<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-830/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0830</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:275">EU:C:2020:275</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200402">2.4.2020</DATE> – (Kawża C‑830/18)</HT></P><P><HT TYPE="SC">Landkreis Südliche Weinstraße</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 492/2011</KEYWORD><KEYWORD>Ulied ta’ ħaddiema transkonfinali</KEYWORD><KEYWORD>Benefiċċji soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Sistema ta’ rimbors tal-ispejjeż ta’ trasport skolastiku</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni ta’ residenza f’Land</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni tat-tfal li jmorru l-iskola f’dan il-Land u li jirrisjedu fi Stat Membru differenti minn dak tal-istabbiliment skolastiku li jattendu</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni taċ-ċittadini nazzjonali residenti fil-Länder l-oħra</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑830/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz (il-Qorti Amministrattiva Superjuri ta’ Rheinland-Pfalz, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20181211">11 ta’ Diċembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20181228">28 ta’ Diċembru 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Landkreis Südliche Weinstraße</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">PF <HT TYPE="ITALIC">et,</HT></HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Vertreter des öffentlichen Interesses,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn S. Rodin, President tal-Awla, D. Šváby u N. Piçarra (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Hödlmayr u B.-R. Killmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE> dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 141, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn PF u l-Landkreis Südliche Weinstraße (id-Distrett Amministrattiv ta’ Südliche Weinstraße) dwar it-teħid ta’ responsabbiltà, mil-Land, għall-ispejjeż tat-trasport skolastiku ta’ wlied ta’ ħaddiema transkonfinali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 3 sa 5 tar-Regolament Nru 492/2011 jindikaw</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(3)</NO.P><TXT>Għandhom jiġu previsti dispożizzjonijiet li jippermettu li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti bl-Artikoli 45 u 46 tat-Trattat [FUE] fil-qasam tal-moviment liberu.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Il-moviment liberu jikkonstitwixxi dritt fundamentali għall-ħaddiema u l-familji tagħhom. […] Għandu jiġi affermat id-dritt tal-ħaddiema kollha fl-Istati Membri li jwettqu l-attività tal-għażla tagħhom fi ħdan l-Unjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Dritt bħal dan għandu jkun gawdut mingħajr diskriminazzjoni minn ħaddiema permanenti, staġjonali u tal-fruntiera u minn dawk li jwettqu l-attivitajiet tagħhom għall-iskop li jipprovdu servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) u (2) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħaddiem ċittadin ta’ xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, ikun trattat b’mod differenti minn ħaddiema nazzjonali minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe kondizzjoni tal-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta’ paga, tkeċċija u jekk hu jisfa’ mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Huwa għandu jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta’ taxxa bħall-ħaddiema nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>It-tfal ta’ ċittadin ta’ Stat Membru li hu jew kien impjegat fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandhom ikunu ammessi għall-korsijiet edukattivi ġenerali, ta’ apprendistat u ta’ taħriġ professjonali ta’ dak l-Istat taħt l-istess kondizzjonijiet bħal ċittadini ta’ dak l-Istat, jekk dawn it-tfal ikunu qegħdin jgħixu fit-territorju tiegħu.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-isforzi kollha biex dawn it-tfal ikunu jistgħu jattendu għal dawn il-korsijiet taħt l-aħjar kondizzjonijiet possibbli.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 56(1) tar-Rheinland-pfälzisches Schulgesetz (il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tas-Sistema Skolastika tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz), tat-<DATE ISO="20040330">30 ta’ Marzu 2004</DATE> (GVBl. RP 2004, p. 239), kif emendata fl-aħħar lok mill-Artikolu 10 tal-liġi tas-<DATE ISO="20160216">16 ta’ Frar 2016</DATE> (GVBl. RP 2016, p. 37), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-iskola hija obbligatorja għat-tfal, adolexxenti u adulti żgħar kollha li għandhom id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom f’Rheinland-Pfalz; din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dritt internazzjonali u għall-konvenzjonijiet internazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 69 ta’ din il-liġi, dwar is-servizz ta’ trasport skolastiku, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="069.