<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-802/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0802</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:269">EU:C:2020:269</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200402">2.4.2020</DATE> – Kawża C‑802/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Caisse pour l’avenir des enfants (Wild tal-konjuġi ta’ ħaddiem fruntalier)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 45 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 883/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(i)</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Vantaġġi soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/38/KE</KEYWORD><KEYWORD>Punt 2 tal-Artikolu 2</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 492/2011</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(2)</KEYWORD><KEYWORD>Allowance tal-familja</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>membri tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni tal-wild tal-konjuġi ta’ ħaddiema mhux residenti</KEYWORD><KEYWORD>Differenza fit-trattament mal-wild tal-konjuġi ta’ ħaddiema residenti</KEYWORD><KEYWORD>Ġustifikazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑802/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-conseil supérieur de la sécurité sociale (il-Kunsill Superjuri tas-Sigurtà Soċjali, il-Lussemburgu), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20181217">17 ta’ Diċembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Caisse pour l’avenir des enfants</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">FV,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">GW,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn M. Safjan, President tal-Awla, C. Toader u N. Jääskinen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Caisse pour l’avenir des enfants, minn R. Jazbinsek u A. Rodesch, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal FV u GW, minn P. Peuvrel, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.-R. Killmann u C. Valero, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE, tal-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46), tal-Artikolu 1(i) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72), u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE> dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 141, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, il-Caisse pour l’avenir des enfants (il-Fond għall-Futur tal-Ulied, il-Lussemburgu) (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>CAE<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u, min-naħa l-oħra, FV, ħaddiem fruntalier, u GW, il-konjuġi tiegħu, dwar ir-rifjut ta’ dan il-fond li jagħti allowances tal-familja għall-wild mill-ewwel żwieġ ta’ GW, peress li dan il-wild ma għandux rabta ta’ filjazzjoni ma’ FV.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/38</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/38 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>ċittadin ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ir-raġel jew martu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>is-sieħeb/sieħba li daħal/daħlet f’kuntratt ta’ unjoni reġistrata maċ-ċittadin/a ta’ l-Unjon, skond il-bażi tal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru, jekk il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru ospitanti tikkonsidra bħala ugwali għal żwieġ l-unjonijiet reġistrati u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-leġislazzjoni rilevanti ta’ l-Istat Memrbu ospitanti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>id-dixxendenti diretti li għandhom inqas minn 21 sena jew li huma dipendenti u dawk tar-raġel jew tal-mara jew tas-sieħeb/sieħba kif imfissra fil-punt (b);</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 883/2004</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 883/2004:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>kwalunkwe persuna definita jew rikonoxxuta bħala membru tal-familja jew indikata bħala membru tad-dar mil-leġislazzjoni li taħtha jingħataw il-benefiċċji;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>fir-rigward ta’ benefiċċji mogħtija in natura skond it-Titolu III, Kapitolu 1 dwar benefiċċji marbuta mal-mard, benefiċċji ta’ maternità u benefiċċji ekwivalenti ta’ paternità, kwalunkwe persuna definita jew rikonoxxuta bħala membru tal-familji jew indikata bħala membru tad-dar mil-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn din il-persuna għandha r-residenza tagħha;</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Jekk il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru li hija applikabbli taħt is-subparagrafu 1 ma tagħmilx distinzjoni bejn membri tal-familji u persuni oħra li tapplika għalihom, ir-raġel jew il-mara, l-ulied minorenni, u l-ulied li għandhom l-età tagħhom iżda għadhom jiddependu fuq il-ġenituri għandhom jitqiesu bħala membri tal-familja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Jekk, taħt il-leġislazzjoni applikabbli taħt is-subparagrafi 1 u 2, persuna titqies bħala membru tal-familja jew membru tad-dar biss jekk hija tgħix fl-istess dar mal-persuna assigurata jew mal-persuna pensjonanta, din il-kondizzjoni għandha titqies bħallikieku sodisfatta jekk il-persuna konċernata tiddependi primarjament fuq il-persuna assigurata jew fuq il-persuna pensjonanta;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(z)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>benefiċċju marbut mal-familja<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser il-benefiċċji kollha <HT TYPE="ITALIC">in natura</HT> jew fi flus maħsuba biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tal-familja, minbarra għotjiet ta’ pagamenti għall-manteniment u allowances speċjali marbutin mat-twelid ta’ tarbija u ma’ adozzjoni msemmija fl-Anness I.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Dan ir-Regolament għandhu japplika għal ċittadini ta’ Stat Membru, persuni mingħajr Stat u refuġjati li għandhom ir-residenza tagħhom fi Stat Membru li huma jew li kienu suġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru jew ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, kif ukoll għall-membri tal-familji tagħhom u għas-superstiti tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Dan ir-Regolament għandu japplika għal-leġislazzjoni kollha li tikkonċerna l-fergħat li ġejjin tas-sigurtà soċjali:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>benefiċċji marbuta mal-familja.