<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑283/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0283</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:102">EU:C:2017:102</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>tmilcjeSENTENZA TAD-<DATE ISO="20170209">9.2.2017</DATE> – KAWŻA C-283/15</P><P>X</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq id-dħul</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadin ta’ Stat Membru li jirċievi dħul fuq it-territorju ta’ dan l-Istat Membru u fuq dak ta’ Stat terz, u huwa residenti fuq it-territorju ta’ Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Vantaġġ fiskali intiż sabiex jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni personali u familjari tiegħu</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-283/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150522">22 ta’ Mejju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">X</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Financiën,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, E. Regan, J.‑C. Bonichot (Relatur), C. G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal X, minn B. Dieleman, A. A. W. Langevoord u T. C. Gerverdinck, belastingadviseurs,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u M. Noort, bħala aġenti, assistiti minn J. C. L. M. Fijen, espert,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn M. Jacobs u M. J.-C. Halleux, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u K. Petersen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer u E. Lachmayer kif ukoll minn F. Koppensteiner, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, M. Rebelo u J. Martins da Silva, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svediż, minn A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, E. Karlsson u L. Swedenborg kif ukoll minn N. Otte Widgren, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn M. Holt, bħala aġent, assistit minn R. Hill, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Roels u C. Soulay, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20160907">7 ta’ Settembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn X u Staatssecretaris van Financiën (segretarju tal-Istat għall-finanzi) dwar ir-rifjut tal-amministrazzjoni fiskali Olandiża li tippermettilu jnaqqas id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>dħul negattiv<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> li joriġina minn residenza fi proprjetà esklużiva tiegħu li tinsab fi Spanja.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2.3 tal-Wet Inkomstenbelasting 2001 (liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul tal-2001, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>liġi tal-2001<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>It-taxxa fuq id-dħul tirrigwarda d-dħul li ġej, irċevut mill-persuna taxxabbli matul is-sena kalendarja inkwistjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>id-dħul taxxabbli li joriġina minn xogħol jew minn residenza;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>id-dħul taxxabbli li joriġina minn sehem sinjifikattiv u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>id-dħul taxabbli li jiġi mit-tfaddil u minn investimenti.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2.4 tal-liġi tal-2001 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dħul taxxabbli li joriġina minn xogħol jew minn residenza huwa ddeterminat:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għall-persuni taxxabbli nazzjonali: skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għall-persuni taxxabbli barranin: skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 7.2 […].<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2.5 tal-liġi tal-2001:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kull persuna taxxabbli nazzjonali li tirrisjedi fil-Pajjiżi l-Baxxi biss matul parti mis-sena kalendarja u kull persuna taxxabbli barranija li tirrisjedi fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew fi Stat terz indikat permezz ta’ digriet ministerjali, li miegħu r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ffirma ftehim dwar il-ħelsien minn taxxa doppja li jipprevedi l-iskambju ta’ informazzjoni, u li tiġi ntaxxata fl-imsemmi Stat Membru jew fit-territorju tal-imsemmi poter, tista’ tagħżel li tkun suġġetta għal sistema fiskali li tipprevedi din il-liġi għall-persuni taxxabbli nazzjonali […]</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3.120(1) tal-liġi tal-2001, resident tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa intitolat inaqqas id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>dħul negattiv<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> li joriġina minn residenza fi proprjetà esklużiva tiegħu, li tinsab fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7.1(a) tal-liġi tal-2001, it-taxxa hija imposta fuq id-dħul taxxabbli minħabba xogħol u residenza fil-Pajjiżi l-Baxxi, li ġie rċevut matul is-sena kalendarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7.2(2)(b) u (f) tal-liġi tal-2001, is-salarju taxxabbli relatat ma’ xogħol imwettaq fil-Pajjiżi l-Baxxi u, fejn xieraq, id-dħul taxxabbli li joriġina minn residenza fi proprjetà esklużiva tiegħu fil-Pajjiżi Baxxi, jagħmlu parti mid-dħul taxxabbli minħabba xogħol u residenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont il-liġi tal-2001, it-taxxa fuq id-dħul tal-individwi fil-Pajjiżi l-Baxxi tirrigwarda mhux biss id-dħul mix-xogħol, iżda wkoll dak <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>li joriġina minn residenza<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Meta din tal-aħħar tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>fi proprjetà esklużiva<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, hija kkunsidrata li tipproduċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>vantaġġi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> kkalkolati f’perċentwali tal-valur tar-residenza. Fuq dawn il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>vantaġġi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> huma imposti oneri deduċibbli, li fosthom hemm l-interessi u l-ispejjeż relatati mad-djun ikkuntrattati sabiex tinxtara r-residenza. Jekk l-ammont ta’ dawn l-ispejjeż ikun jeċċedi dak tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>vantaġġi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, il-persuna taxxabbli hija f’sitwazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>dħul negattiv<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Dan kien il-każ ta’ X, ċittadin Olandiż, fl-2007, fir-rigward tar-residenza tiegħu li tinsab fi Spanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Matul din l-istess sena, id-dħul mill-attività professjonali ta’ X ikkonsista f’somom li tħallsu lilu minn żewġ kumpanniji li fihom kellu ishma maġġoritarji, u li waħda minnhom kellha s-sede tagħha fil-Pajjiżi l-Baxxi, u l-oħra fl-Isvizzera. Id-dħul li joriġina mill-Pajjiżi l-Baxxi rrappreżenta 60 % tad-dħul globali taxxabbli tiegħu u dak li joriġina mill-Isvizzera 40 % ta’ dan. Ma kiseb l-ebda dħul fi Spanja u dan kien japplika kemm għall-2007 kif ukoll għall-erba’ snin sussegwenti, li fit-tmiem tagħhom X ma kienx għadu resident Spanjol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’konformità mal-ftehim fiskali bilaterali applikabbli, id-dħul li joriġina mill-Pajjiżi l-Baxxi kien ġie ntaxxat fil-Pajjiżi l-Baxxi u dak li joriġina mill-Isvizzera fl-Isvizzera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tassazzjoni f’dan l-aħħar Stat Membru, X, fil-bidu, għażel l-assimilazzjoni ma’ persuna taxxabbli residenti prevista fl-Artikolu 2.5 tal-Liġi tal-2001, li għandu l-effett li jissuġġettah għal obbligu fiskali illimitat fil-Pajjiżi l-Baxxi. F’dan ir-rigward, l-amministrazzjoni fiskali tal-Pajjiżi l-Baxxi ħadet inkunsiderazzjoni d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>dħul negattiv<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> relatat mar-residenza tiegħu fi Spanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Madankollu, it-total tat-taxxa kkalkolat b’dan il-mod kien ogħla minn dak li X kien ikun dovut iħallas li kieku ma għażilx il-possibbiltà ta’ assimilazzjoni ma’ persuni taxxabbli residenti, li bħala konsegwenza kien ikollu jiġi ntaxxat fl-Isvizzera għad-dħul irċevut f’dan l-Istat, jiġifieri 40 % tat-total tad-dħul tiegħu, u li kieku, barra minn hekk, ġie awtorizzat inaqqas id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>dħul negattiv<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> kollu li joriġina mir-residenza fi proprjetà esklużiva tiegħu fi Spanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Dwar it-talba tiegħu ta’ għażla, huwa kkontesta l-avviż ta’ tassazzjoni quddiem il-qrati tal-Pajjiżi l-Baxxi, fejn sostna li d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-moviment liberu kellhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jippermettu lill-persuni taxxabbli mhux residenti jiksbu t-tnaqqis tad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>dħul negattiv<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> relatat mar-residenza fi proprjetà esklużiva tagħhom, u dan mingħajr ma jiġu obbligati jagħżlu assimilazzjoni mar-residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-Rechtbank te Haarlem (tribunal ta’ Haarlem, il-Pajjiżi l-Baxxi) u l-Gerechtshof Amsterdam (qorti tal-appell ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) ċaħdu t-talbiet tiegħu, u għalhekk X ippreżenta appell quddiem il-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-portata tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950214">14 ta’ Frar 1995</DATE>, <NAME.CASE>Schumacker</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-279/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fid-dawl tal-fatt li, kuntrarjament għas-sitwazzjoni ta’ fatt prevalenti fil-kawża li wasslet għal din is-sentenza, X ma jirċevix il-kważi-totalità jew it-totalità tad-dħul familjali tiegħu fi Stat Membru wieħed