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Huma l-Landkreise u l-ibliet li ma humiex marbuta ma’ Landkreis li għandhom jiżguraw, bħala missjoni obbligatorja li taqa’ taħt l-awtoamministrazzjoni ta’ dawn il-kollettivitajiet, it-trasport tal-istudenti ddomiċiljati f’Rheinland-Pfalz sal-iskejjel primarji u l-istabbilimenti tal-edukazzjoni speċjalizzata li jinsabu fit-territorju tagħhom, meta ma jistax raġonevolment jiġi mistenni minn dawn l-istudenti li jmorru hemm mingħajr ma jużaw mezz ta’ trasport.</ALINEA><ALINEA><P>Din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għat-trasport tal-istudenti:</P><P>1. Sal-eqreb stabbiliment ta’ edukazzjoni sekondarja […]</P></ALINEA><ALINEA>Jekk l-istabbiliment iffrekwentat ikun jinsab barra mit-territorju ta’ Rheinland-Pfalz, il-Landkreis jew il-belt li ma hijiex affiljata ma’ Landkreis li fit-territorju tiegħu jew tagħha jkun domiċiljat l-istudent għandhom jieħdu r-responsabbiltà tal-ispejjeż tat-trasport.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="069.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Ma jistax raġonevolment jiġi mistenni li student imur fl-istabbiliment li huwa jiffrekwenta mingħajr ma jaqbad mezz ta’ trasport jekk il-vjaġġ ikun partikolarment perikoluż jew jekk il-vjaġġ bil-mixi l-iktar qasir, li ma jkunx ta’ perikolu partikolari, bejn id-domiċilju tiegħu u l-iskola primarja jew l-istabbiliment ta’ edukazzjoni sekondarja […] li huwa jiffrekwenta, ikun iktar, fl-ewwel każ, minn żewġ kilometri, jew, fit-tieni każ, minn erba’ kilometri. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="069.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-istabbiliment iffrekwentat ma jkunx l-eqreb stabbiliment skolastiku fis-sens [tal-punt 1 tat-tieni sentenza] tal-paragrafu 1, iktar ’il fuq, l-ispejjeż tat-trasport jitħallsu biss sal-ammont li jitħallas għat-trasport tal-istudent sal-eqreb stabbiliment. Sabiex jiġi ddeterminat l-eqreb stabbiliment skolastiku, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss l-istabbilimenti li joffru t-tagħlim tal-ewwel lingwa ħajja barranija magħżula. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="069.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Il-missjoni titwettaq bi prijorità permezz tat-teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż tat-trasport għall-użu ta’ mezzi ta’ trasport pubbliċi. Jekk in-netwerk ta’ trasport pubbliku ma toffrix konnessjoni li l-istudent jista’ raġonevolment jintalab li jieħu, għandu normalment jiġi stabbilit servizz ta’ trasport skolastiku permezz tax-xarabank. It-teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż marbuta mal-użu ta’ kull mezz ta’ trasport ieħor huwa dovut biss sal-ammont li jkun sostnut skont l-ewwel sentenza iktar ’il fuq.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tar-Rhland-pfälzisches Landesgesetz über den öffentlichen Personennahverkehr (il-Liġi dwar it-Trasport Pubbliku Urban u Interurban tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz), tas-<DATE ISO="19951117">17 ta’ Novembru 1995</DATE> (GVBl. RP 1995, p. 450), kif emendata fl-aħħar lok mill-Artikolu 12 tal-liġi tat-<DATE ISO="20151222">22 ta’ Diċembru 2015</DATE> (GVBl. RP 2015, p. 516), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-organizzazzjoni tat-trasport pubbliku urban u interurban, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(1) iktar ’il fuq, hija missjoni li taqa’ fuq il-Landkreise u fuq l-ibliet mhux marbuta ma’ Landkreis. Din hija missjoni fakultattiva li taqa’ taħt l-awto-amministrazzjoni ta’ dawn il-kollettivitajiet, li huma jħallsu sal-limitu tal-kapaċità finanzjarja tagħhom. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>PF, li għandu nazzjonalità Ġermaniża, jirrisjedi fi Franza mal-ġenituri tiegħu, li huma wkoll ta’ nazzjonalità Ġermaniża. Huwa jattendi skola ta’ tagħlim sekondarju fil-Landkreis Südliche Weinstraße tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz, fil-Ġermanja. Il-post tax-xogħol ta’ ommu jinsab ukoll fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-ispejjeż tat-trasport skolastiku ta’ PF jitħallsu mil-Landkreis fejn dan kien imur l-iskola sas-sena skolastika 2014–2015. Madankollu, għas-sena 2015–2016, il-Landkreis innotifika, permezz ta’ avviż tas-<DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li l-ispejjeż tat-trasport skolastiku ta’ PF ma kinux ser jitħallsu iktar, skont id-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ f’Rheinland-Pfalz. Din il-leġiżlazzjoni tipprevedi fil-fatt li l-Landkreis hija obbligata torganizza t-trasport skolastiku biss għal studenti residenti f’dan il-Land.