<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑225/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0225</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:645">EU:C:2016:645</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20160908">8.9.2016</DATE> – KAWŻA C‑225/15</P><P>POLITANO'</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 49 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ stabbiliment</KEYWORD><KEYWORD>Logħob tal-azzard</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni f’sejħa għall-offerti u evalwazzjoni tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni ta’ offerent għal nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ ċertifikazzjonijiet tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja maħruġa minn żewġ stabbilimenti bankarji</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/18/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 47</KEYWORD><KEYWORD>Applikabbiltà</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑225/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa minn Tribunale di Reggio Calabria (qorti tar-Reġjun ta’ Reggio Calabria, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150228">28 ta’ Frar 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20150515">15 ta’ Mejju 2015</DATE>, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Domenico Politanò,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President ta’ Awla, C. Toader (Relatur), A. Rosas, A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: L. Carrasco Marco, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20160403">3 ta’ April 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Domenico Politanò, minn D. Agnello u D. Neto, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn C. Colelli, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn M. Jacobs u L. Van den Broeck, bħala aġenti, assistiti minn P. Vlaemminck, R. Verbeke u B. Van Vooren, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Möller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Montaguti u H. Tserepa-Lacombe, kif ukoll minn A. Tokár, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE, il-prinċipji tal-ugwaljanza fit-trattament u l-effettività kif ukoll l-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mressqa kontra Domenico Politanò minħabba ksur tal-leġiżlazzjoni Taljana li tirregola l-ġbir tal-imħatri.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont tal-Artikolu 1(2)(a) u (d) u (4) tad-Direttiva 2004/18:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kuntratti pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> huma kuntratti għall-interess tal-flus konklużi bil-miktub bejn wieħed jew aktar operaturi ekonomiċi u li għandhom bħala objettiv tagħhom l-esekuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvista tal-prodotti jew il-disposizzjoni tas-servizzi fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Kuntratti għal servizzi pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> huma kuntratti pubbliċi barra kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi jew kuntratti għall-provvisti li għandhom bħala għan il-disposizzjoni tas-servizzi riferuti għalihom fl-Anness II.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="001.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Konċessjoni tas-servizz<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> huwa kuntratt ta’ l-istess tip bħal kuntratt għas-servizz pubbliku minbarra l-fatt illi l-konsiderazzjoni għall-disposizzjoni tas-servizzi jikkonsisti jew waħdu fid-dritt li jesplojta s-servizz jew f’dan id-dritt kif ukoll bi ħlas.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Konċessjonijiet ta’ servizz<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizz kif definit fl-Artikolu 1(4).<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 47 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Stabilità ekonomika u finanzjarja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprevedi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="047.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Prova ta’ l-istabilità ekonomika u finanzjarja ta’ l-operatur ekonomiku tista’, bħala regola ġenerali, tkun fornuta minn waħda jew aktar mir-riferenzi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>dikjarazzjonijiet xierqa minn banek jew, fejn ikun xieraq, evidenza ta’ assigurazzjoni professjonali rilevanti tal-indennizz għar-riskju;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-preżentazzjoni ta’ karti tal-bilanċ jew ta’ estratti mill-karti tal-bilanċ, fil-każijiet fejn il-pubblikazzjoni tal-karti tal-bilanċ hija meħtieġa mil-leġislazzjoni tal-pajjiż fejn l-operatur ekonomiku huwa stabbilit;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>dikjarazzjoni li tikkonċerna d-dħul globali u, jekk ikun il-każ id-dħul fil-qasam kopert mill-kuntratt, għal massimu tal-aħħar tliet snin finanzjarji disponibbli skont id-data ta’ ħolqien tal-intrapriża jew mill-bidu tal-attivitajiet tal-operatur ekonomiku, safejn l-informazzjoni dwar dan id-dħul tkun disponibbli.