|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/693 |
10.11.2023 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
(C/2023/693)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 (2), dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.
Il-Kunsill irċieva informazzjoni mill-awtoritajiet Tuneżini li ser tiġi kkunsidrata fil-qafas tar-rieżami annwali tal-miżuri restrittivi li jikkonċernaw il-persuni kollha elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011. Il-persuni kkonċernati huma b'dan infurmati li huma jistgħu jagħmlu talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni marbuta magħhom, qabel l-20 ta' Novembru 2023, fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 101/2011.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/693/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)