<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑441/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0441</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:103">EU:C:2017:103</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>tmilcjeSENTENZA TAD-<DATE ISO="20170209">9.2.2017</DATE> – KAWŻA C‑441/15</P><P>MADAUS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tariffa doganali komuni</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tariffarja</KEYWORD><KEYWORD>Nomenklatura Magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Intestaturi 3824 90 97 u 2106 90 92</KEYWORD><KEYWORD>Prodott fil-forma ta’ trab li jikkonsisti minn karbonat tal-kalċju (95 %) u minn lamtu mmodifikat (5 %)</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑441/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Bremen (qorti tal-finanzi ta’ Brême, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150812">12 ta’ Awwissu 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Madaus GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Bremen,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, J. Malenovský u D. Šváby (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Madaus GmbH, minn G. Eder, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wasmeier, A. Caeiros u B.-R. Killmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tas-subintestaturi 3824 90 97 u 2106 90 92 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni […] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012, tad-<DATE ISO="20121009">9 ta’ Ottubru 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 304, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Madaus GmbH u l-Hauptzollamt Bremen (uffiċċju prinċipali tad-dwana ta’ Brême, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>HB<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) fir-rigward tal-klassifikazzjoni tariffarja fi ħdan din in-nomenklatura ta’ materjal mhux ipproċessat bl-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>DESTAB Calcium Carbonate 90SE Ultra 250<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, intiż għall-manifattura ta’ pilloli tal-kalċju fil-forma ta’ pilloli sempliċi, ta’ pilloli li jinħallu fl-ilma u ta’ pilloli li jintmagħdu.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-NM</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-klassifikazzjoni doganali tal-merkanzija fl-Unjoni Ewropea hija rregolata min-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2000, tal-<DATE ISO="20000131">31 ta’ Jannar 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 9, p. 357), jipprevedi li l-Kummissjoni Ewropea għandha, kull sena, tadotta regolament li jirriproduċi l-verżjoni kompluta tan-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u tar-rati awtonomi u konvenzjonali tad-dazji tat-tariffa doganali komuni relatati, kif tirriżulta mill-miżuri adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew mill-Kummissjoni. Dan ir-regolament jiġi ppubblikat mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> u għandu japplika mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li r-Regolament Nru 927/2012 huwa applikabbli. Madankollu, mill-fajl imressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li d-dikjarazzjoni ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera inkwistjoni hija tal-<DATE ISO="20140411">11 ta’ April 2014</DATE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-verżjoni tan-Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali hija dik li daħlet fis-seħħ sa mill-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>, li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013, tal-<DATE ISO="20131004">4 ta’ Ottubru 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="290" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 290, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). Madankollu, il-kontenut ta’ dawn iż-żewġ regolamenti fir-rigward tal-intestaturi kkonċernati jibqa’ identiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-ewwel parti tan-NM, dwar id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Dispożizzjonijiet Preliminari<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, tinkludi t-Taqsima 1, iddedikata għar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Regoli ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, li s-Sezzjoni A tagħha, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, tipprevedi b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għandha tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-titli tat-taqsimiet, kapitli u subkapitli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skond it-termini tat-titli u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitlu relattiv u, sakemm dawn t-titli jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>It-tieni parti tan-NM, li tinkludi skeda tad-dazji doganali, hija maqsuma f’taqsimiet. Is-Sezzjoni IV ta’ din il-parti tinkludi l-Kapitolu 21 tan-NM, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Preparazzjonijiet diversi tajbin għall-ikel<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-intestatura 2106 tan-NM, li tifforma parti mill-Kapitolu 21, hija strutturata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>2106 Preparazzjonijiet ta’ l-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:</P><P>2106 10– Konċentrati ta’ proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġin:</P><P>[…]</P><P>2106 90 – Oħrajn</P><P>[…]</P><P>2106 90 92 – – – Ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib, sukrows, isoglukows, glukows jew lamtu jew fihom, bil-piż, inqas minn 1,5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrows jew isoglukows, 5 % glukows jew lamtu</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>It-Taqsima VI tat-tieni parti tan-NM tirrigwarda l-prodotti tal-industrija kimika jew dawk relatati magħha. Din it-taqsima tinkludi l-Kapitolu 38 tan-NM, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Diversi prodotti kimiċi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, li fih hemm in-nota li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.P><TXT>Dan il-kapitlu ma jkoprix:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>taħlit ta’ kimiċi ma’ oġġetti ta’ l-ikel jew sustanzi oħrajn b’valur nutrittiv, ta’ kwalita’ użata fil-preparazzjoni ta’ ikel uman (ġeneralment, titlu 2106);</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-intestatura 3824 tan-NM, li tifforma parti minn dan il-Kapitolu 38, hija strutturata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>3824 Materjali li jgħaqqdu ppreparati għal forom jew ċentri ta’ funderija; prodotti u preparazzjonijiet kimiċi ta’ l-industriji kimiċi jew li għandhom x’jaqsmu magħhom (inklużi dawk li jikkonsistu f’taħlitiet ta’ prodotti naturali), mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra</P><P>[…]</P><P>3824 90 – Oħrajn</P><P>[…]</P><P>3824 90 97 – – – – Oħrajn.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 328/2013</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2013, tat-<DATE ISO="20130408">8 ta’ April 2013</DATE>, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="102" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 102, p. 10</REF.DOC.OJ>), jinkludi, fl-anness tiegħu, tabella bi tliet kolonni fejn l-ewwel waħda tiddeskrivi kull merkanzija kkonċernata, it-tieni waħda tindika l-klassifikazzjoni fin-NM li ġiet attribwita lill-merkanzija u t-tielet waħda tipprovdi r-raġunijiet għal din il-klassifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Għalhekk minn dan l-anness jirriżulta li prodott fil-forma ta’ trab li jikkonsisti minn 97 % karbonat tal-kalċju u minn 3 % lamtu ġie kklassifikat fl-intestatura 2106 90 92 tan-NM. Fil-kolonna li tirrigwarda d-deskrizzjoni tal-merkanzija, dan il-prodott huwa deskritt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Prodott fil-forma ta’ trab li jikkonsisti minn (% bil-piż):</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>karbonat tal-kalċju 97</P></ITEM><ITEM><P>lamtu 3</P></ITEM></LIST></P><P>Il-prodott huwa adattat għal użu f’diversi oqsma differenti, pereżempju oġġetti tal-ikel uman, medikamenti u materjal taż-żebgħa għall-mili.</P><P>Il-prodott huwa adattat għal użu fil-manifattura ta’ pilloli tal-kalċju.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-kolonna ddedikata għar-raġunijiet tal-klassifikazzjoni magħżula hemm indikat li din tal-aħħar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-[NM], in-Nota 1(b) tal-Kapitolu 38 kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet NM 2106, 2106 90 u 2106 90 92<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Dawn ir-raġunijiet jinkludu wkoll il-konstatazzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Minħabba l-preżenza ta’ sustanza li mhijiex koperta min-Nota 1(a), (d) jew (e) tal-Kapitolu 28, il-klassifikazzjoni f’dak il-kapitolu hija eskluża.