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>PF ressaq ilment kontra d-deċiżjoni tal-Landkreis li ġie miċħud. Sussegwentement huwa ppreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda quddiem il-Verwaltungsgericht Neustadt an der Weinstraße (il-Qorti Amministrattiva ta’ Neustadt fuq Weinstraße, il-Ġermanja). Din tal-aħħar laqgħet ir-rikors minħabba li PF, bħala wild ta’ ħaddiem transkonfinali, kellu d-dritt li jibbenefika mit-teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż tat-trasport skolastiku tiegħu, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Landkreis appella minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, l-Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz (il-Qorti Amministrattiva Superjuri ta’ Rheinland-Pfalz, il-Ġermanja). Din tixtieq tkun taf, f’dan il-kuntest, jekk dispożizzjoni bħall-punt 1 tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 69(1) tal-Liġi dwar l-organizzazzjoni tas-sistema skolastika tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz tiksirx l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis, fil-fatt, li din l-aħħar dispożizzjoni hija applikabbli għall-kawża mressqa quddiemha. Minn naħa, din tqis li t-teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż tat-trasport skolastiku inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxi vantaġġ soċjali, fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011. Min-naħa l-oħra, hija tfakkar li, skont is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980512">12 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Martínez Sala</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑85/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:217">EU:C:1998:217</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), huma kkonċernati l-vantaġġi kollha li, marbuta jew le ma’ kuntratt ta’ impjieg, ġeneralment jingħataw lill-ħaddiema nazzjonali, minħabba l-kwalità oġġettiva tagħhom ta’ ħaddiem jew minħabba s-sempliċi fatt tar-residenza tagħhom fit-territorju nazzjonali, u li l-estensjoni tagħhom għall-ħaddiema ċittadini ta’ Stati Membri oħra tidher li hija ta’ natura li tiffaċilita l-mobbiltà tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi madankollu jekk il-miżura nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali twassalx għal diskriminazzjoni indiretta kontra l-ħaddiema migranti, fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tenfasizza, b’mod partikolari, li, fil-kawżi li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddeċiedi dwarhom, il-kundizzjoni ta’ residenza kienet testendi għat-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat. Issa, fil-kawża prinċipali, peress li l-kundizzjoni ta’ residenza hija limitata għal parti mit-territorju Ġermaniż, il-miżura nazzjonali teskludi kważi esklużivament lit-tfal ta’ ħaddiema ddomiċiljati f’dan l-Istat Membru mill-vantaġġ tal-benefiċċju soċjali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, filwaqt li huwa kkonċernat biss numru limitat ta’ wlied ta’ ħaddiema migranti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Madankollu, kieku din il-miżura nazzjonali kellha titqies bħala indirettament diskriminatorja, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-imsemmija miżura nazzjonali tistax tiġi ġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, f’dan il-każ, il-ħtieġa li tiġi żgurata l-organizzazzjoni effikaċi tas-sistema skolastika. Dan l-għan leġittimu jaqa’ taħt l-obbligu skolastiku, li għandu l-għan li jiggarantixxi d-dritt għall-edukazzjoni stabbilit fl-Artikolu 26 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-<DATE ISO="19481210">10 ta’ Diċembru 1948</DATE>, u fl-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li teżisti rabta inseparabbli bejn l-organizzazzjoni tas-sistema skolastika u t-territorju, li tippermetti li tiġi ġġustifikata l-kundizzjoni ta’ residenza prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali. F’dan ir-rigward, hija tirreferi għall-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 492/2011, li jissuġġetta d-dritt li jiġu segwiti korsijiet ta’ tagħlim ġenerali għal kundizzjoni ta’ residenza fl-Istat Membru, kif ikkonstatat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130613">13 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Hadj