differenti minn dak tar-residenza tiegħu li huwa kompetenti sabiex jintaxxa dan id-dħul u li jista’, b’hekk, jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni personali u familjari tiegħu. Fil-fatt, is-sitwazzjoni ta’ X hija kkaratterizzata mill-fatt li, fid-data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul tiegħu, huwa kien residenti fi Spanja fejn ma kien jirċievi l-ebda dħul u kien jirċievi d-dħul tiegħu f’parti fil-Pajjiżi l-Baxxi, jiġifieri 60 %, u f’parti fl-Isvizzera, jiġifieri 40 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990914">14 ta’ Settembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Gschwind</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-391/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:409">EU:C:1999:409</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021212">12 ta’ Diċembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>de Groot</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-385/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:750">EU:C:2002:750</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Estonja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-39/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:282">EU:C:2012:282</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jistgħu jinqraw fis-sens li l-Istat Membru ta’ attività għandu dejjem jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni personali u familjari tal-parti kkonċernata meta l-Istat Membru ta’ residenza ma jkunx jista’ jagħmel dan. Issa, dan huwa l-każ fil-kawża prinċipali, peress li X ma kellu l-ebda dħul fi Spanja matul is-sena ta’ tassazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu li jinsabu fit-TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fi Spanja u li d-dħul mix-xogħol tiegħu huwa ntaxxat għal madwar 60 % mill-Pajjiżi l-Baxxi u għal madwar 40 % mill-Isvizzera ma jistax inaqqas id-dħul negattiv tiegħu miksub fir-rigward tal-proprjetà tiegħu fi Spanja, li hija għall-użu personali tiegħu, mid-dħul tiegħu mix-xogħol li huwa ntaxxat mill-Pajjiżi l-Baxxi, anki jekk jirċievi dħul tant baxx fi Spanja, li huwa l-Istat ta’ residenza tiegħu, li d-dħul negattiv imsemmi hawn fuq fis-sena inkwistjoni ma setax iwassal għal tnaqqis fiskali fl-Istat ta’ residenza?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: għandu kull Stat Membru li fih ċittadin tal-Unjoni jaqla’ parti mid-dħul tiegħu jieħu inkunsiderazzjoni l-ammont totali tad-dħul negattiv imsemmi hawn fuq? Jew inkella dan l-obbligu jgħodd biss għal wieħed mill-Istati li fih jitwettaq xogħol, u f’dak il-każ, għal liema wieħed? Jew għandu kull wieħed mill-Istati li fih jitwettaq xogħol (minbarra l-Istat ta’ residenza) jippermetti t-tnaqqis ta’ parti minn dan id-dħul negattiv? F’dan il-każ imsemmi l-aħħar, kif għandha tiġi stabbilita dik il-parti li tista’ titnaqqas?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, x’inhuwa deċiżiv: l-Istat Membru li fih ix-xogħol effettivament jitwettaq, jew inkella liema Stat Membru għandu s-setgħa jintaxxa d-dħul miksub b’tali xogħol?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Ir-risposta għaż-żewġ domandi fformulati fin-numru 2 tkun differenti jekk wieħed mill-Istati fejn iċ-ċittadin tal-Unjoni jaqla’ d-dħul tiegħu ikun l-Isvizzera, li ma hijiex Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u lanqas ma tagħmel parti miż-Żona Ekonomika Ewropea?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Sa fejn huwa rilevanti, f’dan ir-rigward, il-fatt li l-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza tal-persuna taxxabbli (f’dan il-każ, Spanja) tipprovdi l-possibbiltà li jitnaqqsu interessi ipotekarji tar-residenza proprja tal-persuna taxxabbli, u l-possibbiltà li jiġi kkumpensat it-telf fiskali li jirriżulta minn dan fis-sena inkwistjoni b’eventwali dħul f’dak il-pajjiż fi snin sussegwenti?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-libertà ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ moviment applikabbli</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju ma tippreċiżax il-libertà ta’ moviment li fid-dawl tagħha leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha tiġi eżaminata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, mill-elementi tal-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li X jikkontrolla u jmexxi, permezz ta’ ishma maġġoritarji, l-attività ta’ kumpanniji stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi u fl-Isvizzera li fuq il-qligħ tagħhom huwa qiegħed jipprova jikkumpensa d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>dħul negattiv<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> relatat mar-residenza fi proprjetà esklużiva tiegħu li għandu fi Spanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Issa, hija ġurisprudenza stabbilita li l-libertà applikabbli għal resident ta’ Stat Membru, tkun xi tkun in-nazzjonalità tiegħu, li jkollu sehem fil-kapital ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor li jagħtih influwenza ċerta fuq id-deċiżjonijiet ta’ din