|
19.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 157/9 |
Proċedimenti ta’ stralċ
Deċiżjoni sabiex jinbdew proċedimenti ta’ stralċ għal “Societatea Carpatica Asig S.A.”
(Pubblikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))
(2017/C 157/07)
|
Impriża tal-assigurazzjoni |
Societatea Carpatica Asig S.A., bl-uffiċċju prinċipali tagħha fi Str. Nicolaus Olahus No 5, Tower A, Floors 3-6, Centrul de Afaceri Sibiu (Sibiu Business Centre), Sibiu, Romania, irreġistrata mal-Uffiċċju tar-Reġistru tan-Negozji bin-Nru J32/1053/29.11.1996, bil-kodiċi tat-taxxa 8990884 |
|
Id-data, id-dħul fis-seħħ u t-tip ta’ deċiżjoni |
Id-deċiżjoni Nru 132/16.2.2017, ippubblikata fil-Bulettin dwar il-Proċedimenti ta’ Insolvenza Nru 4791/9.3.2017 tordna t-tnedija tal-proċeduri ta’ falliment fir-rigward tad-debitur Carpatica Asig S.A. |
|
L-awtoritajiet kompetenti |
“Autoritatea de Supraveghere Financiară” (ASF) [l-Awtorità għas-Sorveljanza Finanzjarja], bl-uffiċċju prinċipali fi Splaiul Independenței No 15, Sector 5, Bucharest, ir-Rumanija |
|
L-awtorità ta’ sorveljanza |
“Autoritatea de Supraveghere Financiară” (ASF) [l-Awtorità għas-Sorveljanza Finanzjarja], bl-uffiċċju prinċipali fi Splaiul Independenței No 15, Sector 5, Bucharest, ir-Rumanija |
|
Likwidatur maħtur |
Likwidatur ġudizzjarju temporanju - Casa de Insolvență Transilvania, il-fergħa Cluj, bl-uffiċċju prinċipali fi Calea Dorobanților Nru 48, il-pjan terran, Silver Business Center, Cluj-Napoca, il-Kontea Cluj |
|
Id-dritt applikabbli |
tar-Rumanija L-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 93/2012 dwar it-twaqqif, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Awtorità għas-Sorveljanza Finanzjarja, approvata permezz ta’ emendi bil-liġi Nru 113/2013, kif emendata; Il-liġi Nru 503/2004 dwar l-irkupru finanzjarju, il-falliment, ix-xoljiment volontarju u l-istralċ fin-negozju tal-assigurazzjoni, ippubblikata mill-ġdid; Il-liġi Nru 237/2015 dwar l-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tal-assigurazzjoni, kif emendata. Il-liġi Nru 85/2014 dwar il-prevenzjoni tal-insolvenza u l-proċedimenti ta’ insolvenza. |