19.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 97/2009

tal-25 ta’ Settembru 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2008/68/KE tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 94/55/KE (3), 96/49/KE (4), 96/35/KE (5) u d-Direttiva 2000/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), li huma inkorporati fil-Ftehim u li konsegwentament għandhom jiġu emendati taħt il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Dan il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 13b (id-Direttiva 2000/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“13c.

32008 L 0068: Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).”

(2)

L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 47a (id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32008 L 0068: Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-24 ta’ Settembru 2008 (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).”

(3)

It-test tal-punti 13a (id-Direttiva tal-Kunsill 96/35/KE), 13b (id-Direttiva 2000/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 17e (id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE) u 42b (id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE) għandu jitħassar.

Artikolu 2

Id-dokumenti tad-Direttiva 2008/68/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Settembru 2009, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)   ĠU L 277, 22.10.2009, p. 37.

(2)   ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.

(3)   ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7.

(4)   ĠU L 235, 17.9.1996, p. 25.

(5)   ĠU L 145, 19.6.1996, p. 10.

(6)   ĠU L 118, 19.5.2000, p. 41.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.