</P><P>[…]</P><P>Minħabba l-kompożizzjoni tal-prodott, il-klassifikazzjoni fil-Kapitolu 38 hija eskluża bis-saħħa tan-Nota 1(b) ta’ dak il-kapitolu (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-Kapitolu 38, il-parti ġenerali).</P><P>Għalhekk, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2106 bħala preparazzjoni tal-ikel li mhux speċifikat jew inkluż band’oħra.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-SA u n-NM</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (ODD), twaqqaf permezz tal-Konvenzjoni dwar il-ħolqien tal-imsemmi kunsill, konkluża fi Brussell fil-<DATE ISO="19501215">15 ta’ Diċembru 1950</DATE>. Is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>SA<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), tfasslet mill-ODD u ġiet stabbilita bil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija, konkluża fi Brussell fl-<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE> u approvata, flimkien mal-Protokoll li jemendaha tal-<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas-<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-intestaturi 2106 u 3824 tan-NM jirriproduċu l-formulazzjoni tal-intestaturi 2106 u 3824 tas-SA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>In-noti ta’ spjegazzjoni tas-SA ġew elaborati fi ħdan l-ODD skont id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni dwar is-SA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>In-noti ta’ spjegazzjoni tas-SA li jirrigwardaw il-Kapitolu 38 tagħha jistipulaw b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Kunsiderazzjonijiet ġenerali</P><?PAGE NO="5"?><P>[…]</P><P>Għall-finijiet tan-Nota 1(b) ta’ dan il-kapitolu, l-espressjoni <HT TYPE="ITALIC">oġġetti tal-ikel jew sustanzi oħra b’valur nutrittiv</HT> tkopri prinċipalment prodotti tajbin għall-ikel tat-Taqsimiet I sa IV.</P><P>Din l-espressjoni tkopri wkoll ċerti prodotti oħra, b’mod partikolari l-prodotti tal-Kapitolu 28 użati bħala suppliment minerali fil-preparazzjonijiet tal-ikel, l-alkoħol taz-zokkor tan-Nru 29.05, l-amino-aċti essenzjali tan-Nru 29.22, il-leċitini tan-Nru 29.23, il-provitamini u l-vitamini tan-Nru 29.36, iz-zokkor tan-Nru 29.40, il-frazzjonijiet ta’ demm tal-annimali tan-Nru 30.02 intiżi għall-użu fil-preparazzjonijiet tal-ikel, il-kaseina u l-kaseinati tan-Nru 35.01, l-albumini tan-Nru°35.02, il-ġelatina tal-ikel tan-Nru°35.03, sustanzi ta’ proteini tajbin għall-ikel tan-Nru°35.04, id-destrini u lamti oħra mmodifikati tajbin għall-ikel tan-Nru°35.05, is-sorbitol tan-Nru°38.24, il-prodotti tajbin għall-ikel tal-Kapitolu 39 (bħall-amylopectine u l-amylose tan-Nru°39.13). Għandu jiġi enfasizzat li l-prodotti elenkati hawn fuq qed jingħataw bħala eżempju u li dan l-elenku ma għandux jitqies li huwa eżawrjenti.</P><P>Is-sempliċi preżenza ta’ <HT TYPE="ITALIC">oġġetti tal-ikel jew sustanzi oħra b’valur nutrittiv</HT> f’taħlita ma hijiex suffiċjenti sabiex dawn it-taħlitiet jiġu esklużi mill-Kapitolu 38, b’applikazzjoni tan-Nota 1(b) ta’ dan il-kapitolu. Is-sustanzi li l-valur nutrittiv tagħhom huwa sempliċement ta’ importanza sekondarja meta mqabbel mal-funzjoni tagħhom inkwantu prodotti kimiċi, użati, pereżempju, bħala additivi tal-ikel jew awżiljarji teknoloġiċi, ma humiex meqjusa, għall-finijiet ta’ din in-nota, bħala <HT TYPE="ITALIC">oġġetti tal-ikel jew sustanzi oħra b’valur nutrittiv</HT>. It-taħlitiet li huma esklużi mill-Kapitolu 38 abbażi ta’ din in-Nota jaqgħu taħt dawk il-kategoriji ta’ prodotti li jintużaw fil-preparazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel għal konsum uman u li l-valur tagħhom huwa bbażat fuq il-kwalitajiet nutrittivi tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fil-<DATE ISO="20140411">11 ta’ April 2014</DATE>, Madaus għamlet dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera ta’ karbonat tal-kalċju li joriġina mill-Istati Uniti. F’din id-dikjarazzjoni, hija kklassifikat il-prodott inkwistjoni fis-subintestatura 2836 50 00 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Dan il-prodott huwa materjal mhux ipproċessat