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="047.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Operatur ekonomiku jista’, fejn xieraq u għal xi kuntratt partikolari, joqgħod fuq il-ħiliet ta’ entitajiet oħrajn, bla rigward għan-natura legali tar-rabtiet li hi għandha magħhom. Huwa għandu f’dak il-każ jipprova lill-awtorità kontrattwanti [kontraenti] li se jkollu għad-disposizzjoni tiegħu ir-riżorsi neċessarji, per eżempju, billi jipproduċi garanzija minn dawk l-entitajiet għal dak l-effett.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="047.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Taħt l-istess kondizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif sar riferiment għalih fl-Artikolu 4 jista’ joqgħod fuq il-ħiliet ta’ parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħrajn.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="047.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Awtoritajiet kontrattwanti [kontraenti] għandhom jispeċifikaw, fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istedina għal offerta, liema referenza jew riferenzi imsemmijin fil-paragrafu 1 ikunu għażlu u liema riferenzi oħra għandhom ikunu provduti</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="047.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, għal kull raġuni valida, l-operatur ekonomiku ma jkunx jista’ jipprovdi r-riferenzi mitluba mill-awtorità kontrattwanti [kontraenti], huwa jista’ jipprova l-istabilità ekonomika u finanzjarja tiegħu bi kull dokument ieħor li l-awtorità kontrattwanti [kontraenti] tqis bħala xieraq.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/18 tħassret bid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 65</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(9g) u (9h) tad-decreto-legge n. 16 – Disposizioni urgenti in materia di semplificazioni tributarie, di efficientamento e potenziamento delle procedure di accertamento (Digriet leġiżlattiv Nru 16 li jipprevedi dispożizzjonijiet urġenti fil-qasam tas-simplifikazzjoni fiskali, it-titjib tal-effikaċità u tar-rinfurzar tal-proċeduri ta’ kontroll) tat-<DATE ISO="20120302">2 ta’ Marzu 2012</DATE> (GURI Nru 52, tat-<DATE ISO="20120302">2 ta’ Marzu 2012</DATE>, p. 1), li sar liġi, wara emendi, permezz tal-Liġi Nru 44, tas-<DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 99 tat-<DATE ISO="20120428">28 ta’ April 2012</DATE>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Digriet leġiżlattiv tal-2012<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Fil-kuntest ta’ riorganizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-logħob pubbliku, inkluż dak fil-qasam tal-imħatri fuq l-avvenimenti sportivi, inklużi t-tiġrijiet taż-żwiemel u avvenimenti mhux sportivi, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-imsemmija riorganizzazzjoni, permezz tal-ewwel allinjament temporali tal-iskadenzi tal-liċenzji li l-għan tagħhom huwa l-ġbir tal-imħatri inkwistjoni, fil-waqt li jiġi osservat ir-rekwiżit tal-adattament tar-regoli nazzjonali tal-għażla tal-persuni li, għall-Istat, jiġbru l-imħatri fuq avvenimenti sportivi, inklużi t-tiġrijiet taż-żwiemel, u mhux sportivi, skont il-prinċipji stabbiliti mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fis-<DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, fil-kawżi [li taw lok għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Costa u Cifone</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑72/10 u C‑77/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:80">EU:C:2012:80</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Għal dan il-għan, fid-dawl tal-iskadenza li jmiss ta’ grupp ta’ liċenzji għall-ġbir tal-imsemmija mħatri, l-Amministrazzjoni<?PAGE NO="4"?> Awtonoma tal-Monopolji tal-Istat (l-ADM) għandha torganizza immedjatament u, fi kwalunkwe każ, sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20120731">31 ta’ Lulju 2012</DATE>, sejħa għal offerti għas-selezzjoni tal-persuni li jiġbru l-imsemmija mħatri b’osservanza, minn tal-inqas, tal-kriterji segwenti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>possibbiltà ta’ parteċipazzjoni għall-persuni li diġà jeżerċitaw attività ta’ ġbir ta’ mħatri f’wieħed mill-Istati taż-Żona Ekonomika Ewropea, fejn ikollhom is-sede legali u operattiva tagħhom, fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni valida u effettiva maħruġa skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-ordinament ġuridiku