Ahmed</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:390">EU:C:2013:390</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tindika li huwa diffiċli li jiġi implimentat l-abbandun ta’ tali kundizzjoni ta’ residenza. Fil-fatt ikun delikat, fir-rigward ta’ student residenti fi Stat Membru differenti minn dak tal-istabbiliment skolastiku li jattendi, li jiġi ddeterminat l-istabbiliment skolastiku l-iktar viċin sabiex jiġi kkalkolat l-ammont tal-ispejjeż tat-trasport skolastiku li għandu jiġi rrimborsat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, l-Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz (il-Qorti Amministrattiva Superjuri ta’ Rheinland-Pfalz) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2) tar-Regolament [Nru 492/2011] għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tillimita l-obbligu ta’ awtoritajiet nazzjonali lokali (distretti amministrattivi) fir-rigward tat-trasport skolastiku lir-residenti tal-Istat federali (Bundesland) għandha effett diskriminatorju indirett, anki jekk ikun stabbilit, abbażi ta’ ċirkustanzi fattwali, li r-rekwiżit ta’ residenza b’mod predominanti jeskludi lir-residenti tal-bqija tat-territorju tal-Istat Membru mill-benefiċċju?</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-organizzazzjoni effettiva tas-sistema skolastika tikkostitwixxi rekwiżit imperattiv ta’ interess pubbliku li jista’ jiġġustifika diskriminazzjoni indiretta?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ewwel domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 għandux jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi miżura indirettament diskriminatorja leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-teħid ta’ responsabbiltà għat-trasport skolastiku minn Land għal kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju ta’ dan il-Land.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, fl-ewwel lok, għandu jiġi ppreċiżat, minn naħa, li kull ċittadin tal-Unjoni, indipendentement mill-post ta’ residenza u min-nazzjonalità tiegħu, li jagħmel użu mid-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema u li jeżerċita attività professjonali fi Stat Membru differenti minn dak tar-residenza tiegħu, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE, dispożizzjoni li r-Regolament Nru 492/2011 huwa intiż li jikkonkretizza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Ritter-Coulais</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑152/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:123">EU:C:2006:123</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għalhekk, ċittadin ta’ Stat Membru li, filwaqt li jżomm l-impjieg tiegħu f’dan l-Istat, jittrasferixxi d-domiċilju tiegħu lejn Stat Membru ieħor, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema u, għaldaqstant, tar-Regolament Nru 492/2011 (ara, f’dan is-sens, fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-<DATE ISO="19681015">15 ta’ Ottubru 1968</DATE> dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15) imħassar u ssostitwit bir-Regolament Nru 492/2011, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Hartmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:437">EU:C:2007:437</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar li dan ir-regolament huwa ta’ benefiċċju għall-ħaddiema transkonfinali, hekk kif jirriżulta mill-premessi 4 u 5 tal-imsemmi regolament, li jipprovdu li d-dritt tal-ħaddiema kollha tal-Istati Membri li jeżerċitaw l-attività tal-għażla tagħhom ġewwa l-Unjoni<?PAGE NO="6"?> għandu jiġi rrikonoxxut mingħajr distinzjoni għall-ħaddiema <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>permanenti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, staġjonali, transkonfinali jew li jeżerċitaw l-attività tagħhom fl-okkażjoni ta’ provvista ta’ servizzi. Bl-istess mod, l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011, li jirriproduċi b’mod identiku t-test tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1612/68, jirreferi, mingħajr riżerva, għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ħaddiem ċittadin ta’ xi Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19971127">27 ta’ Novembru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Meints</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑57/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:564">EU:C:1997:564</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Geven</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑213/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:438">EU:C:2007:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li ċittadin ta’ Stat Membru li, filwaqt li żamm l-impjieg tiegħu f’dan