il-kumpannija, li tippermettilu li jiddetermina l-attivitajiet tagħha, hija l-libertà ta’ stabbiliment (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-87/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2459">EU:C:2014:2459</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha għalhekk tiġi eżaminata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 49 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 49 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi Stat Membru li l-leġiżlazzjoni fiskali tiegħu tippermetti t-tnaqqis ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>dħul negattiv<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> relatat ma’ residenza milli jirrifjuta l-benefiċċju ta’ dan it-tnaqqis lil ħaddiem indipendenti mhux residenti meta dan jirċievi, fuq it-territorju ta’ dan l-Istat Membru, 60 % tat-total tad-dħul tiegħu u ma jkunx jirċievi, fuq it-territorju tal-Istat Membru fejn tkun tinsab ir-residenza tiegħu, dħul li jippermettilu jsostni dritt għal tnaqqis ekwivalenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, preliminarjament, għandu jitfakkar li r-regoli fiskali nazzjonali għandhom jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, il-libertajiet iggarantiti mit-trattati, fosthom il-libertà ta’ stabbiliment stabbilita fl-Artikolu 49 TFUE (ara, b’analoġija, sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Estonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-39/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:282">EU:C:2012:282</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>It-teħid inkunsiderazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>dħul negattiv<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> relatat ma’ proprjetà immobbli li tinsab fuq it-territorju tal-Istat Membru fejn persuna taxxabbli tkun stabbiliet ir-residenza tagħha jikkostitwixxi vantaġġ fiskali marbut mas-sitwazzjoni personali tagħha, li jservi għall-evalwazzjoni tal-kapaċità kontributorja ġenerali tagħha (ara, f’dan is-sens, sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kieback</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-9/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:406">EU:C:2015:406</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sa fejn hija ċċaħħad lill-persuni taxxabbli mhux residenti mill-possibbiltà, miftuħa għall-persuni taxxabbli residenti, li jnaqqsu tali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>dħul negattiv<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tittratta b’mod inqas favorevoli lil tal-ewwel meta mqabbla mat-tieni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk il-kriterju ta’ residenza stabbilit mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxix diskriminazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li diskriminazzjoni tista’ tirriżulta biss mill-applikazzjoni ta’ regoli differenti għal sitwazzjonijiet paragunabbli jew mill-applikazzjoni tal-istess regola għal sitwazzjonijiet differenti (ara, b’mod partikolari, sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950214">14 ta’ Frar 1995</DATE>, <NAME.CASE>Schumacker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-279/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kieback</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-9/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:406">EU:C:2015:406</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-qasam tat-taxxa diretta, il-persuni residenti u dawk mhux residenti ma humiex, bħala regola ġenerali, f’sitwazzjonijiet paragunabbli, sa fejn id-dħul irċevut fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna li ma hijiex residenti jikkostitwixxi biss, fil-parti l-kbira, parti mid-dħul globali tagħha, li jkun iċċentralizzat fil-post tar-residenza tagħha, u għaliex il-kapaċità tal-persuna taxxabbli li ma hijiex residenti biex tħallas it-taxxa, li tirriżulta mit-teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul kollu tagħha u tas-sitwazzjoni personali u familjari tagħha, tista’ tiġi evalwata bl-iktar mod faċli fil-post fejn l-iktar jinsabu l-interessi personali u patrimonjali tagħha, li normalment ikun il-post tar-residenza abitwali tagħha (ara, b’mod partikolari, sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950214">14 ta’ Frar 1995</DATE>, <NAME.CASE>Schumacker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-279/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kieback</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-9/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:406">EU:C:2015:406</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-punt 34 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950214">14 ta’ Frar 1995</DATE>, <NAME.CASE>Schumacker</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-279/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-fatt li Stat Membru ma jagħtix lil persuna mhux residenti l-benefiċċju ta’ ċerti vantaġġi fiskali li jagħti lil persuna residenti ma huwiex, bħala regola ġenerali, diskriminatorju