2009R0754 — MT — 01.02.2012 — 005.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 754/2009 tas-27 ta' Lulju 2009 (ĠU L 214, 19.8.2009, p.16) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 |
L 21 |
1 |
26.1.2010 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 712/2010 tas-26 ta’ Lulju 2010 |
L 209 |
1 |
10.8.2010 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 |
L 24 |
1 |
27.1.2011 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1106/2011 tal-20 ta’ Ottubru 2011 |
L 287 |
13 |
4.11.2011 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 43/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 |
L 25 |
1 |
27.1.2012 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1040/2012 tas-7 ta’ Novembru 2012 |
L 310 |
13 |
9.11.2012 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 754/2009
tas-27 ta' Lulju 2009
li jeskludi ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ( 1 ) u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:|
(1) |
Il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 jistabbilixxi reġim tal-isforz tas-sajd fejn l-opportunitajiet ta’ sajd f’termini ta’ sforz tas-sajd jingħataw lill-Istati Membri fuq bażi annwali. Skont l-Artikolu 11(2) ta’ dak ir-Regolament, il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni u abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri u tal-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), jeskludi ċerti gruppi ta’ bastimenti mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz dment li tkun disponibbli daqta xierqa dwar qabdiet u rimi ta’ merluzz tal-bastimenti involuti, li l-persentaġġ ta’ qabdiet ta’ merluzz ma jeċċedix 1,5 % tal-qabdiet totali għal kull grupp ta’ bastimenti u li l-inklużjoni tal-grupp fir-reġim tal-isforz ikun jikkostitwixxi piż amministrattiv sproporzjonat għall-impatt ġenerali fuq l-istokkijiet ta’ merluzz. |
|
(2) |
L-Iżvezja pprovdiet informazzjoni dwar il-qabdiet tal-merluzz minn grupp ta’ bastiment tas-sajd fis-Skagerrak u l-Kattegat għall-awwista tan-Norveġja bi gradilja selettiva ta’ tqassim kif definita fl-Appendiċi 2 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 43/2009 ( 2 ). Abbażi ta’ dik l-informazzjoni, kif valutata mill-STECF, jista’ jkun stabbilit li l-qabdiet tal-merluzz, inkluż ir-rimi, ta’ dak il-grupp ta’ bastimenti matul il-perjodu fejn huma jużaw dak l-irkaptu selettiv tas-sajd, ma jeċċedix il-1,5 % tal-qabdiet totali ta’ dak il-grupp ta’ bastimenti matul l-istess perjodu. Barra minn dan, b’kunsiderazzjoni lejn il-programm ta’ kontroll Żvediż għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar tat-Tramuntana, fi Skagerrak u Kattegat u b’kunsiderazzjoni lejn il-fatt li l-inklużjoni ta’ dak il-grupp isarraf f’piż amministrattiv sproporzjonat mal-impatt ġenerali fuq l-istokkijiet tal-merluzz, huwa xieraq li dak il-grupp ta’ bastimenti jkun eskluż, għall-perjodu meta huma jużaw l-irkaptu in kwistjoni biss, mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz stipulat fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008. |
|
(3) |
Spanja pprovdiet informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ merluzz minn grupp ta’ bastiment bit-tkarkir tal-qiegħ fil-Punent tal-Iskozja, l-aktar għall-marlozz. Abbażi ta’ dik l-informazzjoni, kif valutata mill-STECF, jista’ jkun stabbilit li l-qabdiet tal-merluzz, inkluż ir-rimi, ta’ dak il-grupp ta’ bastimenti, ma jeċċedix il-1,5 % tal-qabdiet totali ta’ dak il-grupp ta’ bastimenti matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, b’kunsiderazzjoni lejn il-miżuri attwali li jiżguraw il-monitoraġġ u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd ta’ dak il-grupp ta’ bastimenti u b’kunsiderazzjoni lejn il-fatt li l-inklużjoni ta’ dak il-grupp isarraf f’piż amministrattiv sproporzjonat mal-impatt ġenerali fuq l-istokkijiet tal-merluzz, huwa xieraq li dak il-grupp ta’ bastimenti jkun eskluż mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz stipulat fill-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008. |
|
(4) |
B’kunsiderazzjoni lejn il-fatt li l-Istati Membri qed jimmaniġjaw l-isforz u l-konformità mal-limitazzjonijiet tal-isforz fuq il-bażi tal-istaġun tas-sajd li huwa bejn l-1 ta’ Frar 2009 u l-31 ta’ Jannar 2010 u b’kunsiderazzjoni lejn il-fatt li r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 ġie adottat ftit biss qabel il-bidu ta dak l-istaġun, huwa xieraq li dawn l-eżenzjonijiet ikunu applikabbli għall-istaġun tas-sajd kollu u għalhekk, li huma jibdew japplikaw mill-1 ta’ Frar 2009, |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata ċertezza għas-sajjieda kkonċernati u sabiex dawn ikunu jistgħu jippjanaw l-attivitajiet tagħhom għall-istaġun attwali tas-sajd, malajr kemm jista’ jkun, hija importanti ħafna li tingħata eċċezzjoni għall-perijodu ta’ sitt xhur imsemmi fil-Kapitolu I, Artikolu 3, tal-Protokoll dwar l-irwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Esklużjoni mir-reġim tal-isforz skont ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008