tal-imsemmi Stat u li jkollhom ukoll il-kwalitajiet ta’ onorabbiltà u ta’ affidabbiltà kif ukoll il-kwalitajiet ekonomiċi u patrimonjali indikati mill-Amministrazzjoni awtonoma tal-monopolji tal-Istat, b’teħid inkunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet f’dan il-qasam imsemmija fil-Liġi Nru 220 , tat-<DATE ISO="20101213">13 ta’ Diċembru 2010</DATE>, u fid-Digriet-Liġi Nru 98, tas-<DATE ISO="20110706">6 ta’ Lulju 2011</DATE>, mibdul f’liġi, b’emendi, bil-Liġi Nru 111, tal-<DATE ISO="20110715">15 ta’ Lulju 2011</DATE>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għoti ta’ liċenzji, validi sat-<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, għall-ġbir, esklużivament f’netwerk fiżiku, ta’ mħatri fuq avvenimenti sportivi, inklużi t-tiġrijiet taż-żwiemel, u mhux sportivi, fi ħdan aġenziji, sa massimu ta’ <FT TYPE="NUMBER">2000</FT>, li jkollhom bħala attività esklużiva l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti ta’ logħob pubbliku, mingħajr limitazzjoni fir-rigward tad-distanzi minimi bejn dawn l-aġenziji jew fir-rigward ta’ postijiet oħra ta’ ġbir, li huma diġà attivi, ta’ mħatri identiċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>previżjoni, bħala parti mill-prezz, ta’ valur bażiku tal-kuntratt ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">11000</FT> għal kull aġenzija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>konklużjoni ta’ kuntratt ta’ liċenzja li l-kontenut tiegħu jkun konformi ma’ kull prinċipju ieħor stabbilit fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-<DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet nazzjonali kompatibbli fis-seħħ fil-qasam tal-logħob pubbliku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>possibbiltà li l-aġenziji jiġu operati fi kwalunkwe komun jew provinċja, mingħajr limiti numeriċi fuq bażi territorjali u mingħajr kundizzjonijiet favorevoli għad-detenturi ta’ liċenzja diġà awtorizzati sabiex jiġbru mħatri identiċi jew li jistgħu, fi kwalunkwe każ, ikunu favorevoli għal dawn tal-aħħar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>stabbiliment ta’ garanziji koerenti mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24 tad-Digriet-Liġi Nru 98, tas-<DATE ISO="20110706">6 ta’ Lulju 2011</DATE>, mibdul f’liġi, b’emendi, bil-Liġi Nru 111, tal-<DATE ISO="20110715">15 ta’ Lulju 2011</DATE>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><PARAG IDENTIFIER="010.009B"><NO.PARAG>9h</NO.PARAG><ALINEA>Id-detenturi ta’ liċenzja għall-ġbir tal-imħatri msemmija fil-paragrafu 9g, li l-liċenzja tagħhom tiskadi fit-<DATE ISO="20120630">30 ta’ Ġunju 2012</DATE>, għandhom ikomplu jeżerċitaw l-attivitajiet ta’ ġbir tagħhom sad-data tal-konklużjoni tal-kuntratti ta’ liċenzja mogħtija skont il-paragrafu ċċitat. Għandhom jitħassru l-paragrafi 37 u 38 tal-Artikolu 24 tad-Digriet-Liġi Nru 98, tas-<DATE ISO="20110706">6 ta’ Lulju 2011</DATE>, mibdul f’liġi, b’emendi, bil-Liġi Nru 111, tal-<DATE ISO="20110715">15 ta’ Lulju 2011</DATE>, l-ittra (e) tal-paragrafu 287 tal-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 311, tat-<DATE ISO="20041230">30 ta’ Diċembru 2004</DATE>, kif ukoll l-ittra (e) tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 38 tad-[Digriet-Liġi Nru 223, tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, li jipprevedi dispożizzjonijiet urġenti għall-irkupru ekonomiku u soċjali, għall-kontroll u għar-razzjonalizzazzjoni tal-ispejjeż pubbliċi, u li jipprevedi interventi fil-qasam tad-dħul fiskali u tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali], mibdul f’liġi, wara li sarulu emendi, bil-Liġi Nru 248, tal-<DATE ISO="20060804">4 ta’ Awwissu 2006</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Konformement mad-dispożizzjonijiet tad-Digriet leġiżlattiv tal-2012, tnedew proċeduri għal sejħa għall-offerti, mill-awtoritajiet Taljani matul l-2012. L-Artikolu 3.2 tar-regoli amministrattivi għal-għoti ta’ konċessjonijiet u ta’ ffirmar ta’ konvenzjonijiet annessi mal-avviż tal-kuntratt li jikkorrispondi (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>avviż tal-kuntratt Monti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) jimponi obbligu fuq offerenti li ilhom inqas minn sentejn stabbiliti u li d-dħul globali tagħhom marbut mal-attività ta’ operaturi tal-logħob kien inqas minn żewġ miljun Euro matul l-aħħar sentejn, sabiex jippreżentaw dikjarazzjonijiet xierqa maħruġa minn tal-inqas żewġ stabbilimenti bankarji, sabiex jippruvaw il-kapaċità ekonomika u finanzjarja tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/18 ġiet trasposta fl-ordinament ġuridiku Taljan permezz tad-decreto legislativo n. 163 – Codice dei contratti pubblici relativi a lavori, servizi e forniture in attuazione delle direttive 2004/17/CE e 2004/18/CE (id-digriet