għall-manifattura ta’ pilloli tal-kalċju fil-forma ta’ pilloli sempliċi, ta’ pilloli li jinħallu fl-ilma u ta’ pilloli li jintmagħdu. L-isem ta’ dan il-prodott huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>DESTAB Calcium Carbonate 90SE Ultra 250<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u jikkonsisti minn karbonat tal-kalċju ta’ kostituzzjoni kimika ddefinita fil-forma ta’ trab u minn lamtu mmodifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-merkanzija importata ġiet, kif mitlub mir-rikorrenti, irrilaxxata għal ċirkulazzjoni libera u b’konsegwenza ta’ dan id-dazji fuq l-importazzjoni ġew stabbiliti bir-rata ta’ 5 % applikabbli għas-subintestatura 2836 50 00 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu l-HB ordna li dawn il-prodotti jiġu analizzati. Mill-perizja ta’ klassifikazzjoni tariffarja mwettqa rriżulta li dawn il-prodotti kellhom jiġu kklassifikati fis-subintestatura 2106 90 92 tan-NM. Mill-analiżi mwettqa jirriżulta li, fid-dawl tal-livell ta’ lamtu mmodifikat li huwa iżgħar, bil-piż, minn 5 %, dan il-lamtu miżjud ma huwiex komponent importanti ta’ dan il-prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Peress li d-dazji doganali applikabbli għal din l-intestatura huma ta’ 12.8 %, fl-<DATE ISO="20140624">24 ta’ Ġunju 2014</DATE>, HB bagħat lir-rikorrenti avviż ta’ taxxa sabiex jikseb il-ħlas tad-dazji li kienu għadhom dovuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Wara li r-rikors amministrattiv tagħha kontra dan l-avviż ġie miċħud, Madaus ressqet rikors għall-annullament ta’ dan l-avviż quddiem il-qorti tar-rinviju. Insostenn tar-rikors tagħha hija qed issostni, issa, essenzjalment li l-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali kellu jiġi kklassifikat, mhux fis-subintestatura 2836 50 00 tan-NM, iżda fis-subintestatura 3824 90 97 ta’ din in-Nomenklatura. Hija tispeċifika, minn naħa, li l-livell ta’ lamtu tal-prodott inkwistjoni jaqbeż il-5 % tal-piż totali tiegħu u,<?PAGE NO="6"?> min-naħa l-oħra, li l-lamtu ma huwiex miżjud minħabba l-ispeċifikazzjonijiet nutrittivi tiegħu, iżda jservi biss bħala aġent għall-manifattura, sabiex jiffaċilita l-manifattura ta’ pilloli tal-kalċju. Il-fatt li l-lamtu miżjud għandu valur nutrittiv żgħir huwa ta’ importanza sekondarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont Madaus, fid-dawl ta’ dak li ġie espost iktar ’il fuq, il-prodott inkwistjoni jaqa’ taħt il-Kapitolu 38 tan-NM. L-esklużjoni ta’ ċerti prodotti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-kapitolu, prevista fin-Nota 1(b) tiegħu u li tirrigwarda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>taħlit ta’ kimiċi ma’ oġġetti ta’ l-ikel jew sustanzi oħrajn b’valur nutrittiv<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, ma hijiex applikabbli għall-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li din ma hijiex taħlita komposta b’mod partikolari minn oġġetti tal-ikel jew minn sustanza oħra b’valur nutrittiv. Fil-fatt, skont in-noti ta’ spjegazzjoni tas-SA fuq il-Kapitolu 38, is-sempliċi preżenza ta’ oġġetti tal-ikel jew ta’ sustanzi oħra b’valur nutrittiv f’taħlita, bħal f’dan il-każ il-lamtu mmodifikat, ma hijiex suffiċjenti sabiex din it-taħlita tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 38 tan-NM. Fl-aħħar nett, Madaus tkompli tgħid li r-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 328/2013 huwa invalidu, għaliex jinterpreta ħażin il-portata tan-Nota 1(b) tal-Kapitolu 38 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>HB isostni li ż-żewġ komponenti tal-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-karbonat tal-kalċju u l-lamtu mmodifikat, huma sustanzi li għandhom valur nutrittiv fis-sens tal-imsemmija nota, u li dan huwa, għal din ir-raġuni, preparazzjoni tal-ikel li taqa’ taħt l-intestatura 2106 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkonsisti minn karbonat tal-kalċju, li huwa bla dubju ta’ xejn prodott kimiku fis-sens ta’ kliem l-intestatura 3824 tan-NM, u minn lamtu mmodifikat. Hija tispeċifika li l-partijiet ma jaqblux dwar l-għan tal-użu tat-tieni komponent ta’ dan il-prodott, jiġifieri l-lamtu mmodifikat, li fuqu tiddependi l-klassifikazzjoni tariffarja tal-imsemmi prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif diġà ġie espost, skont in-Nota 1(b) tal-Kapitolu 38 tan-NM, huma esklużi minn dan il-kapitolu t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>taħlit ta’ kimiċi ma’ oġġetti ta’ l-ikel jew sustanzi oħrajn b’valur nutrittiv, ta’ kwalita’ użata fil-preparazzjoni ta’ ikel uman<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li s-soluzzjoni tat-tilwima pendenti quddiemha tiddependi fuq il-kwistjoni ta’ jekk dan it-tieni komponent huwiex oġġetti tal-ikel jew sustanza oħra b’valur nutrittiv fis-sens ta’ din in-nota.