fid-dawl tad-differenzi oġġettivi bejn is-sitwazzjoni tal-persuni residenti u dik tal-persuni mhux residenti, kemm mill-perspettiva tas-sors tad-dħul u kemm mill-perspettiva tal-kapaċità kontributorja personali jew tas-sitwazzjoni personali u familjari (ara, wkoll, sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kieback</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-9/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:406">EU:C:2015:406</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Ikun hemm diskriminazzjoni fis-sens tat-Trattat FUE bejn persuni residenti u persuni mhux residenti biss jekk, minkejja r-residenza tagħhom fi Stati Membri differenti, ikun stabbilit li, fid-dawl tal-għan u tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni, iż-żewġ kategoriji ta’ persuni taxxabbli jkunu jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli (ara sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990914">14 ta’ Settembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Gschwind</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-391/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:409">EU:C:1999:409</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Dan huwa b’mod partikolari l-każ meta persuna taxxabbli mhux residenti ma tirċevix dħul sinjifikattiv fuq it-territorju tal-Istat Membru fejn hija residenti u tikseb il-parti l-kbira tar-riżorsi taxxabbli tagħha minn attività eżerċitata fi Stat Membru ieħor, b’tali mod li l-Istat Membru ta’ residenza ma jkunx f’pożizzjoni li jagħtiha l-vantaġġi li jirriżultaw mit-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari tagħha (ara, b’mod partikolari, sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950214">14 ta’ Frar 1995</DATE>, <NAME.CASE>Schumacker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-279/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081016">16 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Renneberg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-527/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:566">EU:C:2008:566</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kieback</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-9/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:406">EU:C:2015:406</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’tali każ, id-diskriminazzjoni tikkonsisti fil-fatt li s-sitwazzjoni personali u familjari ta’ persuna mhux residenti li tirċievi, fi Stat Membru ieħor li ma huwiex dak tar-residenza tagħha, il-parti l-kbira tad-dħul tagħha u l-kważi-totalità tad-dħul familjari la jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-Istat Membru ta’ residenza u lanqas fl-Istat Membru tal-impjieg (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950214">14 ta’ Frar 1995</DATE>, <NAME.CASE>Schumacker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-279/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Lakebrink u Peters-Lakebrink</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-182/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:452">EU:C:2007:452</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kieback</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-9/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:406">EU:C:2015:406</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-punt 34 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Lakebrink u Peters-Lakebrink</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑182/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:452">EU:C:2007:452</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-portata tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 27 sa 32 ta’ din is-sentenza testendi għall-vantaġġi fiskali kollha marbuta mal-kapaċità kontributorja tal-persuna li ma hijiex residenti li la jingħataw fl-Istat Membru ta’ residenza u lanqas fl-Istat Membru tal-impjieg tal-ħaddiem (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kieback</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-9/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:406">EU:C:2015:406</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Tali portata hija trasponibbli, fil-kuntest tal-libertà ta’ stabbiliment, għall-vantaġġi fiskali marbuta mal-kapaċità kontributtiva li ma jistgħu jingħataw la fl-Istat Membru ta’ residenza u lanqas fl-Istat Membru fejn hija eżerċitata l-attività ta’ ħaddiem indipendenti (ara, dwar l-applikabbiltà tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950214">14 ta’ Frar 1995</DATE>, <NAME.CASE>Schumacker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-279/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, inizjalment mogħtija fil-qasam ta’ moviment liberu tal-ħaddiema, għall-libertà ta’ stabbiliment, sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950811">11 ta’ Awwissu 1995</DATE>, <NAME.CASE>Wielockx</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-80/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:271">EU:C:1995:271</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960627">27 