l-Istat, ikun ittrasferixxa d-domiċilju tiegħu fi Stat Membru ieħor u jkun eżerċita, minn dak iż-żmien, l-attività professjonali tiegħu bħala ħaddiem transkonfinali jista’ jinvoka l-istatus ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ħaddiem migrant<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fis-sens tar-Regolament Nru 492/2011 (ara, fir-rigward tar-Regolament Nru 1612/68, imħassar u ssostitwit bir-Regolament Nru 492/2011, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Hartmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:437">EU:C:2007:437</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-kawża prinċipali tikkonċerna lil ċittadin Ġermaniż li jaħdem fil-Ġermanja iżda li jirrisjedi fi Franza. L-element ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni huwa, konsegwentement, ir-residenza ta’ dan il-ħaddiem fi Stat Membru li ma huwiex dak li tiegħu huwa ċittadin. Peress li l-imsemmi ħaddiem eżerċita l-libertà ta’ moviment tiegħu, huwa għalhekk intitolat li jinvoka, kontra l-Istat Membru li tiegħu għandu n-nazzjonalità, ir-Regolament Nru 492/2011 li huwa intiż li jimplimenta l-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi indikat li l-membri tal-familja ta’ ħaddiem migrant huma benefiċjarji indiretti tal-ugwaljanza fit-trattament mogħtija lil dan tal-aħħar mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 (ara, fir-rigward tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68, li sar l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ vantaġġ soċjali msemmi fl-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-regolament, dan jinkludi l-vantaġġi kollha li huma marbuta jew le ma’ kuntratt ta’ impjieg, ġeneralment irrikonoxxuti lill-ħaddiema nazzjonali mis-sempliċi fatt tar-residenza tagħhom fit-territorju nazzjonali, u li l-estensjoni tagħhom għall-ħaddiema ċittadini ta’ Stati Membri oħra tidher tali li tiffaċilita l-mobbiltà tagħhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980512">12 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Martínez Sala</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑85/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:217">EU:C:1998:217</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-teħid ta’ responsabbiltà għat-trasport skolastiku ta’ membru tal-familja jikkostitwixxi vantaġġ soċjali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jitfakkar li l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 jikkostitwixxi espressjoni partikolari, fil-qasam speċifiku tal-għoti ta’ vantaġġi soċjali, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 45 TFUE u għandu jiġi interpretat bl-istess mod bħal din id-dispożizzjoni tal-aħħar (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191010">10 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Krah</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑703/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:850">EU:C:2019:850</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, fir-rigward tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68, li sar l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Dan il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jipprojbixxi mhux biss id-diskriminazzjoni ċara, ibbażata fuq in-nazzjonalità, iżda wkoll kull forma moħbija ta’ diskriminazzjoni li, bl-applikazzjoni ta’ kriterji oħra ta’ distinzjoni, fil-fatt twassal għall-istess riżultat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191010">10 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Krah</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑703/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:850">EU:C:2019:850</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, fir-rigward tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68, li sar l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk, kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju nazzjonali imposta minn leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex wieħed jibbenefika minn allowance għall-edukazzjoni tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta peress li tista’, min-natura tagħha stess, taffettwa iktar lill-ħaddiema migranti milli lill-ħaddiema<?PAGE NO="7"?