leġiżlattiv Nru 163/2006, li jistabbilixxi l-Kodiċi tal-kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal servizzi u għal provvisti b’applikazzjoni tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE tat-<DATE ISO="20060412">12 ta’ April 2006</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 100, tat-<DATE ISO="20060502">2 ta’ Mejju 2006</DATE>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 41 tal-imsemmi digriet leġiżlattiv, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex tiġi ppruvata l-kapaċità ekonomika u finanzjarja rikjesta għall-eżekuzzjoni tal-liċenzja huma speċifikati mill-awtorità kontraenti. Madankollu, skont l-istess artikolu, l-offerent li, għal raġunijiet iġġustifikati, mhux f’pożizzjoni li jippreżenta r-referenzi bankarji jew ta’ kontabbiltà rikjesti, jista’ jipprova l-kapaċità ekonomika u finanzjarja permezz ta’ kwalunkwe dokument ieħor meqjus bħala xieraq mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150206">6 ta’ Frar 2015</DATE>, wara kontroll fil-ħanut kummerċjali li jġib l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Betuniq <QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> li jinsab f’Polistena (l-Italja) immexxi minn D. Politanò u li hu affiljat mal-kumpannija Maltija UniqGroup Ltd, it-tim ta’ pulizija tal-amministrazzjoni tal-Questura di Reggio Calabria (prefettura tal-pulizija tar-Reġjun ta’ Reggio Calabria, l-Italja) ikkonstataw li l-attività tal-ġbir ta’ mħatri kienet qed issir mingħajr konċessjoni maħruġa minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Minħabba dan il-fatt, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150213">13 ta’ Frar 2015</DATE>, il-Giudice per le indagini preliminari tat-Tribunale di Palmi (imħallef inkwerenti tal-qorti ta’ Palmi, l-Italja) ordna s-sekwestru preventiv tal-assi użati għall-imsemmija attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Sussegwentement għal din id-deċiżjoni, D. Politanò ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju li jinvoka l-inkompatibbiltà ta’ ċertu klawżoli tal-avviż tal-kuntratt Monti mal-Artikoli 49 u 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Għalhekk, skont ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, l-attività tiegħu ma tikkostitwixxix ksur, peress li l-ġbir ta’ mħatri fuq l-avvenimenti sportivi għall-UniqGroup, għandu jiġi kkunsidrat bħala legali, sa fejn il-leġiżlazzjoni interna hija kontra l-Artikoli 49 u 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Huwa jsostni f’dan ir-rigward li UniqGroup kienet ġiet eskluża mis-sejħa għall-offerti mnedija fl-2012, minħabba li ma ppreżentatx żewġ ċertifikazzjonijiet tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja maħruġa minn żewġ stabbilimenti bankarji differenti, kif jeżiġi l-Artikolu 3.2 tar-regoli amministrattivi annessi mal-avviż tal-kuntratt Monti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, proċedura ta’ sejħa għall-offerti li fiha jikkompetu l-operaturi tal-logħob tal-flus stabbiliti f’diversi Stati Membri, bħal dik fil-kawża prinċipali, neċessarjament kellha tosserva l-prinċipju li jirriżulta mill-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/18, li jipprevedi l-possibbiltà li tiġi evalwata l-kapaċità ekonomika u finanzjarja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>bi kull dokument ieħor li l-awtorità kontrattwanti [kontraenti] tqis bħala xieraq<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Id-definizzjoni mill-awtoritajiet Taljani ta’ kundizzjonijiet ta’ parteċipazjoni stretti għall-proċedura ta’ sejħa għall-offerti kellhom jiġu rrikonċiljati mal-prinċipju tal-aktar parteċipazzjoni wiesgħa possibbli fis-sejħa għall-offerti, dawk kollha interessati kellhom jiggarantixxu l-possibbiltà li jiġġustifikaw il-kapaċità ekonomika u finanzjarja tagħhom b’kull dokument ieħor barra dawn mitluba mill-awtorità kontrattwanti [kontraenti], meqjus xieraq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, minn dan isegwi li dawn l-awtoritajiet kellhom jindikaw espressament il-kriterji l-oħra kkunsidrati bħala xierqa u utli sabiex tiġi ppruvata l-kapaċità ekonomika u finanzjarja rikjesta, sabiex kull offerenti, ikun jista’ fi kwalunkwe każ, jiġġustifikaha b’mod effikaċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Issa, din il-qorti tqis li, ir-regoli amministrattivi annessi mal-avviż tal-kuntratt Monti ma ppermettewx lill-UniqGroup sabiex tipprova b’mod ieħor barra permezz tal-produzzjoni ta’ dokumenti li huma speċifikati l-kapaċità ekonomika u finanzjarja tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li t-Tribunale di Reggio Calabria (qorti tar-reġjun ta’ Reggio Calabria, l-Italja) ddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 49 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-logħob