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-istess qorti tqis li l-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqa’ taħt il-Kapitolu 38 tan-NM, għaliex il-komponent prinċipali, jiġifieri l-karbonat tal-kalċju, huwa prodott kimiku, filwaqt li l-lamtu mmodifikat ġie miżjud biss sabiex jiffaċilita l-ksib ta’ pilloli tal-kalċju. Konsegwentement, hija tqis li l-lamtu mmodifikat jinsab fil-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali biss bħala aġent għall-manifattura, u mhux sabiex jagħti lil dan il-prodott valur nutrittiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward il-qorti tar-rinviju tibbaża ruħha fuq in-noti ta’ spjegazzjoni dwar il-Kapitolu 38 tas-SA, kif dawn jirriżultaw mill-punt 18 ta’ din is-sentenza, li jgħidu li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>s-sempliċi preżenza ta’ <HT TYPE="ITALIC">oġġetti tal-ikel jew sustanzi oħra b’valur nutrittiv</HT> f’taħlita ma hijiex suffiċjenti sabiex dawn it-taħlitiet jiġu esklużi mill-Kapitolu 38, b’applikazzjoni tan-Nota 1(b) ta’ dan il-kapitolu [meta] l-valur nutrittiv tagħhom huwa sempliċement ta’ importanza sekondarja meta mqabbel mal-funzjoni tagħhom inkwantu prodotti kimiċi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, hija għandha dubji dwar jekk il-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistax jaqa’ taħt il-Kapitolu 38 tan-NM, fid-dawl tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 328/2013. Fil-fatt, hija tindika li dan ir-regolament jagħmel riferiment għan-Nota 1(b), li tinsab fil-Kapitolu 38, li skontha huma esklużi minn dan il-kapitolu ċerti taħlitiet ta’ prodotti kimiċi u ta’ oġġetti tal-ikel li għandhom valur nutrittiv. Għalhekk, prodott paragunabbli għal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqa’ taħt il-Kapitolu 21 tan-NM, u għaldaqstant għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 2106 ta’ din in-nomenklatura, u mhux taħt il-Kapitolu 38 tagħha. Il-qorti tar-rinviju tqis li dan ir-regolament jista’<?PAGE NO="7"?> jkun invalidu għall-istess raġunijiet bħal dawk li fl-opinjoni tagħha donnhom jiġġustifikaw il-klassifikazzjoni tal-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali fil-Kapitolu 38 tan-NM u, għaldaqstant, minħabba interpretazzjoni ħażina tal-portata tan-Nota 1(b) ta’ dan il-kapitolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Bremen (qorti tal-finanzi ta’ Brême, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>In-[NM] għandha tiġi interpretata fis-sens li materjal mhux ipproċessat bl-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>DESTAB Calcium Carbonate 90SE Ultra 250<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> [użat] għall-finijiet tal-manifattura ta’ pilloli tal-kalċju fil-forma ta’ pilloli sempliċi, [ta’] pilloli li jinħallu fl-ilma u [ta’] pilloli li jintmagħdu, kompost minn karbonat tal-kalċju ta’ kostituzzjoni kimika ddefinita fil-forma ta’ trab u, sabiex tiġi ffaċilitata l-manifattura ta’ pilloli, minn lamtu mmodifikat, b’livell ta’ lamtu – kif stabbilit skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2010, tad-<DATE ISO="20100209">9 ta’ Frar 2010</DATE>, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 900/2008 li jistabbilixxi l-metodi tal-analiżi u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ ċertu merkanzija li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli [(<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="037" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 37, p. 21</REF.DOC.OJ>)] – inferjuri, fit-toqol, għal 5 %, għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 3824 90 97 [tan-NM]?