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 67 tar-Regolament Nru 883/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Membri tal-familja li għandhom ir-residenza tagħhom fi Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Persuna għandha tkun intitolata għal benefiċċji marbutin mal-familja skond il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti, inklużi l-membri tal-familja tagħha li għandhom ir-residenza tagħhom fi Stat Membru ieħor, bħallikieku dawn kellhom ir-residenza tagħhom fl-Istat Membru kompetenti. Madanakollu, pensjonant għandu jkun intitolat għal benefiċċji marbutin mal-familja skond il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti għall-pensjoni tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 492/2011</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament Nru 492/2011 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ħaddiem ċittadin ta’ xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, ikun trattat b’mod differenti minn ħaddiema nazzjonali minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe kondizzjoni tal-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta’ paga, tkeċċija u jekk hu jisfa’ mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Huwa għandu jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta’ taxxa bħall-ħaddiema nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2014/54/UE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-premessa 1 tad-Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20140416">16 ta’ April 2014</DATE> dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="128" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 128, p. 8</REF.DOC.OJ>), hija redatta kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa libertà fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni u jikkostitwixxi wieħed mill-pilastri tas-suq intern tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 45 [TFUE]. L-implimentazzjoni tiegħu hija żviluppata aktar mil-liġi tal-Unjoni immirata biex tiggarantixxi l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet mogħtija liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Membri tal-familja tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> għandha tinftiehem fl-istess sens tat-terminu kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva [2004/38] li tapplika wkoll għal membri tal-familja ta’ ħaddiema tal-fruntiera.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2014/54 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-applikazzjoni u l-infurzar uniformi tad-drittijiet mogħtija mill-Artikolu 45 [TFUE] u l-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament [Nru 492/2011]. Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini tal-Unjoni li jeżerċitaw dawk id-drittijiet u għall-membri tal-familja tagħhom […]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva tapplika għas-suġġetti li ġejjin, kif imsemmija fl-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament [Nru 492/2011], fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-aċċess għall-vantaġġi soċjali u fiskali;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva huwa identiku għal dak tar-Regolament [Nru 492/2011].<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Lussemburgiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet rilevanti huma l-Artikoli 269 u 270 tal-code de la sécurité sociale (il-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Kodiċi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), fil-verżjoni tagħhom applikabbli mill-<DATE ISO="20160801">1 ta’ Awwissu 2016</DATE>, data tad-dħul fis-seħħ tal-loi du <DATE ISO="20160723">23 juillet 2016</DATE>, portant modification du code de la sécurité sociale, de la loi modifiée du <DATE ISO="19671204">4 décembre 1967</DATE> concernant l’impôt sur le revenu, et abrogeant la loi modifiée du <DATE ISO="20071221">21 décembre 2007</DATE> concernant le boni pour enfant (il-Liġi tat-<DATE ISO="20160723">23 ta’ Lulju 2016</DATE> li Temenda l-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali, il-Liġi Emendata tal-<DATE ISO="19671204">4 ta’ Diċembru 1967</DATE> dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u li Tħassar il-Liġi Emendata tal-<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE> dwar il-Benefiċċji għall-Ulied) (<HT TYPE="ITALIC">Mémorial</HT> A 2016, p. 2348, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Liġi tat-<DATE ISO="20160723">23 ta’ Lulju 2016</DATE><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 269(1) tal-Kodiċi, fil-verżjoni tiegħu applikabbli mill-<DATE ISO="20160801">1 ta’ Awwissu 2016</DATE>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Allowance għall-futur tal-ulied, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>allowance tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> hija stabbilita.</P><P>Jagħti dritt għall-allowance tal-familja:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kull wild, li jirrisjedi fil-fatt u b’mod kontinwu fil-Lussemburgu u li għandu d-domiċilju legali tiegħu hemmhekk;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-membri tal-familja tagħhom kif iddefiniti fl-Artikolu 270 ta’ kull persuna suġġetta għal-leġiżlazzjoni Lussemburgiża u li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolamenti Ewropej jew ta’ strument ieħor bilaterali jew multilaterali konkluż mil-Lussemburgu fil-qasam tas-sigurtà soċjali u li jipprovdi għall-ħlas ta’ allowances tal-familja skont il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż tal-impjieg. Il-membri tal-familja għandhom jirrisjedu f’pajjiż kopert mir-regolamenti jew mill-istrumenti inkwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 270 tal-Kodiċi, fil-verżjoni tiegħu applikabbli mill-<DATE ISO="20160801">1 ta’ Awwissu 2016</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>[g]ħall-applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 269(1), jitqiesu bħala membri tal-familja ta’ persuna u jagħtu dritt għall-allowance tal-familja, l-ulied imwielda fiż-żwieġ, l-ulied imwielda barra ż-żwieġ u l-ulied adottivi ta’ din il-persuna<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 272(1) tal-Kodiċi, fil-verżjoni tiegħu applikabbli mill-<DATE ISO="20160801">1 ta’ Awwissu 2016</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>[l]-ammont tal-allowance tal-familja huwa ffissat għal EUR 265 għal kull wild fix-xahar<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>FV jaħdem fil-Lussemburgu u jirrisjedi fi Franza mal-konjuġi tiegħu, GW, u t-tliet ulied tagħhom, fosthom, HY, li huwa l-wild ta’ unjoni preċedenti ta’ GW. GW għandha l-awtorità parentali esklużiva fuq HY. Sa meta daħlet fis-seħħ il-Liġi tat-<DATE ISO="20160723">23 ta’ Lulju 2016</DATE>, din il-familja kienet tibbenefika mill-allowances tal-familja għal dawn it-tliet ulied, minħabba l-kwalità ta’ ħaddiem fruntalier ta’ FV.