tal-ażżard li, għall-għoti ta’ konċessjonijiet, tipprevedi proċedura ta’ sejħa għal offerti ġdida (hekk kif irregolata mill-Artikolu [10](9g) [tad-Digriet leġiżlattiv tal-2012]) li, mingħajr ma tipprevedi f’dan ir-rigward għal kriterji oħra minbarra r-rekwiżit ta’ żewġ referenzi bankarji li ġejjin minn żewġ stabbilimenti finanzjarji differenti, tinkludi klawżola ta’ esklużjoni li teskludi mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti impriżi li ma għandhomx kapaċità ekonomika u finanzjarja</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/18/KE […] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-logħob tal-ażżard li, għall-għoti ta’ konċessjonijiet, tipprevedi proċedura ta’ sejħa għal offerti ġdida (hekk kif irregolata mill-Artikolu [10] (9g) [tad-Digriet leġiżlattiv tal‑2012]) li, mingħajr ma tipprevedi f’dan ir-rigward dokumentazzjoni jew għażliet oħra, kif previst fil-leġiżlazzjoni sopranazzjonali, [tinkludi klawżola ta’ esklużjoni li teskludi mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti impriżi] li ma għandhomx kapaċità ekonomika u finanzjarja?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Gvern tal-Italja u fir-rigward tat-tieni domanda, il-Kummissjoni, iqisu li t-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tiġi ddikjarata inammissibbli, minħabba li d-deċiżjoni tar-rinviju ma esponietx biżżejjed il-kuntest fattwali li jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tipprovdi risposta utli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali li hija tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha, u li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi dwar talba mressqa minn qorti nazzjonali biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Stanley International Betting u Stanleybet Malta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑463/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:25">EU:C:2015:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta wkoll li l-ħtieġa li tingħata interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun utli għall-qorti nazzjonali teżiġi li dik il-qorti tiddefinixxi l-kuntest fattwali u leġiżlattiv tad-domandi magħmula minnha jew li, minn tal-inqas, tispjega s-sitwazzjonijiet fattwali li fuqhom ikunu bbażati dawn id-domandi. Min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tar-rinviju għandha tindika r-raġunijiet preċiżi li wasslu lill-qorti nazzjonali sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u<?PAGE NO="7"?> sabiex tqis neċessarju li tagħmel domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150122">22 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Stanley International Betting u Stanleybet Malta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑463/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:25">EU:C:2015:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat li r-rekwiżiti mfakkra fil-punti 22 u 23 ta’ din is-sentenza jistgħu jkunu iktar faċilment issodisfatti meta t-talba għal deċiżjoni preliminari tidħol f’kuntest magħruf ħafna (ara, b’mod partikolari, id-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>3D I</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑107/14</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2117">EU:C:2014:2117</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, minn naħa waħda, din tiddeskrivi b’biżżejjed kjarezza u preċiżjoni l-kuntest legali u fattwali tal-kawża prinċipali u li, min-naħa, l-indikazzjonijiet li fiha jippermettu li tiġi ddeterminata l-portata tad-domandi magħmula, kif jixhdu għalhekk l-osservazzjonijiet bil-miktub ta’ diversi gvernijiet u tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata l-ewwel, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/18 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi lill-operaturi li jixtiequ li jressqu offerta fil-kuntest ta’ sejħa għall-offerti fir-rigward tal-għoti ta’ konċessjonijiet fil-qasam tal- logħob u tal-imħatri, l-obbligu li jipproduċu l-prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tagħhom permezz ta’ dikjarazzjonijiet maħruġa minn tal-inqas żewġ stabbilimenti bankarji, mingħajr ma jiġi permess li din il-kapaċità tiġi stabbilita minn xi dokument ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi eżaminat jekk l-imsemmija direttiva hijiex applikabbli f’kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li d-Direttiva 2004/18 tirrigwarda l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u mhux dawk li jirrigwardaw il-konċessjonijiet ta’ servizzi, peress li dawn tal-aħħar huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva skont l-Artikolu 17 tagħha. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tal-aħħar teskludi espressament il-konċessjonijiet ta’ servizzi, li huma ddefiniti fl-Artikolu 1(4) ta’ din id-direttiva bħala li għandhom l-istess karatteristiċi tal-kuntratti pubbliċi għal servizzi, bl-eċċezzjoni tal-fatt li l-korrispettiv tas-servizz jikkonsisti jew biss fid-dritt tal-operar tas-servizz, jew f’dan id-dritt flimkien ma’ ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, mill-paragun bejn id-definizzjonijiet ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi u konċessjoni għal servizzi, ipprovduti, rispettivament, mill-Artikolu 1(2)(a) u (d) u mill-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2004/18, jirriżulta li d-differenza bejn kuntratt għal servizzi u konċessjoni għal servizzi tinsab fil-korrispettiv tal-provvista ta’ servizzi. Il-kuntratt għal servizzi jinvolvi korrispettiv, li ma huwiex l-uniku, li jitħallas direttament mill-awtorità kontraenti lill-fornitur ta’ servizzi, filwaqt li, fil-każ ta’ konċessjoni għal servizzi, il-korrispettiv tal-provvista ta’ servizzi jikkonsisti fid-dritt tal-operat tas-servizz, jew waħdu, jew flimkien ma’ ħlas (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Privater Rettungsdienst und Krankentransport Stadler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:130">EU:C:2011:130</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra dan, minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li jekk il-metodu ta’ remunerazzjoni huwa għalhekk wieħed mill-elementi determinanti sabiex tiġi kklassifikata konċessjoni għal servizzi, tali konċessjoni għal servizzi timplika li l-konċessjonarju jassumi r-riskju marbut mat-twettiq tas-servizzi inkwistjoni u li n-nuqqas ta’ trasferiment lill-fornitur tar-riskju marbut mal-provvista ta’ servizzi jindika li<?PAGE NO="8"?> t-tranżazzjoni msemmija tikkostitwixxi kuntratt pubbliku għal servizzi u mhux konċessjoni għal servizzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Privater Rettungsdienst und Krankentransport Stadler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:130">EU:C:2011:130</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, kif ġie rrilevat mill-Avukat Ġenerali fil-punt 51 tal-Konklużjonijiet tiegħu, tal-kawża prinċipali, dak li jipprovdi s-servizz, minn naħa, ma jirċivix remunerazzjoni mingħand l-awtorità kontraenti u, min-naħa l-oħra, iġorr ir-riskju kollu marbut mal-eżerċitar tal-attività tal-ġbir u t-tqassim tal-imħatri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li konċessjoni dwar l-organizzazzjoni ta’ mħatri, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tistax tiġi kklassifikata bħala kuntratt pubbliku għal servizzi fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda għandha tkun li l-imsemmija direttiva u b’mod partikolari, l-Artikolu 47 tagħha, għandhom jiġu interpretati f’dan is-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-konċessjonijiet fil-qasam tal-logħob tal-azzard, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li jekk, ċertament, il-qorti tar-rinviju rreferiet, fil-kliem tal-ewwel domanda, għall-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività, d-deċiżjoni ta’ rinviju ma fiha ebda spjegazzjoni fuq ir-raġunijiet li wasslu lill-imsemmija qorti li tistaqsi fuq l-interpretazzjoni ta’ dawn il-prinċipji fil-kuntest tal-kawża prinċipali lanqas fuq ir-rabta bejn dawn il-prinċipji u l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 49 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi, fuq l-operaturi li jixtiequ jressqu offerta ta’ sejħa għall-offerti fir-rigward tal-għoti ta’ konċessjonijiet fil-qasam ta’ logħob u ta’ imħatri, fir-rigward tal-għoti ta’ konċessjonijiet fil-qasam tal-imħatri u logħob, l-obbligu li jipproduċu l-prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tagħhom permezz ta’ dikjarazzjonijiet maħruġa minn tal-inqas żewġ stabbilimenti bankarji, mingħajr ma jiġi permess li din il-kapaċità tiġi stabbilita b’xi mod ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hija ġurisprudenza stabbilita li għandhom jitqiesu li huma restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment u/jew għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi dawk il-miżuri kollha li jipprojbixxu, jostakolaw jew jagħmlu inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertajiet iggarantiti mill-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150122">22 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Stanley International Betting u Stanleybet Malta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑463/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:25">EU:C:2015:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Dispożizzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ attività ekonomika għall-kisba ta’ konċessjoni u tissuġġetta lill-offerenti għall-obbligu li jipproduċu dikjarazzjonijiet maħruġa minn żewġ operaturi