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tal-mistoqsija tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk in-NM għandhiex tiġi interpretata fis-sens li prodott, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, użat għall-finijiet tal-manifattura ta’ pilloli tal-kalċju fil-forma ta’ pilloli sempliċi, ta’ pilloli li jinħallu fl-ilma u ta’ pilloli li jintmagħdu, li jikkonsisti minn karbonat tal-kalċju ta’ kostituzzjoni kimika ddefinita fil-forma ta’ trab u, sabiex tiġi ffaċilitata l-manifattura ta’ pilloli, minn lamtu mmodifikat miżjud, u li l-livell ta’ lamtu tiegħu huwa iżgħar, bil-piż, minn 5 %, għandux jiġi kklassifikat fl-intestatura 2106, inkwantu preparazzjoni tal-ikel, jew fl-intestatura 3824, inkwantu prodott kimiku, ta’ din in-Nomenklatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu l-ewwel nett, jiġi enfasizzat li, meta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jitressaq rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar il-klassifikazzjoni tariffarja, ir-rwol tagħha huwa iktar li tagħti kjarifika lill-qorti nazzjonali dwar il-kriterji li bl-implementazzjoni tagħhom il-qorti nazzjonali tkun tista’ tikklassifika b’mod korrett il-prodotti inkwistjoni fin-NM, milli li tikklassifikahom hija stess, u dan peress li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandiex neċessarjament l-elementi indispensabbli kollha f’dan ir-rigward. Għaldaqstant, jidher li l-qorti nazzjonali tinsab f’pożizzjoni aħjar sabiex twettaq il-klassifikazzjoni inkwistjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kyowa Hakko Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:615">EU:C:2015:615</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Sussegwentement għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-kontrolli, il-kriterju deċiżiv għall-klassifika tariffarja tal-merkanzija għandu jitfittex, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi u fl-ispeċifikazzjonijiet oġġettivi tagħha, kif iddefiniti mill-formulazzjoni tal-intestatura tan-NM u tan-noti tat-taqsima jew tal-kapitolu tagħha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160217">17 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Salutas Pharma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑124/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:87">EU:C:2016:87</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, in-noti tal-kapitolu tan-NM jikkostitwixxu mezzi importanti sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tat-tariffa doganali komuni u jipprovdu, bħala tali, elementi utli għall-interpretazzjoni tagħha. Il-kontenut tal-imsemmija noti għandu għalhekk ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tan-NM u ma jistax jemenda l-portata tagħhom (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160217">17 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Salutas Pharma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑124/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:87">EU:C:2016:87</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-noti ta’ spjega mfassla, f’dak li jirrigwarda s-SA, mill-ODD u, f’dak li jirrigwarda n-NM, mill-Kummissjoni jikkontribwixxu b’mod importanti għall-interpretazzjoni tal-portata tad-diversi intestaturi tariffarji mingħajr madankollu ma għandhom saħħa vinkolanti ta’ liġi (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160217">17 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Salutas Pharma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑124/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:87">EU:C:2016:87</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-klassifikazzjoni fl-intestatura adegwata, għandu jitfakkar ukoll li l-użu intenzjonat tal-prodott jista’ jikkostitwixxi kriterju oġġettiv ta’ klassifikazzjoni sa fejn dan ikun inerenti għall-imsemmi prodott, fejn in-natura inerenti għandha tkun tista’ tiġi evalwata fuq il-bażi tal-karatteristiċi u tal-ispeċifikazzjonijiet oġġettivi tiegħu (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Agroferm</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑568/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:407">EU:C:2013:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Oliver Medical</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑547/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:139">EU:C:2015:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, l-użu intenzjonat tal-prodott huwa kriterju rilevanti biss jekk il-klassifikazzjoni ma tistax issir biss abbażi tal-karatteristiċi u tal-ispeċifikazzjonijiet