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>B’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Liġi tat-<DATE ISO="20160723">23 ta’ Lulju 2016</DATE>, li emendat il-Kodiċi billi eskludiet b’mod partikolari lill-ulied tal-konjuġi jew tas-sieħeb jew tas-sieħba mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>membri tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> iddefinit fl-Artikolu 270 tiegħu, din il-familja ma baqgħatx tibbenefika minn dawn l-allowances għal HY.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-fatt, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE>, iċ-CAE, billi bbaża ruħu b’mod partikolari fuq l-Artikolu 67 tar-Regolament Nru 883/2004 u fuq l-Artikoli 269 u 270 tal-Kodiċi, fil-verżjoni tagħhom applikabbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Liġi tat-<DATE ISO="20160723">23 ta’ Lulju 2016</DATE>, ikkunsidra li, b’effett mill-<DATE ISO="20160801">1 ta’ Awwissu 2016</DATE>, FV ma kellux iktar dritt għall-allowance tal-familja għal HY, wild imwieled fil-<DATE ISO="20001205">5 ta’ Diċembru 2000</DATE> u mrobbi f’din il-familja li FV ifforma ma’ GW sa mix-xahar ta’ Lulju 2008.<?PAGE NO="6"?> Peress li dan il-wild oriġina minn unjoni preċedenti ta’ GW u ma għandu l-ebda rabta ta’ filjazzjoni ma’ FV, huwa ma għandux il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, u dan jeskludi d-dritt għall-allowance tal-familja Lussemburgiża għall-imsemmi wild.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Adit b’rikors ippreżentat minn FV kontra din id-deċiżjoni, il-conseil arbitral de la sécurité sociale (il-Kunsill Arbitrali tas-Sigurtà Soċjali, il-Lussemburgu) iddikjara, permezz ta’ sentenza tas-<DATE ISO="20171117">17 ta’ Novembru 2017</DATE>, dan ir-rikors fondat sa fejn dan kien intiż għaż-żamma tal-allowance tal-familja għal HY wara l-<DATE ISO="20160731">31 ta’ Lulju 2016</DATE>. Skont il-conseil arbitral de la sécurité sociale (il-Kunsill Arbitrali tas-Sigurtà Soċjali):</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-benefiċċji tal-familja Lussemburgiżi jikkostitwixxu vantaġġ soċjali, fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011; dawn huma relatati mal-eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata billi, sabiex dawn jingħataw, FV jeħtieġ li jkun ħaddiem suġġett għal-leġiżlazzjoni Lussemburgiża; ma hemmx lok li ssir distinzjoni skont jekk dan il-vantaġġ soċjali huwiex rifless, bħal fil-qasam tal-benefiċċji tal-familja, fi dritt tal-wild stess li jagħti dritt għal tali vantaġġ jew fi dritt għall-għoti ta’ dawn il-benefiċċji lil FV li jassumi r-responsabbiltà tiegħu u li huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni soċjali Lussemburgiża, irrispettivament minn jekk dan huwiex ħaddiem nazzjonali jew le;</P></ITEM><ITEM><P>is-sistema stabbilita mill-Artikoli 269 u 270 tal-Kodiċi, fil-verżjoni tagħhom applikabbli mill-<DATE ISO="20160801">1 ta’ Awwissu 2016</DATE>, tistabbilixxi differenza fit-trattament skont ir-residenza tal-wild ikkonċernat sa fejn hemm differenza fit-trattament fir-rikonoxximent ta’ vantaġġi soċjali fir-rigward tal-persuna li tingħata l-benefiċċji tal-familja skont jekk din tkunx ħaddiem nazzjonali li l-wild tal-konjuġi tiegħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu jirrisjedi fil-Lussemburgu jew ħaddiem fruntalier li l-wild tal-konjuġi tiegħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu ma jirrisjedix fil-Lussemburgu, iżda fl-Istat Membru ta’ oriġini ta’ dan il-ħaddiem fruntalier; dan imur kontra l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011; u</P></ITEM><ITEM><P>anki jekk l-Artikolu 1(i) tar-Regolament Nru 883/2004 jirreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru mitlub sabiex jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, il-liġi nazzjonali ta’ riferiment, jiġifieri l-Artikolu 270 tal-Kodiċi, fil-verżjoni tiegħu applikabbli mill-<DATE ISO="20160801">1 ta’ Awwissu 2016</DATE>, huwa inkompatibbli mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fit-<DATE ISO="20171229">29 ta’ Diċembru 2017</DATE> quddiem il-conseil supérieur de la sécurité sociale (il-Kunsill Superjuri tas-Sigurtà Soċjali, il-Lussemburgu), iċ-CAE appella mis-sentenza tal-conseil arbitral de la sécurité sociale (il-Kunsill Arbitrali tas-Sigurtà Soċjali) tas-<DATE ISO="20171117">17 ta’ Novembru 2017</DATE>. Huwa kkontesta l-assimilazzjoni tal-benefiċċji tal-familja ma’ vantaġġ soċjali u sostna li l-elementi oġġettivi li jistgħu jiġġustifikaw allegata differenza fit-trattament ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>FV argumenta li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jimplika li ċ-ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu fi Stat Membru u li jmorru fi Stat Membru ieħor sabiex jaħdmu hemmhekk għandhom dritt għall-benefiċċji soċjali, għall-vantaġġi soċjali u fiskali u kif ukoll għall-għajnuna soċjali li huma disponibbli fl-Istat Membru ospitanti għaċ-ċittadini nazzjonali tiegħu. Skont FV, l-istess raġunament adottat fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Depesme <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑401/15 sa C‑403/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:955">EU:C:2016:955</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) għandu jiġi applikat b’analoġija fir-rigward tal-familja tiegħu. F’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-ulied tal-konjuġi jew tas-sieħeb jew tas-sieħba rrikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti tal-ħaddiem fruntalier jistgħu jitqiesu bħala l-ulied tiegħu sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-dritt li jirċievu għajnuna finanzjarja għat-tkomplija tal-istudji tagħhom f’livell terzjarju, peress li tali għajnuna hija kkunsidrata bħala vantaġġ soċjali, fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-conseil supérieur de la sécurité sociale (il-Kunsill Superjuri tas-Sigurtà Soċjali) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>1)</NO.P><TXT>L-allowance tal-familja Lussemburgiża mogħtija skont l-Artikoli 269 u 270 tal-[Kodiċi, fil-verżjoni applikabbli tagħhom mill-<DATE ISO="20160801">1 ta’ Awwissu 2016</DATE>] għandha tiġi assimilata ma’ vantaġġ soċjali fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament [Nru 492/2011]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li titqies b’dan il-mod, id-definizzjoni ta’ membru tal-familja applikabbli skont l-Artikolu 1(i) tar-Regolament Nru 883/2004 tipprekludi d-definizzjoni usa’ ta’ membru tal-familja fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva [2004/38] peress li din tal-aħħar teskludi kwalunkwe awtonomija tal-Istat Membru fid-definizzjoni ta’ membru tal-familja kuntrarju għal dak stipulat fir-regolament ta’ koordinazzjoni u teskludi sussidjarjament, kull kunċett ta’ dipendenza prinċipali. Għaldaqstant, id-definizzjoni ta’ membru tal-familja fis-sens tal-Artikolu 1(i) tar-Regolament Nru 883/2004 għandha tipprevali minħabba l-ispeċifiċità tagħha fil-kuntest tal-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u fuq kollox għandu l-Istat Membru jżomm il-kompetenza biex jiddefinixxi l-membri tal-familja li huma intitolati għall-allowance tal-familja?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva [2004/38] u, b’mod iktar speċifiku, għall-allowance tal-familja Lussemburgiża, l-esklużjoni tal-wild tal-konjuġi mid-definizzjoni tal-membru tal-familja tista’ titqies diskriminazzjoni indiretta ġġustifikata fid-dawl tal-għan nazzjonali tal-Istat Membru li jistabilixxi d-dritt personali tal-wild u tan-neċessità li tiġi protetta l-amministrazzjoni tal-Istat Membru tal-impjieg, meta meta estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni personali jikkostitwixxi piż mhux raġonevoli għas-sistema tal-benefiċċji tal-familja Lussemburgiżi, li tesporta, b’mod partikolari, kważi 48 % tal-benefiċċji tal-familja tagħha?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li allowance tal-familja marbuta mal-eżerċizzju, minn ħaddiem fruntalier, ta’ attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru tikkostitwixxi vantaġġ soċjali fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Huwa opportun li jitfakkar li l-Artikolu 45(2) TFUE jipprovdi li l-moviment liberu tal-ħaddiema jimplika t-tneħħija ta’ kull diskriminazzjoni, ibbażata fuq in-nazzjonalità, bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri, f’dak li jirrigwarda l-impjieg, ir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol l-oħra. Din id-dispożizzjoni hija kkonkretizzata fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, li jippreċiża li l-ħaddiem ċittadin ta’ Stat Membru jibbenefika, fit-territorju tal-Istati Membri l-oħra, mill-istess vantaġġi soċjali u fiskali bħall-ħaddiema nazzjonali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Eschenbrenner</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-496/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:152">EU:C:2017:152</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Mill-għan tal-ugwaljanza fit-trattament imfittex mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>vantaġġ soċjali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> estiż mill-istess dispożizzjoni għall-ħaddiema ċittadini ta’ Stati Membri oħra jinkludi l-vantaġġi kollha li, marbuta jew le ma’ kuntratt ta’ impjieg, huma ġeneralment irrikonoxxuti lill-ħaddiema nazzjonali, prinċipalment minħabba l-kwalità oġġettiva tagħhom ta’ ħaddiema jew minħabba s-sempliċi fatt tar-residenza tagħhom fit-territorju nazzjonali, u li l-estensjoni tagħhom għall-ħaddiema ċittadini ta’ Stati Membri oħra tidher għalhekk bħala adatta sabiex tiffaċilita l-mobbiltà tagħhom fi ħdan l-Unjoni u, għaldaqstant, l-integrazzjoni tagħhom fl-Istat Membru ospitanti (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191218">18 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Generálny riaditeľ Sociálnej poisťovne Bratislava <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1098">EU:C:2019:1098</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 huwa ta’ benefiċċju mingħajr distinzjoni kemm għall-ħaddiema migranti residenti fi Stat Membru ospitanti kif ukoll għall-ħaddiema fruntalieri li, filwaqt li jeżerċitaw l-attività tagħhom bħala persuni impjegati f’dan l-Istat Membru tal-aħħar, jirrisjedu fi Stat Membru ieħor (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Depesme <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑401/15 sa C‑403/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:955">EU:C:2016:955</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191218">18 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Generálny riaditež Sociálnej poisťovne Bratislava <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1098">EU:C:2019:1098</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 huwa għalhekk ta’ benefiċċju għal ħaddiem, bħal FV, li, filwaqt li jaħdem fil-Lussemburgu, jirrisjedi fi Franza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi vverifikat jekk allowance bħall-allowance tal-familja inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>vantaġġ soċjali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-riferiment magħmul minn din id-dispożizzjoni għall-vantaġġi soċjali ma jistax jiġi interpretat b’mod restrittiv (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191218">18 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Generálny riaditeμSociálnej poisťovne Bratislava <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1098">EU:C:2019:1098</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-allowance tal-familja inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkostitwixxi vantaġġ, hija marbuta, għal ħaddiem fruntalier bħal FV, mal-eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata fil-Lussemburgu. Inizjalment din ingħatat lil FV biss sa fejn dan kien ħaddiem fruntalier suġġett għal-leġiżlazzjoni Lussemburgiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Tali allokazzjoni tikkostitwixxi għalhekk vantaġġ soċjali, fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 għandhom jiġu interpretati fis-sens li allowance tal-familja marbuta mal-eżerċizzju, minn ħaddiem fruntalier, ta’ attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru tikkostitwixxi vantaġġ soċjali, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u t-tielet domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(i) tar-Regolament Nru 883/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 u mal-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/38, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru li abbażi tagħhom il-ħaddiema fruntalieri jistgħu jirċievu allowance tal-familja marbuta mal-eżerċizzju, min-naħa tagħhom, ta’ attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru biss għall-ulied tagħhom stess, bl-esklużjoni ta’ dawk tal-konjuġi tagħhom li magħhom ma għandhomx rabta ta’ filjazzjoni, meta d-dritt li wieħed jirċievi tali allowance jeżisti fir-rigward tal-ulied kollha li jirrisjedu fl-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-applikabbiltà tar-Regolament Nru 883/2004 għal fatti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi vverifikat jekk allowance, bħall-allowance tal-familja inkwistjoni fil-kawża prinċipali, taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-distinzjoni bejn il-benefiċċji li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 u dawk li huma esklużi minnu hija bbażata essenzjalment fuq l-elementi li jikkostitwixxu kull benefiċċju, b’mod partikolari l-għanijiet u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dan, u mhux fuq il-fatt jekk benefiċċju<?PAGE NO="9"?> huwiex ikklassifikat jew le bħala benefiċċju tas-sigurtà soċjali mil-leġiżlazzjoni nazzjonali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191218">18 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Generálny riaditeľ Sociálnej poisťovne Bratislava <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1098">EU:C:2019:1098</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>B’dan il-mod, benefiċċju jista’ jitqies li huwa benefiċċju tas-sigurtà soċjali sa fejn, minn naħa, huwa jingħata lill-benefiċjarji indipendentement minn kull evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-bżonnijiet personali, fuq il-bażi ta’ sitwazzjoni legalment iddefinita u sa fejn, min-naħa l-oħra, huwa jkun marbut ma’ wieħed mir-riskji espressament elenkati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 883/2004 (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191218">18 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Generálny riaditeľ Sociálnej poisťovne Bratislava <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1098">EU:C:2019:1098</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, benefiċċji mogħtija awtomatikament lill-familji li jissodisfaw ċerti kriterji oġġettivi bbażati b’mod partikolari fuq id-daqs tagħhom, id-dħul tagħhom u r-riżorsi f’kapital tagħhom, minbarra kull evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-bżonnijiet personali, u li huma intiżi sabiex jikkumpensaw il-piżijiet tal-familja, għandhom jitqiesu bħala benefiċċji tas-sigurtà soċjali (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑308/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:436">EU:C:2016:436</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Martinez Silva</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-kwistjoni ta’ jekk benefiċċju partikolari jaqax taħt il-benefiċċji tal-familja previsti fl-Artikolu 3(1)(j) tar-Regolament Nru 883/2004, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 1(z) ta’ dan ir-regolament, it-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>benefiċċju marbut mal-familja<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> ifissru l-benefiċċji kollha <HT TYPE="ITALIC">in natura</HT> jew fi flus maħsuba sabiex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tal-familja, minbarra għotjiet ta’ pagamenti għall-manteniment u allowances speċjali marbutin mat-twelid ta’ tarbija jew ma’ adozzjoni msemmija fl-Anness I ta’ dan ir-regolament. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li t-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> għandhom jiġu interpretati fis-sens li jirreferu, b’mod partikolari, għal kontribuzzjoni pubblika għall-baġit tal-familja, intiża sabiex tnaqqas l-ispejjeż li jirriżultaw mill-manteniment tal-ulied (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Martinez Silva</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allowance inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-proċess li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha għad-dispożizzjoni tagħha jirriżulta li, minn naħa, din titħallas għall-ulied kollha residenti fil-Lussemburgu kif ukoll għall-ulied kollha ta’ ħaddiema mhux residenti li għandhom rabta ta’ filjazzjoni ma’ dawn tal-aħħar. Konsegwentement, dan il-benefiċċju jingħata mingħajr ebda evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-bżonnijiet personali, fuq il-bażi ta’ sitwazzjoni ddefinita legalment. Min-naħa l-oħra, jidher li l-imsemmi benefiċċju jirrappreżenta kontribuzzjoni pubblika għall-baġit tal-familja intiża sabiex tnaqqas l-ispejjeż li jirriżultaw mill-manteniment tal-ulied.