bankarji distinti, tista’ tiddisswadi lill-operaturi ekonomiċi milli jipparteċipaw għal proċedura ta’ sejħa għall-offerti u tista’, għaldaqstant, tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jitfakkar li l-leġiżlazzjoni dwar il-logħob tal-azzard tagħmel parti mill-oqsma li fihom jeżistu diverġenzi kunsiderevoli ta’ natura morali, reliġjuża u kulturali bejn l-Istati Membri. Fl-assenza ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni f’dan il-qasam, l-Istati Membri jgawdu minn diskrezzjoni wiesgħa fl-għażla tal-livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u tal-ordni soċjali li jikkunsidraw l-iktar xieraq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150122">22 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Stanley International Betting u Stanleybet Malta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑463/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:25">EU:C:2015:25</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Istati Membri huma liberi li jiffissaw l-għanijiet tal-politika tagħhom fil-qasam tal-logħob tal-azzard u, jekk ikun il-każ, li jiddefinixxu bi preċiżjoni l-livell ta’ protezzjoni mixtieq. Madankollu, ir-restrizzjonijiet li l-Istati Membri jimponu għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jirrigwarda b’mod partikolari l-ġustifikazzjoni tagħhom għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali u l-proporzjonalità tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑42/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:519">EU:C:2009:519</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi evalwat jekk tali restrizzjoni tistax tiġi aċċettata bis-saħħa tal-miżuri derogatorji, għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika u ta’ saħħa pubblika, li huma previsti espliċitament fl-Artikoli 51 TFUE u 52 TFUE u li huma applikabbli wkoll fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi bis-saħħa tal-Artikolu 62 TFUE, jew jekk tistax tiġi ġġustifikata, inkonformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali (is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Digibet u Albers</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑156/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1756">EU:C:2014:1756</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Gvern Taljan isostni li d-dispożizzjoni restrittiva inkwistjoni hija ġġustifikata, fil-kuntest tal-għan tal-ġlieda kontra l-kriminalità marbut mal-logħob tal-azzard, mill-interess li tiġi żgurata l-kontinwità tal-attività legali ta' ġbir ta' mħatri sabiex jitrażżan l-iżvilupp ta' attività illegali parallela u mill-interess li jiġu protetti l-konsumaturi. Għalhekk, huwa indispensabbli li l-kapaċitajiet ekonomiċi u finanzjarji tal-proprjetarji tal-konċessjonijiet jippermettulhom li jeżerċitaw sostenibbilment l-attività tagħhom fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li tali għan għandu n-natura li jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika restrizzjoni għal-libertajiet fundamentali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Laezza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑375/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:60">EU:C:2016:60</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat li l-għan relatat mal-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mal-logħob tal-azzard huwa ta’ natura li jiġġustifika r-restrizzjonijiet fuq il-libertajiet fundamentali li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni restrittiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Biasci <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑660/11 u C‑8/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:550">EU:C:2013:550</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Laezza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑375/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:60">EU:C:2016:60</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi eżaminat jekk ir-restrizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistax tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan il-għan, b’mod partikolari, billi leġiżlazzjoni nazzjonali restrittiva inkwistjoni tirrispondi verosimilment għax-xewqa li jintlaħaq b'mod koerenti u sistematiku (ara, f'dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HIT u HIT LARIX</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑176/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:454">EU:C:2012:454</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk l-imsemmija restrizzjoni hijiex adatta sabiex tiggarantixxi l-kisba tal-għan mixtieq, għandu jiġi osservat li d-dikjarazzjonijiet bankarji li jinħarġu minn żewġ stabbilimenti bankarji distinti, bħal dawk mitluba