ta’ Ġunju 1996</DATE>, <NAME.CASE>Asscher</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-107/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:251">EU:C:1996:251</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Ettwein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-425/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:121">EU:C:2013:121</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, fir-rigward ta’ tali vantaġġi fiskali intiżi, skont ir-regoli tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-kapaċità kontributtiva tal-persuna taxxabbli kkonċernata, bħar-regoli inkwistjoni fil-kawża prinċipali li jintaxxaw id-dħul fittizju li jirriżulta minn residenza fi proprjetà esklużiva u li jippermettu korrelattivament it-tnaqqis tal-oneri li huma relatati, is-sempliċi fatt li persuna mhux residenti tkun irċeviet, fuq it-territorju tal-Istat Membru mill-eżerċizzju tal-attività tagħha, dħul f’kundizzjonijiet ftit jew wisq simili għal dawk tar-residenti ta’ dan l-Istat ma huwiex biżżejjed biex irendi s-sitwazzjoni tagħha oġġettivament paragunabbli ma’ dik ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa wkoll meħtieġ, sabiex tiġi kkonstatata tali paragunabbiltà oġġettiva, li, minħabba li din il-persuna mhux residenti tkun irċeviet il-parti l-kbira tad-dħul tagħha f’territorju differenti minn dak tal-Istat Membru ta’ residenza, dan l-Istat ma jkunx f’pożizzjoni li jagħtiha l-vantaġġi li jirriżultaw mit-teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul totali tagħha u tas-sitwazzjoni personali u familjari tagħha (ara, b’analoġija, sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kieback</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-9/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:406">EU:C:2015:406</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Meta l-persuna mhux residenti tirċievi, fuq it-territorju ta’ Stat Membru fejn teżerċita parti mill-attivitajiet tagħha, 60 % tad-dħul totali globali tagħha, xejn ma jippermetti li jiġi kkunsidrat li, minħabba dan l-unika fatt, l-Istat Membru ta’ residenza ma jistax ukoll jieħu inkunsiderazzjoni d-dħul kollha tiegħu u tas-sitwazzjoni personali u familjari tiegħu. Tkun sitwazzjoni differenti kieku jirriżulta li l-persuna interessata ma tkun irċeviet, fuq it-territorju tal-Istat Membru ta’ residenza tagħha, ebda dħul jew tkun irċeviet dħul tant baxx li dan l-Istat ma jkunx f’pożizzjoni li jagħtiha l-vantaġġi li jirriżultaw mit-teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul kollu u tas-sitwazzjoni personali u familjari tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, dan jidher li huwa l-każ ta’ X, peress li mill-elementi tal-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dan, matul is-sena fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma rċieva l-ebda dħul fuq it-territorju tal-Istat Membru ta’ residenza tiegħu, jiġifieri r-Renju ta’ Spanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li s-sitwazzjoni personali u familjari ta’ X ma setgħet tittieħed inkunsiderazzjoni la minn dan l-Istat Membru u lanqas minn dak tat-territorju li fuqu jirċievi 60 % tad-dħul totali tiegħu, jiġifieri r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, għandha tiġi kkonstatata għad-detriment tiegħu l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni fis-sens tal-ġurisprudenza msemmija fil-punti 27 sa 32 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-fatt li X, barra minn hekk, irċieva l-bqija tad-dħul tiegħu tal-istess sena fuq it-territorju ta’ Stat differenti mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju ta’ Spanja. Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 47 sa 53 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-fatt li persuna taxxabbli tirċievi l-parti l-kbira tad-dħul tagħha fuq it-territorju mhux ta’ Stat Membru wieħed iżda ta’ diversi Stati differenti minn dak tar-residenza tiegħu ma jaffettwax l-applikazzjoni tal-prinċipji li jirriżultaw mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950214">14 ta’ Frar 1995</DATE>, <NAME.CASE>Schumacker</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-279/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, il-kriterju determinanti huwa, fil-fatt, dak tal-impossibbiltà għal Stat Membru li jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni personali u familjari tal-persuna taxxabbli fin-nuqqas ta’ dħul taxxabbli suffiċjenti, filwaqt li dan it-teħid inkunsiderazzjoni huwa possibbli f’post ieħor minħabba biżżejjed dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru li l-leġiżlazzjoni fiskali tiegħu tippermetti t-tnaqqis ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>dħul negattiv<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> relatat ma’ residenza jirrifjuta l-benefiċċju ta’ dan it-tnaqqis lil ħaddiem għal rasu mhux residenti meta dan jirċievi, fuq it-territorju ta’ dan l-Istat Membru, 60 % tat-total tad-dħul tiegħu u ma jirċevix, fuq it-territorju tal-Istat