Il-gruppi ta’ bastimenti li ġejjin għandhom ikunu esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008:
(a) il-grupp ta’ bastiment bil-bandiera tal-Iżvezja, parteċipanti fis-sajd indikat fit-talba tal-Iżvezja tas-26 ta’ Frar 2009 kif kompletata mill-ittra li ġġib id-data tat-8 ta’ April 2009, li jistadu fi Skagerrak u l-Kattegat matul il-perjodu li fih dawn il-bastimenti jistadu biss bi gradilja selettiva kif definita fl-Appendiċi 2 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 43/2009 għall-awwista tan-Norveġja;
(b) il-grupp ta’ bastiment li jtajru l-bandiera ta’ Spanja, parteċipanti fis-sajd indikat fit-talba ta’ Spanja tat-2 ta’ Diċembru 2008 kif kompletata minn ittri li jġibu d-dati tas-6 u l-14 ta’ Marzu 2009, li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’malji ta’ 100 mm jew akbar fuq il-blata inklinata ‘l barra mill-Punent tal-Iskozja f’fond ta’ bejn 200 u 1 000 metru u li jistadu prinċiparjament għall-ispeċijiet tal-baħar fond u għall-merluzz;
(c) il-grupp ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit, li jipparteċipaw fis-sajd indikat fit-talba mir-Renju Unit bid-data tat-18 ta' Ġunju 2009, li jimmiraw għall-Awwista Norveġiża u li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u tartaruni bid-daqs tal-malja ta' 70 mm jew akbar u inqas minn 100mm fil-Punent tal-Iskozja, b'mod partikolari fil-Minch (rettangoli statistiċi 42 E3, 42 E4, 43 E3, 43 E4, 44 E3, 44 E4, 45 E3 tal-ICES);
(d) il-grupp ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit, li jipparteċipaw fis-sajd indikat fit-talba mir-Renju Unit bid-data tat-18 ta' Ġunju 2009, li jimmiraw għall-Awwista Norveġiża u li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u tartaruni bid-daqs tal-malja ta' 70 mm jew akbar u inqas minn 100mm fil-Punent tal-Iskozja, b'mod partikolari fil-Firth of Clyde (rettangoli statistiċi 39 E5 u 40 tal-ICES);
(e) il-grupp ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja, li jipparteċipaw fis-sajd indikat fit-talba mill-Polonja bid-data tal-24 ta' April 2009 kif kompletata bil-korrispondenza bid-data tal-11 ta' Lulju 2009, li jimmiraw il-merlangu u li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bid-daqs tal-malja daqs jew akbar minn 100 mm fil-Baħar tat-Tramuntana u l-ilmijiet tal-UE taż-żona tal-ICES IIa b'kopertura ta' osservazzjoni fuq bażi permanenti;
▼M4 —————
(g) il-grupp ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda, parteċipanti fis-sajd indikat fit-talba tal-Irlanda tas-26 ta’ Marzu 2010, li jistadu fil-Baħar Irlandiż matul il-perijodu li fih dawn il-bastimenti jistadu biss għall-Ksampu bi gradilja selettiva simili għal dik definita fl-Appendiċi 2 għall-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 43/2009;
▼M3 —————
(h) il-grupp ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda, u li jipparteċipaw fis-sajd indikat fit-talba mill-Irlanda bid-data 11 ta' Marzu 2011, u li joperaw fil-punent tal-Iskozja u li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b'daqs tal-malja ugwali għal 120 mm jew akbar b'pannelli ta' malja kwadra fiż-żona msemmija fil-punt 6.1 tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 u li jużaw malja ta' daqs ta' 100 mm fi bnadi oħra fil-punent tal-Iskozja;
(i) il-grupp ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit identifikati fit-talba mir-Renju Unit bid-data tas-16 ta’ Marzu 2012, li jipparteċipaw f’sajd li jimmira l-imriewaħ (Aequipecten opercularis) fil-Baħar Irlandiż (iż-żona VIIa tal-ICES) madwar l-Isle of Man, li jużaw tagħmir speċjalizzat ta’ xbieki tat-tkarkir b’malja ta’ 80-100 mm attrezzati biex jagħżlu l-qbid ta’ ħut (lett 2 piedi baxx, brilji qosra jew mingħajr brilji u ftuħ tax-xibka żgħir);
(j) il-grupp ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza kif identifikat fit-talba minn Franza datata 8 ta’ Ġunju 2012, li jipparteċipaw f’sajd immirat għall-pollakju (saithe) fil-Baħar tat-Tramuntana (ICES żona IV) bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’daqs tal-malja ugwali għal 100 mm jew akbar (kategorija ta’ rkaptu TRI);
(k) il-grupp ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza kif identifikat fit-talba minn Franza datata 8 ta’ Ġunju 2012, li jipparteċipaw f’sajd immirat għall-pollakju (saithe) u speċijiet tal-baħar fond fil-Punent tal-Iskozja (ICES żona VI) bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’daqs tal-malja ugwali għal 100 mm jew akbar (kategorija ta’ rkaptu TR1);
(l) il-grupp ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza kif identifikat fit-talba minn Franza datata 8 ta’ Ġunju 2012, li jipparteċipaw f’sajd immirat għall-marlozz fil-Punent tal-Iskozja (ICES żona VI) bl-użu ta’ konzijiet (kategorija ta’ rkaptu LL).
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1).