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li allowance bħall-allowance tal-familja inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi benefiċċju tas-sigurtà soċjali, li jaqa’ taħt il-benefiċċji tal-familja msemmija fl-Artikolu 3(1)(j) tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ħaddiem bħal FV jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tar-Regolament Nru 883/2004, li japplika, skont l-Artikolu 2(1) tiegħu, għaċ-ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri li jirrisjedu fi Stat Membru li huma jew li kienu suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar, kif ukoll għall-membri tal-familja tagħhom u għas-superstiti tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-premess, ir-Regolament Nru 883/2004 huwa applikabbli għal fatti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, applikazzjoni konġunta ta’ dan ir-regolament u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 ma tistax tiġi eskluża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li għalkemm huwa minnu li r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-<DATE ISO="19681015">15 ta’ Ottubru 1968</DATE> dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="257" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="1968">ĠU 1968, L 257, p. 2</REF.DOC.OJ>) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE> dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, fil-verżjoni emendata tiegħu u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Regolament Nru 1408/71<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>), li tħassru u ġew issostitwiti bir-Regolamenti Nri 492/2011 u 883/2004, rispettivament, ma għandhomx l-istess kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT>, xorta waħda jibqa’ l-fatt li, billi r-Regolament Nru 1612/68 huwa ta’ portata ġenerali fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema, l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-regolament jista’ jkun applikabbli għal vantaġġi soċjali li jaqgħu wkoll fil-qasam ta’ applikazzjoni speċifiku tar-Regolament Nru 1408/71 (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:283">EU:C:2011:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980512">12 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Martínez Sala</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑85/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:217">EU:C:1998:217</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>B’hekk il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, pereżempju, li tali benefiċċju bħal allowance għall-edukazzjoni intiża sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż tal-familja, jaqa’ fil-qasam ta’ application <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-dritt tal-Unjoni bħala benefiċċju tal-familja, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(h) tar-Regolament Nru 1408/71 u bħala vantaġġ soċjali, fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980512">12 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Martínez Sala</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑85/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:217">EU:C:1998:217</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet japplikaw, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, fir-rigward tar-Regolamenti Nri 883/2004 u 492/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant hemm lok li tingħata risposta għat-tieni u għat-tielet domanda fuq il-bażi kemm tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 kif ukoll tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, hekk kif jirriżulta mill-punt 32 ta’ din is-sentenza, allowance bħall-allowance tal-familja inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi vantaġġ soċjali, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-membri tal-familja ta’ ħaddiem migrant huma benefiċjarji indiretti tal-ugwaljanza fit-trattament mogħtija lil dan il-ħaddiem mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Depesme <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑401/15 sa C‑403/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:955">EU:C:2016:955</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset ukoll li l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 għandhom jiġu interpretati fis-sens li wild ta’ ħaddiem fruntalier, li jista’ jibbenefika indirettament mill-vantaġġi soċjali msemmija f’din l-aħħar dispożizzjoni, ma huwiex biss il-wild li għandu rabta ta’ filjazzjoni ma’ dan il-ħaddiem iżda wkoll il-wild tal-konjuġi jew tas-sieħeb jew tas-sieħba rreġistrata tal-imsemmi ħaddiem, meta dan tal-aħħar jipprovdi għall-manteniment ta’ dan il-wild. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, dan ir-rekwiżit tal-aħħar jirriżulta minn sitwazzjoni ta’ fatt, li hija l-amministrazzjoni u, jekk ikun il-każ, il-qrati nazzjonali li għandhom jevalwaw, fuq il-bażi tal-provi pprovduti mill-persuna kkonċernata, mingħajr il-ħtieġa li dawn jiddeterminaw ir-raġunijiet għal din il-kontribuzzjoni jew li jikkwantifikaw l-estent eżatt tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Depesme <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑401/15 sa C-403/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:955">EU:C:2016:955</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> tal-ħaddiem fruntalier li jista’ jibbenefika indirettament mill-ugwaljanza fit-trattament, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, jikkorrispondi għal dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/38, li jinkludi l-konjuġi jew is-sieħeb jew is-sieħba li magħha ċ-ċittadin tal-Unjoni jkun daħal f’unjoni rreġistrata, id-dixxendenti diretti li għandhom inqas minn 21 sena jew li huma dipendenti, u d-dixxendenti diretti tal-konjuġi jew tas-sieħeb jew tas-sieħba. B’mod partikolari, il-Qorti<?PAGE NO="11"?> tal-Ġustizzja ħadet inkonsiderazzjoni, f’dan ir-rigward, il-premessa 1, l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2014/54 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Depesme <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-401/15 sa C-403/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:955">EU:C:2016:955</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-missier bijoloġiku tal-wild ma jħallasx manteniment lill-omm ta’ dan tal-aħħar. Għalhekk jidher li FV, li huwa l-konjuġi tal-omm ta’ HY, jipprovdi għall-manteniment ta’ dan il-wild, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi ddeterminat jekk ir-regola li tipprojbixxi d-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq in-nazzjonalità f’dak li jirrigwarda l-vantaġġi soċjali, stabbilita fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011, tipprekludix dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru li jipprekludu ħaddiem fruntalier milli jirċievi allowance bħall-allowance tal-familja inkwistjoni fil-kawża prinċipali għall-wild tal-konjuġi tiegħu li miegħu ma għandux rabta ta’ filjazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit kemm fl-Artikolu 45 TFUE kif ukoll fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011 jipprojbixxi