Membru fejn tinsab ir-residenza, dħul li jippermettilu jsostni dritt għal tnaqqis ekwivalenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tfittex li ssir taf, essenzjalment, jekk il-projbizzjoni li tirriżulta mir-risposta għall-ewwel domanda tikkonċernax biss l-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu jsir id-dħul ta’ 60 % tad-dħul totali, jew jekk tapplikax għal kull Stat Membru ieħor li fuq it-territorju tiegħu l-persuna taxxabbli mhux residenti tirċievi dħul taxxabbli li jippermettilha li ssostni dritt għal tnaqqis ekwivalenti, u kif għandu jinqasam. Hija tistaqsi wkoll jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Stat Membru ta’ attività<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jirreferix għal Stat Membru li fuq it-territorju tiegħu hija mwettqa konkretament attività, jew Stat Membru li għandu s-setgħa li jintaxxa d-dħul ta’ attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti tat-tieni domanda, huwa biżżejjed, biex tingħatalha risposta, li jitfakkar li l-finalità li hija l-bażi tal-ġurisprudenza mfakkra fil-kuntest tar-risposta għall-ewwel domanda hija li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni personali u familjari tal-persuna taxxabbli bħala vantaġġ fiskali, jiġifieri tassazzjoni iktar baxxa. Konsegwentement, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Stat Membru ta’ attività<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, kif ikkunsidrat f’din is-sentenza, ma jistax jinftiehem b’mod differenti milli bħala Stat Membru kompetenti sabiex jintaxxa d-dħul kollu jew parti minnu li jirriżulta minn attività tal-persuna taxxabbli, irrispettivament minn fejn tkun konkretament immexxija l-attività li tiġġenera dan id-dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel parti tat-tieni domanda, relatata mat-tqassim bejn diversi Stati ta’ attività tal-oneru li jirriżulta mit-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari tal-persuna taxxabbli, din għandha tiġi kkunsidrata b’riferiment għall-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tat-tqassim bejn l-Istati Membri tas-setgħa ta’ tassazzjoni tagħhom (ara, b’mod partikolari, sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021212">12 ta’ Diċembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>de Groot</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-385/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:750">EU:C:2002:750</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Minn din jirriżulta, b’mod partikolari, li l-libertà tal-Istati Membri, fl-assenza ta’ miżuri ta’ unifikazzjoni jew ta’ armonizzazzjoni mid-dritt tal-Unjoni, li jqassmu bejniethom l-eżerċizzju tal-kompetenzi fiskali tagħhom, b’mod partikolari sabiex jiġi evitat il-kumulu ta’ vantaġġi fiskali, għandu jkun jaqbel man-neċessità li l-persuni taxxabbli tal-Istati Membri kkonċernati jkollhom il-garanzija li, fl-aħħar nett, is-sitwazzjoni personali u familjari kollha tagħhom tkun ser tittieħed inkunsiderazzjoni, ikun xi jkun il-mod kif l-Istati Membri kkonċernati jkunu qassmu bejniethom dan l-obbligu. Fil-fatt, fin-nuqqas ta’ tali konċiljazzjoni, it-tqassim liberu tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn Stati Membri jirriskja li jwassal għal inugwaljanzi fit-trattament bejn il-persuni taxxabbli kkonċernati li, sakemm dawn ma jkunux jirriżultaw minn differenzi li jkunu jeżistu bejn il-leġiżlazzjonijiet fiskali nazzjonali, huma inkompatibbli mal-libertà ta’ stabbiliment (ara, f’dan is-sens, sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Imfeld u Garcet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-303/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:822">EU:C:2013:822</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-każ fejn ħaddiem għal rasu jirċievi d-dħul taxxabbli tiegħu fuq it-territorju ta’ diversi Stati Membri, differenti minn dawk tar-residenza tiegħu, din il-konċiljazzjoni tista’ ssir biss billi jitħalla jsostni d-dritt tiegħu għat-tnaqqis tad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>dħul negattiv<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> f’kull wieħed mill-Istati Membri ta’ attività li jagħtu dan it-tip ta’ vantaġġ fiskali, fi proporzjon dovut tas-sehem tad-dħul tiegħu irċevut fuq it-territorju ta’ kull Stat Membru, u bl-oneru għalih li jipprovdi lill-amministrazzjonijiet nazzjonali kompetenti l-informazzjoni kollha fuq id-dħul globali li jippermettilhom li jiddeterminaw dan bi <HT TYPE="ITALIC">prorata</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-projbizzjoni li tirriżulta mir-risposta għall-ewwel domanda tikkonċerna kwalunkwe Stat Membru ta’ attività li fuq it-territorju tiegħu ħaddiem indipendenti jirċievi dħul li jippermettilu li jsostni dritt għal tnaqqis ekwivalenti, bi <HT TYPE="ITALIC">prorata</HT> tas-sehem tal-imsemmi dħul irċevut fuq it-territorju ta’ kull wieħed mill-Istati Membri ta’ attività. F’dan ir-rigward, huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Stat Membru ta’ attività<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> kull Stat Membru li għandu s-setgħa li jintaxxa dak id-dħul minn attività ta’ persuna mhux residenti rċevuti fuq it-territorju tiegħu, indipendentement mill-post fejn hija konkretament eżerċitata din l-attività.