat-trab tal-ħalib xkumat [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2270/91 [4], u l-aħħar parti tas-sentenza fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 24(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 685/69 tal-14 ta’ April 1969 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni għall-intervent fis-suq tal-butir u tal-krema [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1756/93 [6]; billi dawn in-nuqqasijiet għandhom għaldaqstant jiġu rettifikati; Billi r-Regolament (KEE) Nru 1756/93 għandu l-għan li jistabbilixxi b’mod preċiż r-rata tal-kambju agrikolu li għandha tintuża għall-ammonti kollha li huma stabbiliti f’ecu fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib; billi dak ir-Regolament għandu għaldaqstant jiġi emendat sabiex jistabillixi ċ-ċirkostanzi operattivi għall-ammonti referuti fl-Artikolu 3(3)(a) u (b) u fl-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1107/68 tas-27 ta’ Lulju 1968 dwar ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-interventi fis-suq tal-ġobon Grana Pardano u Parmigiano-Reggiano [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2441/93 [8]; Billi ċ-ċirkostanzi operattivi għar-rata tal-kambju li għandha titħaddem għall-konverżjoni f’munita nazzjonali tas-somma referuta fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2742/90 tas-26 ta’ Settembru 1990 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2204/90 [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE)Nru 2146/92 [10], referut fil-punt 5 tal-Parti D ta’ l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 1756/93 hija d-data tal-pagament ta’ l-ammont f’dan il-każ; billi l-għan ta’ dik id-dispożizzjoni huwa li jippenalizza l-użu mhux awtorizzat tal-kaseini u l-kaseinati; billi dak l-għan għandu jittieħed bħala miksub fil-waqt li jinstab li jkun sar ksur ta’ dik id-dispożizzjoni; billi ċ-ċirkostanzi operattivi għandhom għaldaqstant jiġu emendati kif jixraq; Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Halib u l-Prodotti tal-Ħalib ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 1756/93 huwa emendat kif ġej: 1. fl-Artikolu 3(1), dawn l-inċiżi li ġejjin huma miżjuda: "— l-aħħar sentenza ta’ l-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(5) tar-Regolament (KEE) Nru 625/78, — l-aħħar sentenza fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 24(4) tar-Regolament (KEE) Nru 685/69.’;" 2. dan li ġej huwa miżjud mal-punt 1 tal-Parti D ta’ l-Anness: "Ammonti kkonċernati | Rata ta' konverżjoni agrikola għandha tintbagħat | D.L-ispejjes tal-ħażna referuti fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(3) ID="02" | Ir-rata tal-kambju agrikolu li tapplika fid-data meta tinbidel it-tmexxija skond it-tifsira mogħtija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 3(3) ID="01" | E.Il-Prezz offrut u milqugħ fil-proċess tas-sejħa għall-offerti referut fl-Artikolu 8(2)(c) ID="02". | Ir-rata tal-kambju agrikolu applikabbli fid-data tal-pagament'" | 3. fil-punt 5 tal-Parti D ta’ l-Anness, ‘Ir-rata tal-kambju agrikolu applikabbli fil-jum tal-pagament’ hija mibdula bi ‘r-rata tal-kambju agrikolu applikabbli fl-ewwel jum tax-xahar meta jinstab li jkun sar il-ksur’. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-sebgħa jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. B’danakollu, l-punt 1 ta’ l-Artikolu 1 japplika mill-1 ta’ Lulju 1993. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Ottubru 1993. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 387, tal-31.12.1992, p. 1. [2] ĠU L 161, tat-2.7.1993, p. 48. [3] ĠU L 84, tal-31.3.1978, p. 19. [4] ĠU L 208, tat-30.7.1991, p. 35. [5] ĠU L 90, tal-15.4.1969, p. 12. [6] ĠU L 161, tat-2.7.1993, p. 48. [7] ĠU L 184, tad-29.7.1968, p. 29. [8] ĠU L 224, tat-3.9.1993, p. 5. [9] ĠU L 264, tas-27.9.1990, p. 20. [10] ĠU L 214, tat-30.7.1992, p. 23. --------------------------------------------------