> nazzjonali u peress li, konsegwentement, tirriskja li tisfavorixxi b’mod iktar partikolari lil tal-ewwel (ara, fir-rigward tar-Regolament Nru 1612/68, imħassar u ssostitwit bir-Regolament Nru 492/2011, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Hartmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:437">EU:C:2007:437</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-miżura nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn tissuġġetta r-rimbors tal-ispejjeż ta’ trasport skolastiku għal kundizzjoni ta’ residenza fil-Land, tista’, min-natura tagħha stess, tiżvantaġġa b’mod iktar partikolari lill-ħaddiema transkonfinali li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor. Għaldaqstant, din tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta, ipprojbita mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Tali konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-fatt li l-ħaddiema nazzjonali, li jirrisjedu fil-Länder l-oħra, iġarrbu wkoll din il-miżura nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, għandu jitfakkar li ladarba jiġi stabbilit li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tista’, min-natura tagħha stess, taffettwa iktar lill-ħaddiema transkonfinali milli lill-ħaddiema nazzjonali, huwa irrilevanti, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ diskriminazzjoni indiretta, li l-miżura nazzjonali taffettwa, jekk ikun il-każ, kemm liċ-ċittadini nazzjonali li ma jkunux jistgħu josservaw tali kriterju kif ukoll lill-ħaddiema transkonfinali. Fil-fatt, sabiex miżura tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala indirettament diskriminatorja, ma huwiex neċessarju li jkollha l-effett li tiffavorixxi liċ-ċittadini nazzjonali kollha jew li ma tiffavorixxix biss lill-ħaddiema transkonfinali bl-esklużjoni ta’ dawk nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190313">13 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Gemeinsamer Betriebsrat EurothermenResort Bad Schallerbach</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑437/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:193">EU:C:2019:193</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, fir-rigward tar-Regolament Nru 1612/68, imħassar u ssostitwit bir-Regolament Nru 492/2011, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, peress li d-diskriminazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali toriġina minn kundizzjoni ta’ residenza f’parti mit-territorju ta’ Stat Membru u mhux minn kundizzjoni ta’ nazzjonalità, ma huwiex importanti, sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni kif iddefinita fil-punti 30 u 31 ta’ din is-sentenza, li l-ħaddiema nazzjonali li jirrisjedu f’Land ieħor, jinsabu wkoll iddiskriminati minn din il-kundizzjoni ta’ residenza. Is-sitwazzjoni tagħhom taqa’, jekk ikun il-każ, taħt il-kunċett ta’ diskriminazzjoni inversa u ma titteħidx inkunsiderazzjoni mid-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, id-digriet tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080619">19 ta’ Ġunju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Kurt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑104/08</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:357">EU:C:2008:357</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, tali miżura nazzjonali tikkostitwixxi ostakolu għall-moviment liberu tal-ħaddiema, ipprojbit mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, sa fejn, anki jekk applikabbli mingħajr distinzjoni, hija tista’ tostakola jew tiddiswadi lil ċittadin ta’ Stat Membru milli jitlaq mill-Istat ta’ oriġini tiegħu sabiex jeżerċita d-dritt għall-moviment liberu tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951215">15 ta’ Diċembru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Bosman</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑415/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:463">EU:C:1995:463</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda preliminari li saret għandha tkun li l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-teħid ta’ responsabbiltà għat-trasport skolastiku minn Land għal kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju ta’ dan il-Land tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta, sa fejn din tista’, min-natura tagħha stess, taffettwa iktar lill-ħaddiema transkonfinali milli lill-ħaddiema nazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tieni domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 għandux jiġi interpretat fis-sens li n-neċessità li tiġi żgurata l-organizzazzjoni effikaċi tas-sistema skolastika tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika miżura nazzjonali kklassifikata bħala diskriminazzjoni indiretta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, bħala prinċipju, diskriminazzjoni indiretta hija pprojbita, sakemm ma tkunx oġġettivament iġġustifikata. Għal dan, din għandha, minn naħa, tkun xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq ta’ għan leġittimu u, min-naħa l-oħra, ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Aubriet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑410/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:582">EU:C:2019:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li azzjoni mibdija minn Stat Membru sabiex jiżgura livell għoli ta’ taħriġ tal-popolazzjoni residenti tiegħu għandha għan leġittimu li jista’ jiġġustifika diskriminazzjoni indiretta u li t-tkomplija ta’ edukazzjoni ogħla tikkostitwixxi għan ta’ interess ġenerali rrikonoxxut fil-livell tal-Unjoni (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Aubriet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑410/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:582">EU:C:2019:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-għan imsemmi mill-qorti tar-rinviju f’din il-kawża, jiġifieri l-organizzazzjoni effikaċi tas-sistema skolastika, sa fejn tirrigwarda d-dritt għall-edukazzjoni ggarantit fl-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jista’ jikkostitwixxi għan leġittimu, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 39 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, minn naħa, għalkemm id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħu fil-kuntest ta’ liġi dwar l-organizzazzjoni tas-sistema skolastika tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz, dawn jirrigwardaw esklużivament l-organizzazzjoni tat-trasport skolastiku f’dan il-Land. Min-naħa l-oħra, il-fatt stess li l-Artikolu 69 tal-Liġi dwar l-organizzazzjoni tas-sistema skolastika tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz jipprevedi li, jekk l-istabbiliment iffrekwentat ikun jinsab barra mit-territorju ta’ dan il-Land, l-ispejjeż tat-trasport jitħallsu mil-Landkreis jew mill-belt mhux marbuta ma’ Landkreis li fit-territorju tiegħu jew tagħha l-istudent huwa residenti, juri li l-organizzazzjoni tat-trasport skolastiku fil-livell tal-Land u l-organizzazzjoni tas-sistema skolastika fi ħdan dan il-Land ma humiex neċessarjament marbuta flimkien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif tosserva l-Kummissjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma għandhomx rabta suffiċjentement stretta mal-organizzazzjoni tas-sistema skolastika sabiex ikun jista’ jitqies li dawn id-dispożizzjonijiet isegwu tali għan leġittimu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-kundizzjoni ta’ residenza invokata kontra l-partijiet fil-kawża prinċipali ma tistax titqies li hija indispensabbli għall-ippjanar u għall-organizzazzjoni tat-trasport skolastiku, peress li kif tindika l-qorti tar-rinviju, jistgħu jiġu kkunsidrati miżuri oħra. B’mod partikolari, għall-kalkolu tal-ammont tal-ispejjeż tat-trasport skolastiku li għandu jiġi rrimborsat, jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni, bħala residenza tal-istudent, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>il-punt fejn il-vjaġġ kif itir l-għasfur bejn il-post ta’ residenza reali u l-eqreb stabbiliment edukattiv jaqbeż il-fruntiera<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-fatt, imsemmi mill-qorti tar-rinviju, li tali miżuri alternattivi jkunu iktar delikati sabiex jiġu implimentati mill-awtoritajiet nazzjonali ma huwiex biżżejjed sabiex waħdu jiġġustifika l-ksur ta’ libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat FUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Kohll u Kohll-Schlesser</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:361">EU:C:2016:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u, għalhekk, biex jiġġustifika ostaklu fir-rigward tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda preliminari li saret għandha tkun li l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-diffikultajiet prattiċi marbuta mal-organizzazzjoni effikaċi tat-trasport skolastiku fi ħdan Land ma jikkostitwixxux raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika miżura nazzjonali kklassifikata bħala diskriminazzjoni indiretta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE> dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-teħid ta’ responsabbiltà għat-trasport skolastiku minn Land għal kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju ta’ dan il-Land tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta, sa fejn din tista’, min-natura tagħha stess, taffettwa iktar lill-ħaddiema transkonfinali milli lill-ħaddiema nazzjonali.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-diffikultajiet prattiċi marbuta mal-organizzazzjoni effikaċi tat-trasport skolastiku fi ħdan Land ma jikkostitwixxux raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika miżura nazzjonali kklassifikata bħala diskriminazzjoni indiretta.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>