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-fatt li l-persuna taxxabbli mhux residenti kkonċernata tirċievi parti mid-dħul taxxabbli tagħha mhux fuq it-territorju ta’ Stat Membru, iżda fuq dak ta’ Stat terz, għandux effett fuq ir-risposta mogħtija għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-interpretazzjoni li jitolbu d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertà ta’ stabbiliment fid-dawl tal-obbligu li jirriżulta minnhom li ħaddiem għal rasu li jeżerċita attività professjonali fuq it-territorju ta’ Stat Membru differenti minn dak tar-residenza tiegħu ma jiġix ittrattat b’mod diskriminatorju tapplika għall-Istati Membri kollha. L-istess japplika f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fir-rigward ta’ Stat Membru li fuq it-territorju tiegħu ħaddiem għal rasu li jirrisjedi fuq it-territorju ta’ Stat Membru ieħor jeżerċita parti mill-attività tiegħu, filwaqt li jkun jeżerċita l-bqija tal-attività tiegħu fuq it-territorju tat-tielet Stat Membru, anki meta dan ma jkunx Stat Membru, iżda Stat terz (ara, b’analoġija, sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kieback</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-9/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:406">EU:C:2015:406</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-fatt li l-persuna taxxabbli mhux residenti kkonċernata tirċievi parti mid-dħul taxxabbli tagħha mhux fuq it-territorju ta’ Stat Membru, iżda fuq dak ta’ Stat terz, ma għandux effett fuq ir-risposta mogħtija għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba</HT><HT TYPE="ITALIC">’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ir-risposta mogħtija għad-domandi preċedenti tkunx differenti fil-każ li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru ta’ residenza tal-ħaddiem għal rasu tkun tippermetti lil dan tal-aħħar li jnaqqas, fir-rigward tat-taxxa dovuta f’dan l-istess Stat Membru, l-interessi ipotekarji relatati mar-residenza tiegħu li hija fi proprjetà esklużiva tiegħu u li t-telf fiskali li jirriżulta minn dawn jiġi kkumpensat fuq id-dħul ta’ diversi snin futuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Mill-elementi tal-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja, ikkonfermati fuq dan il-punt mill-osservazzjonijiet orali ppreżentati minn X matul is-seduta jirriżulta li dan tal-aħħar ma rċieva ebda dħul fi Spanja la fl-2007 u lanqas matul snin ulterjuri. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ dħul taxxabbli fuq it-territorju tal-Istat Membru tar-residenza tiegħu matul dawn is-snin, X, fi kwalunkwe każ, ma setax isostni d-dritt għal tnaqqis mal-awtoritajiet Spanjoli għat-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni personali u familjari tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Ir-raba’ domanda hija ipotetika, u, konsegwentement inammissibbli (ara sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130129">29 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Radu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-396/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:39">EU:C:2013:39</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru li l-leġiżlazzjoni fiskali tiegħu tippermetti t-tnaqqis ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>dħul negattiv<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> relatat ma’ residenza jirrifjuta l-benefiċċju ta’ dan it-tnaqqis lil ħaddiem għal rasu mhux residenti meta dan<?PAGE NO="10"?> jirċievi, fuq it-territorju ta’ dan l-Istat Membru, 60 % tat-total tad-dħul tiegħu u ma jirċevix, fuq it-territorju tal-Istat Membru fejn tinsab ir-residenza, dħul li jippermettilu jsostni dritt għal tnaqqis ekwivalenti.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-projbizzjoni li tirriżulta mir-risposta għall-ewwel domanda tikkonċerna kwalunkwe Stat Membru ta’ attività li fuq it-territorju tiegħu ħaddiem indipendenti jirċievi dħul li jippermettilu li jsostni dritt għal tnaqqis ekwivalenti, bi <HT TYPE="ITALIC">prorata</HT> tas-sehem tal-imsemmi dħul irċevut fuq it-territorju ta’ kull wieħed mill-Istati Membri ta’ attività. F’dan ir-rigward, huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Stat Membru ta’ attività<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> kull Stat Membru li għandu s-setgħa li jintaxxa dak id-dħul minn attività ta’ persuna mhux residenti rċevuti fuq it-territorju tiegħu, indipendentement mill-post fejn hija konkretament eżerċitata din l-attività.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatt li l-persuna taxxabbli mhux residenti kkonċernata tirċievi parti mid-dħul taxxabbli tagħha mhux fuq it-territorju ta’ Stat Membru, iżda fuq dak ta’ Stat terz, ma għandux effett fuq ir-risposta mogħtija għat-tieni domanda.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>