mhux biss id-diskriminazzjonijiet diretti, ibbażati fuq in-nazzjonalità, iżda wkoll il-forom kollha indiretti ta’ diskriminazzjoni li, bl-applikazzjoni ta’ kriterji oħra ta’ distinzjoni, iwasslu fil-fatt għall-istess riżultat (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100413">13 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Bressol <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:181">EU:C:2010:181</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Aubriet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑410/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:582">EU:C:2019:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bragança Linares Verruga <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑238/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:949">EU:C:2016:949</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha għad-dispożizzjoni tagħha jirriżulta li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-ulied kollha residenti fil-Lussemburgu jistgħu jitolbu l-imsemmija allowance tal-familja, li jimplika li l-ulied kollha li jifformaw parti mill-familja ta’ ħaddiem residenti fil-Lussemburgu jistgħu jitolbu l-istess allowance, inklużi l-ulied tal-konjuġi ta’ dan il-ħaddiem. Min-naħa l-oħra, il-ħaddiema mhux residenti jistgħu jitolbu tali allowance biss għall-ulied tagħhom stess, bl-esklużjoni tal-ulied tal-konjuġi tagħhom li magħhom ma għandhomx rabta ta’ filjazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Tali distinzjoni bbażata fuq ir-residenza, li tista’ tippreġudika iktar lil ċittadini ta’ Stati Membri oħra sa fejn il-persuni mhux residenti huma ħafna drabi persuni li ma humiex ċittadini, tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta abbażi tan-nazzjonalità li hija ammissibbli biss bil-kundizzjoni li din tkun oġġettivament iġġustifikata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Aubriet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑410/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:582">EU:C:2019:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-fatt li d-dritt għall-allowance tal-familja inkwistjoni fil-kawża prinċipali jingħata direttament mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali lill-wild residenti fil-Lussemburgu, filwaqt li, fir-rigward ta’ ħaddiema mhux residenti, dan id-dritt jingħata lill-ħaddiem, għall-membri tal-familja tiegħu kif iddefiniti minn din il-leġiżlazzjoni, huwa irrilevanti f’dan ir-rigward. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-benefiċċji tal-familja ma jistgħux, minħabba n-natura tagħhom stess, jitqiesu li huma dovuti lil individwu indipendentement mis-sitwazzjoni tal-familja tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020205">5 ta’ Frar 2002</DATE>, <NAME.CASE>Humer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:73">EU:C:2002:73</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091126">26 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Slanina</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑363/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:732">EU:C:2009:732</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Sabiex tiġi ġġustifikata, l-imsemmija diskriminazzjoni indiretta għandha tkun tali li tiggarantixxi t-twettiq ta’ għan leġittimu u ma tistax tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan il-għan (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Aubriet</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑410/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:582">EU:C:2019:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ssemmi, f’dan ir-rigward, minn naħa, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>għan nazzjonali tal-Istat Membru li jistabilixxi d-dritt personali tal-wild<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> u, min-naħa l-oħra, in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>neċessità li tiġi protetta l-amministrazzjoni tal-Istat Membru tal-impjieg, meta meta estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni personali jikkostitwixxi piż mhux raġonevoli għas-sistema tal-benefiċċji tal-familja Lussemburgiżi, li tesporta, b’mod partikolari, kważi 48 % tal-benefiċċji tal-familja tagħha<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għan nazzjonali li jiġi stabbilit id-dritt personali tal-wild, tali għan ma jidhirx li huwa ta’ natura li jiġġustifika d-diskriminazzjoni indiretta inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrilevat il-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, għalkemm id-dritt għall-allowance tal-familja inkwistjoni fil-kawża prinċipali jingħata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali direttament lill-wild residenti fil-Lussemburgu, jidher li, fir-rigward tal-ħaddiema mhux residenti, dan id-dritt jingħata lill-ħaddiem, għall-membri tal-familja tiegħu kif iddefiniti minn din il-leġiżlazzjoni, jiġifieri l-ulied li għandhom rabta ta’ filjazzjoni ma’ dan il-ħaddiem, bl-esklużjoni ta’ dawk tal-konjuġi tiegħu li ma għandhomx tali rabta miegħu. Għaldaqstant, jidher li ebda dritt personali ma jingħata lill-ulied ta’ ħaddiema mhux residenti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-għan li tiġi protetta l-amministrazzjoni tal-Istat Membru tal-impjieg sa fejn it-tkabbir tal-kamp personali ta’ applikazzjoni tal-allowance tal-familja jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>piż mhux raġonevoli fuq is-sistema tal-benefiċċji tal-familja Lussemburgiża<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, jekk jitqies li dan l-għan jista’ jiġi kkunsidrat bħala leġittimu, id-diskriminazzjoni indiretta inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tidhirx, fi kwalunkwe każ, li hija xierqa u lanqas neċessarja sabiex tiġi solvuta l-allegata problema tal-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-familja Lussemburgiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, billi ta l-allowance tal-familja inkwistjoni fil-kawża prinċipali lill-ulied kollha li għandhom rabta ta’ filjazzjoni mal-ħaddiema fruntalieri, mingħajr il-ħtieġa tal-prova tal-eżistenza ta’ familja komuni jew dik tar-responsabbiltà prinċipali tal-wild, il-leġiżlatur Lussemburgiż stess adotta interpretazzjoni wiesgħa taċ-ċirku tal-benefiċjarji ta’ din l-allowance. Min-naħa l-oħra, dan l-għan jista’ jintlaħaq permezz ta’ miżuri li jaffettwaw mingħajr distinzjoni lill-ħaddiema residenti u lill-ħaddiema fruntalieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 jipprekludi dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru li abbażi tagħhom il-ħaddiema mhux residenti jistgħu jirċievu allowance bħall-allowance tal-familja inkwistjoni fil-kawża prinċipali biss għall-ulied tagħhom stess, bl-esklużjoni ta’ dawk tal-konjuġi tagħhom li magħhom ma għandhomx rabta ta’ filjazzjoni, filwaqt li l-ulied kollha residenti f’dan l-Istat Membru għandhom id-dritt li jirċievu din l-allowance.