mid-dispożizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistgħu jistabbilixxu l-kapaċità ekonomika u finanzjarja li teżerċita attività ta’ ġbir ta’ mħatri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-obbligu li jiġu pprovduti dikjarazzjonijiet maħruġa minn żewġ stabbilimenti bankarji manifestament jistgħu jiżguraw li l-operatur ekonomiku għandu kapaċità ekonomika u finanzjarja li tippermettilu li jissodisfa l-obbligi li jista’ jkollu fir-rigward tal-logħba rebbieħa. F’dan ir-rigward, ir-rekwiżit li jiġi ddepożitat kapital azzjonarju ta’ ċertu daqs tista’ tkun utli biex tiġi żgurata ċerta kapaċità ekonomika u finanzjarja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Dickinger u Ömer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑347/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:582">EU:C:2011:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk għandu jiġi ddeterminat jekk, fid-dawl tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li għandhom, fil-qasam mhux armonizzat tal-logħob tal-azzard, l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiddeterminaw ir-rekwiżiti li timplika l-protezzjoni tal-konsumatur u tal-ordni soċjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Digibet u Albers</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑156/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1756">EU:C:2014:1756</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata),<?PAGE NO="10"?> l-obbligu ta’ produzzjoni ta’ żewġ dikjarazzjonijiet li jinħarġu minn żewġ stabbilimenti bankarki distinti tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, tali evalwazzjoni għandha tiġi mwettqa fir-rigward tal-għanijiet segwiti fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u l-livell ta’ protezzjoni li jkunu jridu jiżguraw (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Dickinger u Ömer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑347/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:582">EU:C:2011:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi osservat, kif ġie, essenzjalment, irrilevat mill-Avukat Ġenerali fil-punti 80 u 81 tal-Konklużjonijiet tiegħu, li inkunsiderazzjoni tan-natura partikolari tal-attivitajiet ekonomiċi tas-settur tal-logħob tal-azzard, ir-rekwiżit impost fuq l-offerenti li ilhom inqas minn sentejn joperaw u li d-dħul globali tagħhom marbut mal-attività ta’ operatur ta’ logħob tkun inqas minn żewġ miljuni Euro matul l-aħħar sentejn fiskali li jipprovdu dikjarazzjonijiet xierqa mingħand tal-inqas żewġ stabbilimenti bankarji ma tidhirx li tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-indikazzjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja, li għandha tivverifika, fl-evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi marbuta mal-għoti tal-konċessjonijiet il-ġodda, jekk ir-restrizzjonijiet inkwistjoni imposti mill-Istat Membru kkonċernat jissodisfawx il-kundizzjonijiet li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f'dak li jirrigwarda l-proporzjonalità tagħhom (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Digibet u Albers</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-156/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1756">EU:C:2014:1756</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens ma jipprekludix li dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq l-operaturi li jixtiequ jressqu offerta f’sejħa għall-offerti fir-rigward tal-għoti ta’ konċessjonijiet fil-qasam tal-logħob u tal-imħatri, l-obbligu li jipproduċu prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tagħhom permezz ta’ dikjarazzjonijiet maħruġa mingħand tal-inqas żewġ stabbilimenti bankarji, mingħajr ma jiġi permess li din il-kapaċità tiġi stabbilita b’xi mod ieħor, peress li tali dispożizzjoni tista’ tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ proprozjonalità stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, u b’mod partikolari l-Artikolu 47 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonli li tirregola l-għoti ta’ konċessjonijiet fil-qasam tal-logħob tal-azzard, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat f’dan is-sens ma jipprekludix li dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq l-operaturi li jixtiequ jressqu offerta f’sejħa għall-offerti fir-rigward tal-għoti ta’ konċessjonijiet fil-qasam tal-logħob u tal-imħatri, l-obbligu li jipproduċu prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarj tagħhom permezz ta’ dikjarazzjonijiet maħruġa mingħand tal-inqas żewġ stabbilimenti<?PAGE NO="11"?> bankarji, mingħajr ma jiġi permess li din il-kapaċità tiġi stabbilita b’xi mod ieħor, peress li tali dispożizzjoni tista’ tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ proprozjonalità stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>