oġġettivi tal-prodott (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Skoma-Lux</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑339/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:781">EU:C:2010:781</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160428">28 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Oniors Bio</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑233/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:305">EU:C:2016:305</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa kompost minn karbonat tal-kalċju, prodott kimiku, u minn lamtu mmodifikat, sustanza li għandha valur nutrittiv, fi proporzjonijiet rispettivi ta’ madwar 95 % u ta’ 5 %. Il-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali jintuża bħala materjal mhux ipproċessat fil-manifattura ta’ pilloli tal-kalċju intiżi għal konsum uman. Għaldaqstant, fid-dawl tal-karatteristiċi u tal-ispeċifikazzjonijiet oġġettivi tal-prodott inkwistjoni, dan jaqa’, bħala prinċipju, taħt il-Kapitolu 38 tan-NM dwar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Diversi prodotti kimiċi<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, minn kliem in-Nota 1(b), dwar dan il-Kapitolu 38, jirriżulta li minn dan il-kapitolu huma esklużi t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>taħlit ta’ kimiċi ma’ oġġetti ta’ l-ikel jew sustanzi oħrajn b’valur nutrittiv, ta’ kwalita’ użata fil-preparazzjoni ta’ ikel uman (ġeneralment, [intestatura Nru]2106)<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kriterju relatat mal-kompożizzjoni tat-taħlita, hemm lok li n-Nota 1(b), relatata mal-Kapitolu 38 tan-NM, tiġi interpretata billi jittieħdu inkunsiderazzjoni n-noti ta’ spjegazzjoni rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, il-klassifikazzjoni ta’ taħlita ta’ prodotti kimiċi u ta’ oġġetti tal-ikel jew ta’ sustanzi oħra b’valur nutrittiv fil-Kapitolu 38 jew fil-Kapitolu 21 tan-NM tiddependi fuq il-kompożizzjoni ta’ din it-taħlita, kif din tirriżulta mill-karatteristiċi u mill-ispeċifikazzjonijiet oġġettivi ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-aħħar sentenza tal-aħħar paragrafu tan-noti ta’ spjegazzjoni tas-SA relatati mal-Kapitolu 38 tagħha tispeċifika li t-taħlitiet li huma esklużi minn dan il-kapitolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>jaqgħu taħt dawk il-kategoriji ta’ prodotti li jintużaw fil-preparazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel għal konsum uman u li l-valur tagħhom huwa bbażat fuq il-kwalitajiet nutrittivi tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>taħlita<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens ta’ dan l-aħħar paragrafu, għalhekk jirrigwarda t-taħlita, inkwantu tali, ta’ prodotti kimiċi u ta’ oġġetti tal-ikel jew ta’ sustanzi oħra b’valur nutrittiv, mingħajr distinzjoni skont is-sustanzi kostituttivi ta’ tali taħlita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk, bħala kriterju ta’ klassifikazzjoni tariffarja tal-prodott inkwistjoni, hemm lok li ma jintużax biss dak li jirrigwarda l-karatteristiċi u l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu, jiġifieri b’mod partikolari l-valur nutrittiv tat-taħlita inkwantu tali, iżda wkoll dak li jirrigwarda l-użu intenzjonat ta’ dan il-prodott, jiġifieri l-fatt li din it-taħlita tintuża fil-manifattura ta’ prodotti tal-ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa taħlita komposta minn prodott kimiku, il-karbonat tal-kalċju, u minn sustanza li għandha valur nutrittiv, il-lamtu mmodifikat. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-kunċett ta’ sustanza li għandha valur nutrittiv jista’ jkun applikabbli għal prodotti kimiċi (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920130">30 ta’ Jannar 1992</DATE>, <NAME.CASE>SuCrest</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑14/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:48">EU:C:1992:48</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, il-fatt li sustanza, bħall-karbonat tal-kalċju, jkollha l-kwalità ta’ prodott kimiku ma jipprekludix li din is-sustanza titqies li hija sustanza li għandha valur nutrittiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta wkoll li l-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġie inizjalment iddikjarat mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali bl-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Karbonat tal-kalċju – supplimenti tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-kliem tal-intestatura 2106 tan-NM isemmi l-preparazzjonijiet tal-ikel li ma humiex speċifikati jew inklużi band’oħra u li n-noti ta’ spjegazzjoni tas-SA għal din l-intestatura jippreċiżaw li din tinkludi, b’mod partikolari, il-preparazzjonijiet indikati ta’ spiss taħt l-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>supplimenti tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, ippreżentati f’ippakkjar li jindika li huma intiżi sabiex iżommu l-benesseri tal-ġisem (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091217">17 ta’ Diċembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Swiss Caps</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑410/08 sa C‑412/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:794">EU:C:2009:794</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li l-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali jintuża għall-finijiet tal-manifattura ta’ pilloli tal-kalċju fil-forma ta’ pilloli sempliċi, ta’ pilloli li jinħallu fl-ilma u ta’ pilloli li jintmagħdu, intiżi għal konsum uman. Kif indikat il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha, dawn il-pilloli tal-kalċju jikkontribwixxu għar-regolarizzazzjoni tas-sekrezzjoni gastrika, bil-għan li tiġi stimulata u ffaċilitata d-diġestjoni u, b’mod iktar ġenerali, li jinżammu s-saħħa u l-benesseri tal-ġisem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għalhekk, taħlita bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija intiża, skont il-karatteristiċi u l-ispeċifikazzjonijiet oġġettivi tagħha, għall-preparazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel għal konsum uman.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, prodott bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa kopert mid-deroga prevista fin-Nota 1(b) tal-Kapitolu 38 tan-NM, u għandu, għalhekk, f’kull każ, jiġi eskluż minn dan il-kapitolu dwar id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Diversi prodotti kimiċi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Konsegwentement, taħlita bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt il-Kapitolu 21 tan-NM, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Preparazzjonijiet diversi tajbin għall-ikel<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, u għandha, għalhekk, tiġi kklassifikata fl-intestatura 2106 tan-NM, relatata ma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Preparazzjonijiet ta’ l-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, li għaliha tagħmel espliċitament riferiment in-Nota 1(b) tal-Kapitolu 38 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq jirriżulta li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li prodott, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, użat għall-finijiet tal-manifattura ta’ pilloli tal-kalċju fil-forma ta’ pilloli sempliċi, ta’ pilloli li jinħallu fl-ilma u ta’ pilloli li jintmagħdu, li jikkonsisti minn karbonat tal-kalċju ta’ kostituzzjoni kimika ddefinita fil-forma ta’ trab u, sabiex tiġi ffaċilitata l-manifattura ta’ pilloli, minn lamtu mmodifikat miżjud, u li l-livell ta’ lamtu tiegħu huwa iżgħar, bil-piż, minn 5 %, għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 2106 ta’ din in-Nomenklatura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">In-Nomenklatura Magħqud li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni […], fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013, tal-<DATE ISO="20131004">4 ta’ Ottubru 2013</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li prodott, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, użat għall-finijiet tal-manifattura ta’ pilloli tal-kalċju fil-forma ta’ pilloli sempliċi, ta’ pilloli li jinħallu fl-ilma u ta’ pilloli li jintmagħdu, li jikkonsisti minn karbonat tal-kalċju ta’ kostituzzjoni kimika ddefinita fil-forma ta’ trab u, sabiex tiġi ffaċilitata l-manifattura ta’ pilloli, minn lamtu mmodifikat miżjud, u li l-livell ta’ lamtu tiegħu huwa iżgħar, bil-piż, minn 5 %, għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 2106 ta’ din in-Nomenklatura.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="10"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>