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tar-Regolament Nru 883/2004, l-Artikolu 67 tiegħu jipprovdi li persuna għandha dritt għall-benefiċċji tal-familja skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, inklużi l-membri tal-familja tagħha li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor, bħallikieku dawn kienu jirrisjedu fl-ewwel Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(i) tar-Regolament Nru 883/2004, għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> tfisser kull persuna ddefinita jew irrikonoxxuta bħala membru tal-familja jew indikata bħala membru tad-dar tal-familja mil-leġiżlazzjoni li taħtha jingħataw il-benefiċċji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Billi tibbaża ruħha fuq din id-definizzjoni kif ukoll fuq is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Trapkowski</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑378/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:720">EU:C:2015:720</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), iċ-CAE jsostni li huwa l-Istat Membru kompetenti li għandu jiddefinixxi l-membri tal-familja li għandhom dritt għall-allowance tal-familja. Għalhekk, il-leġiżlatur nazzjonali huwa kompetenti sabiex jillimita l-ħlas tal-benefiċċji tal-familja biss għall-ulied li għandhom rabta ta’ filjazzjoni mal-ħaddiem.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fid-dawl tal-għan tar-Regolament Nru 883/2004, li huwa dak li tiġi żgurata koordinazzjoni bejn skemi nazzjonali distinti mingħajr ma tiġi organizzata skema komuni ta’ sigurtà soċjali, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, ċertament, li l-persuni li għandhom dritt għall-benefiċċji tal-familja huma ddeterminati konformement mad-dritt nazzjonali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Trapkowski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑378/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:720">EU:C:2015:720</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Madankollu, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, l-Istati Membri għandhom josservaw id-dritt tal-Unjoni, f’dan il-każ id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Zaniewicz-Dybeck</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑189/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:946">EU:C:2017:946</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011, li huwa l-espressjoni partikolari, fil-qasam speċifiku tal-għoti ta’ vantaġġi soċjali, tar-regola ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilita fl-Artikolu 45(2) TFUE u għandu jiġi interpretat bl-istess mod bħal din id-dispożizzjoni tal-aħħar (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Depesme <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑401/15 sa C‑403/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:955">EU:C:2016:955</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191218">18 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Generálny riaditel’ Sociálnej poisťovne Bratislava <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑447/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1098">EU:C:2019:1098</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jipprekludi biss, kif ġie konkluż fil-punt 64 ta’ din is-sentenza, dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru li abbażi tagħhom il-ħaddiema mhux residenti jistgħu jirċievu allowance bħall-allowance tal-familja inkwistjoni fil-kawża prinċipali biss għall-ulied tagħhom stess, bl-esklużjoni ta’ dawk tal-konjuġi tagħhom li magħhom huma ma għandhom ebda rabta ta’ filjazzjoni, filwaqt li l-ulied kollha li jirrisjedu f’dan l-Istat Membru għandhom id-dritt li jirċievu din l-allowance.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni u għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 1(i) u l-Artikolu 67 tar-Regolament Nru 883/2004, moqrija flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 u mal-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/38, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru li abbażi tagħhom il-ħaddiema fruntalieri jistgħu jirċievu allowance tal-familja marbuta mal-eżerċizzju, minn dawn tal-aħħar, ta’ attività bħala persuna impjegata f’dan l-Istat Membru biss għall-ulied tagħhom stess, bl-esklużjoni ta’ dawk tal-konjuġi tagħhom li magħhom huma ma għandhom ebda rabta ta’ filjazzjoni, madankollu jipprovdu għall-manteniment tagħhom, filwaqt li l-ulied kollha li jirrisjedu fl-imsemmi Stat Membru għandhom id-dritt li jirċievu din l-allowance.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE> dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li allowance tal-familja marbuta mal-eżerċizzju, minn ħaddiem fruntalier, ta’ attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru tikkostitwixxi vantaġġ soċjali, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(i) u l-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, moqrija flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 492/2011 u mal-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE,<?PAGE NO="14"?> 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru li abbażi tagħhom il-ħaddiema fruntalieri jistgħu jirċievu allowance tal-familja marbuta mal-eżerċizzju, minn dawn tal-aħħar, ta’ attività bħala persuna impjegata f’dan l-Istat Membru biss għall-ulied tagħhom stess, bl-esklużjoni ta’ dawk tal-konjuġi tagħhom li magħhom huma ma għandhom ebda rabta ta’ filjazzjoni, madankollu jipprovdu għall-manteniment tagħhom, filwaqt li l-ulied kollha li jirrisjedu fl-imsemmi Stat Membru għandhom id-dritt li jirċievu din l-allowance.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>